Aqbeż għall-kontentut

Nemanja Vidić

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Nemanja Vidic)
Nemanja Vidić
Informazzjoni personali
Twelid21 ta' Ottubru 1981 (1981-10-21) (44 sena)
Titovo Užice, RFS Jugożlavja
Tul1.90 m
RwolDifensur
Mixtliet
1989–1994Jedinstvo Užice
1994–1996Sloboda Užice
1996–2000Red Star Belgrade
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Red Star Belgrade
2000–2001Spartak Subotica (self)
2004–2006Spartak Moscow
2006–2014Manchester United
2014–2016Inter
Tim nazzjonali
2002–2011Serbja

Nemanja Vidić (bis-Serb: Немања Видић; twieled fil-21 ta' Ottubru 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Serbjan, u fforma parti mit-tim nazzjonali Serb bejn l-2002 u l-2011.

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Vidić beda l-futbol f'età ta' 7 snin , flimkien ma' ħuh Dušan, mat-tim lokali ta' Jedinstvo Užice. Hu għamel progress kbir, u mexa mat-tim ta' Sloboda Užice f'età ta' tnax-il sena.[1]

Sentejn u nofs wara, f'għeluq il-ħmistax-il sena, Red Star Belgrade kisbu lil Vidić għas-sistemà taż-żgħażagħ. Hu beda l-karriera professjonista tiegħu b'self għal staġun mat-tim ta' Spartak Subotica fis-sena 2000. Hu reġa' rritorna ma' Red Star Belgrade wara s-sena ta' self, fejn lagħab regularment fl-aqwa serje tal-Yugoslav League. Hu rebaħ it-Tazza Jugożlava fl-2001–02 ma' Red Star. Vidić mal-ewwel kiseb il-faxxa ta' kaptan, u matul it-tliet snin ta' kaptan, hu skorja tnax-il gowl f'67 logħba, u spiċċa l-karriera ma' Red Star Belgrade fuq nota pożittiva billi wassal lill-klabb għal doppjetta domestika. Hu rebaħ l-kampjonat tas-Serbja u Montenegro 2004 u t-Tazza tas-Serbja u Montenegro ma' Red Star Belgrade, u f'Lulju tal-2004, hu ngħaqad mat-tim tal-kampjonat Russu Spartak Moscow. Id-dettalji tat-trasferiment ma kinux magħrufa imma kien rappurat li Vidić sar l-aktar difensur għoli fl-istorja tal-Premier League Russu.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li lagħab staġun ma' Spartak Moscow, Vidić iffirma ma' Manchester United għal somma ta' madwar £7 miljun fil-5 ta' Jannar 2006;[2] sentejn u nofs wara li Manchester United irrapurtaw interess fih. Hu kien mogħti n-numru 15 u ddebutta ma' Manchester United bħala sostitut għal Ruud Van Nistelrooy fl-aħħar minuti tar-rebħa ta' United kontra Blackburn Rovers fit-tieni leg tas-semi-finali tal-Carling Cup fil-25 ta' Jannar 2006.

Matul l-istaġun 2006–07, Vidić ifforma koppja ma' Rio Ferdinand fiċ-ċentru tad-difiża u stabbilixxa lilu nnifsu mal-ewwel tim. Vidić skorja l-ewwel gowl għal Manchester United fl-14 ta' Ottubru 2006 kontra Wigan Athletic - United ħarġu 3-1 rebbieħa. L-ewwel gowl tiegħu f'Old Trafford kien fir-rebħa ta' 3–0 kontra Portsmouth fl-4 ta' Novembru. L-ewwel gowl fiċ-Champions League għal Manchester United kien kontra SL Benfica fis-6 ta' Diċembru, waqt il-fażi tal-gruppi; partita fejn United ħarġu 3–1 rebbieħa.

Vidić kiser l-għadma tal-ispalla waqt il-partita kontra Blackburn Rovers fil-31 ta' Marzu 2007, u ma kien barra mill-azzjoni għal madwar xahar. Vidić irritorna lura biex jaffaċċja lil AC Milan f'San Siro fit-2 ta' Mejju, f'logħba fejn Manchester United ħarġu telliefa 3–0, u b'hekk sfaw eliminati miċ-Champions League, b'riżultat aggregat ta' 5–3. Minkejja dan kollu, hu rnexxielu jagħmel prestazzjoni solida tliet ijiem wara meta United affaċċjaw lil Manchester City fis-City of Manchester Stadium. United rebħu 1–0 u t-titlu tal-Premier League kien assigurat ġurnata wara meta Chelsea spiċċaw pari mat-tim ta' Arsenal fl-Emirates.

Hu hu rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa difensuri tal-Premiership u l-Ewropa. Imlaqqam "Vida" minn sħabu tat-tim,[3] hu hu magħruf għall-abilità kbira fid-daqqiet tar-ras kemm fid-difiża u anki fuq l-attakk, kif ukoll għall-preżenza fiżika tiegħu u l-bravura tiegħu. Minħabba dan, hu hu ħafna drabi mqabbel ma' difensur li kien jilgħab ma' Manchester United, Steve Bruce, minħabba li għandhom karatteristiċi simili.

Vidić, fl-2005 rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tas-Serbja li jilgħab barra minn pajjiżu, meta kien qed jilgħab għal Spartak Moscow, wara sondaġġ mill-kaptani tas-sittax-il klabb tal-kampjonat Serb li hu organizzat kull sena mill-gazzetta Večernje novosti. Hu rċieva dan l-unur ukoll fl-2007, meta kien qed jilgħab ma' Manchester United. Hu kien imsemmi fost it-Tim tas-Sena tal-Premiership 2006–07 flimkien ma' seba plejers oħra ta' United. Kien imsemmi ukoll fil-31 ta' Awissu 2007 għad-Difensur tas-Sena tal-UEFA, u kien ukoll magħżul fil-25 ta' Settembru 2007, għall-unur tal-plejer tal-FIFPro World XI.

Fit-8 ta' Novembru, Vidić iffirma estenzjoni tal-kuntratt għal sentejn, fejn b'hekk se jżommu mal-klabb ta' Manchester United sas-sena 2012.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hu għamel id-debutt internazzjonali fit-12 ta' Ottubru 2002, kontra l-Italja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004. Vidić kien parti mid-difiża tas-Serbja u Montenegro magħrufa aħjar bħala l-"Famużi Erbgħa", flimkien ma' Mladen Krstajić, Ivica Dragutinović u Goran Gavrančić. Id-difiża tal-"Famużi Erbgħa"[2] laqqtu biss gowl wieħed matul l-għaxar partiti tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, l-aqwa rekord difensiv minn tim kwalifikat. Vidić lagħab parti importanti fl-aħħar partita ta' kwalifikazzjoni, kontra l-Bożnija u Ħerżegovina. Is-Serbja u Montenegro rebħu 1–0 u assiguraw il-kwalifikazzjoni, minkejja li Vidić laqqat karta ħamra ħames minuti qabel it-tmiem. Vidić tilef l-ewwel partita tas-Serbja u Montenegro fil-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Olanda minħabba l-karta l-ħamra li kien laqqat fl-aħħar logħba ta' kwalifikazzjoni, u fit-12 ta' Ġunju 2006 hu weġġa' l-ligament tal-irkoppa x-xellugija matul it-taħriġ u ma lagħab l-ebda logħba tat-Tazza tad-Dinja 2006.[5] Wara t-Tazza tad-Dinja 2006, Vidić irrapreżenta lit-tim nazzjonali l-ġdid tas-Serbja.

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[6] Total
AppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowls
Red Star Belgrade 2000–01 0000
Spartak Subotica (self) 2000–01 276276
Red Star Belgrade 2001–02 222222
2002–03 255255
2003–04 205205
Total 67126712
Spartak Moscow 2004 122122
2005 272272
Total 394394
Manchester United 2005–06 11020200000150
2006–07 25350008100384
2007–08 32130009010451
2008–09 34440408142547
Total 1028140602525215212
Total fil-karriera 23530140602525228534

Korretti sas-16 ta' Mejju 2009[7]

Red Star Belgrade
Manchester United
  • Plejer tas-Sena tas-Serbja: 2005, 2008
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 2006–07, 2007–08, 2008–09
  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Jannar 2009
  • Plejer tal-iStaġun tal-Barclays: 2008–09
  1. Rođen za Mančester minn glas-javnosti.co.yu (Serb)
  2. 1 2 "Vidic completes £7m Man Utd move" (bl-Ingliż). BBC. 2006-01-05.
  3. "Vida wants Pompey fillip" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-02. Miġbur 2008-10-20.
  4. "Vidic signs new Man Utd contract" (bl-Ingliż). BBC. 2007-10-08. Miġbur 2008-10-15.
  5. BCC (ed.). "Injured Vidic out of tournament" (bl-Ingliż).
  6. Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  7. "Nemanja Vidic". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2009-01-31.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]