Nani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Nani
Nani Portugal.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħLuís Carlos Almeida da Cunha
Twelid17 ta' Novembru 1986 (1986-11-17) (34 sena)
Praia, Kape Verde
Tul1.75 m
RwolMidfilder laterali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliOrlando City
Numru17
Mixtliet
2000–2003Real Massamá
2003–2005Sporting CP
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2007Sporting CP
2007–2015Manchester United
2014–2015Sporting CP (self)
2015–2016Fenerbahçe
2016–2018Valencia
2017–2018Lazio (self)
2018–2019Sporting CP
2019–Orlando City
Tim nazzjonali
2006–Portugall

Luís Carlos Almeida da Cunha (Praia, 17 ta' Novembru 1986), magħruf aħjar bħala Nani hu plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim ta' Orlando City u mal-Portugall. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik ta' ġwejnħa.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Nani twieled fi Praia, Kape Verde, imma emigra ma' familtu għall-Portugall fl-età żgħira. Trabba f'Amadora, distrett f'Liżbona, fejn hu u l-midfilder Manuel Fernandes, kienu jilgħabu flimkien.[1] Nani beda l-karriera non-professjonista ma' Real de Massamá qabel ma ngħaqad ma' Sporting.

Sporting Lisbon[immodifika | immodifika s-sors]

Nani għamel id-debutt tiegħu ma' l-ewwel tim ta' Sporting fl-istaġun 2005–06, fejn għamel 32 apparenza u skorja ħames gowls. Hu wkoll lagħab tliet logħbiet fit-Tazza Portugiża, li Sporting rebħu, u sitt apparenzi fiċ-Champions League u skorja gowl.

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Sporting u Manchester United qablu fi prezz mhux definita biex Nani jiġi mixtri mit-tim ta' Manchester. Il-prezz hi maħsuba li hi madwar £15-il miljun.[2] Tottenham Hotspur kienu wkoll rappurtati li kienu pruvaw jixtru l-plejer.[3] Hu għadda t-test mediku nhar is-6 ta' Ġunju 2007, qabel ma ġie kkonfermat bħala plejer ta' Manchester United nhar it-2 ta' Lulju. Ġie mħabbar li Nani ffirma kuntratt għal ħames snin mal-klabb Ingliż.

Fid-9 ta' Lulju, Nani ġie mħabbar lill-istampa flimkien mal-plejer il-ġdid Owen Hargreaves. Hu ngħata l-flokk numru 17 għall-istaġun 2007–08; il-flokk li kien milbus minn Henrik Larsson fiż-żmien qasir li kien għamel mal-klabb.

Nani skorja fid-debutt tiegħu f'partita ta' qabel l-istaġun, fir-rebħa ta' 6–0 li United għamlu kontra Shenzhen FC. Hu kompla jiskorja fejn din id-darba kien imiss fil-partita kontra Guangzhou Pharmaceutical.

Nani għamel id-debutt kompetittiv nhar il-5 ta' Awwissu 2007, fejn daħal bħala sostitut fil-Community Shield kontra Chelsea. Hu mmarka d-debutt tiegħu permezz ta' trofew hekk kif ir-"Red Devils" ħarġu 3–0 rebbieħa wara l-għoti tal-penalties wara li l-logħba spiċċat 1–1 wara l-ħin regolamentari. Wara din ir-rebħa huwa skorja t-tielet gowl, tliet ijiem wara, fir-rebħa kontra Glentoran.

Id-debutt fil-Premier League ġie fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Reading fit-12 ta' Awwissu bħala sostitut ta' Wayne Rooney, wara li dan ta' l-aħħar sofra uġigħ f'saqajh. Fis-26 ta' Awwissu 2007, Nani skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu ma' Manchester United, fejn minn madwar tletin metru hu skorja l-gowl rebbieħ fil-konfront kontra Tottenham Hotspur, li tat l-ewwel rebħa tal-istaġun lil Manchester United. Nani ħoloq gowls kruċjali lil Louis Saha u Nemanja Vidic fejn taw lil Manchester United rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq Sunderland u Everton. Hu rritorna lura lejn il-klabb ta' Sporting, fejn Manchester United kienu mpenjanti f'partita taċ-Champions League kontra l-istess Sporting CP. Però kien sieħbu Ronaldo li kiseb l-aktar ġieħ hekk kien hu li skorja l-gowl rebbieħ.

Nani skorja t-tieni gowl tiegħu għall-klabb f'rebħa ta' 4–1 kontra Middlesbrough f'Old Trafford nhar is-27 ta' Ottubru 2007. Dan il-gowl kien jixbah ħafna lil dak skurjat kontra Tottenham, hekk kif din id-darba, wara li nfiltra min-nofs tal-grawnd hu għamel xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Mark Schwarzer biex isalvah. Is-suċċess ta' Nani kompla hekk kif fil-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Arsenal hu skorja gowl u assista lil tlieta oħra fir-rebħa li United għamlu ta' 4–0.

Fit-23 ta' Marzu 2008, Nani skorja t-tielet u l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 3–0 kontra Liverpool, ħames minuti biss wara li kien daħal fil-grawnd bħala sostitut.[4]

Fit-3 ta' Mejju, Nani kien muri l-karta l-ħamra għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu ma' Manchester United wara daqqa ta' ras fuq id-difensur ta' West Ham United Lucas Neill.[5]

Fil-21 ta' Mejju, Nani daħal bħala sostitut għal Wayne Rooney fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 hekk kif United rebħu lil Chelsea 6–5 bil-penalties wara pari ta' 1-1 wara l-ħin supplementari. Hu kien wieħed minn dawk li skurjaw waqt il-lotterija tal-penalties. Fl-istaġun il-ġdid, Nani skorja l-ewwel gowl tal-kampanja l-ġdida fir-rebħa ta' Manchester United kontra Middlesbrough fil-kompetizzjoni tal-Carling Cup fejn hu skorja t-tielet gowl fl-aħħar minuta biex jikkonferma r-rebħa ta' 3–1. Fit-18 ta' Ottubru, hu skorja minn assist ta' Wayne Rooney biex ikompli r-rebħ ta' 4–0 fuq West Bromwich Albion f'Old Trafford.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Nani ddebutta mat-tim nazzjonali Portugiż fl-1 ta' Settembru 2006 u skorja fid-debutt tiegħu fit-telfa ta' 2–4 kontra d-Danimarka.

Il-forma tajba matul l-istaġun 2007-08 ma' Manchester United tatu ċ-ċans li jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008, flimkien ma' sieħbu tat-tim Cristiano Ronaldo. Fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Ġermanja hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima u kien hu li bena l-gowl ta' Hélder Postiga fl-aħħar minuti biex reġa' fetaħ l-isperanzi għall-Portugiżi. Imma dan kien kollu għalxejn hekk kif il-Ġermaniżi ħarġu 3–2 rebbieħa. Fil-kampanja Portugiża ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 hu skorja wieħed mill-gowls tal-Portugall kontra Malta fir-rebħa ta' 4–0 u kien ukoll fost dawk li skurjaw fil-partita mitlufa mill-Portugall kontra d-Danimarka bl-iskor ta' 2–3.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Portugall Sporting CP

Ingilterra Manchester United

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Charlie Henderson (31-05-2007). BBC Sport (ed.). "Who are Anderson & Nani?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Tom Worden; Simon Mullock (17-06-2007). Sunday Mirror (ed.). "Slums Nurtured Nani" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: iktar minn isem wieħed: authors list (link)
  3. ^ Ian McGarry (31-05-2007). The Sun (ed.). "It's grab a Nani night" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ ManUtd.com, ed. (23-03-2008). "Report: United 3 Liverpool 0" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Phil McNulty (03-05-2008). BBC Sport (ed.). "Man Utd 4-1 West Ham" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]