Anderson Luís de Abreu Oliveira
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Anderson Luís de Abreu Oliveira | ||
Twelid | 13 ta' April 1988 Porto Alegre | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.76 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Coritiba | ||
Numru | 18 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1993–2004 | Grêmio | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2004–2005 | Grêmio | 19 | (6) |
2005–2007 | Porto | 18 | (2) |
2007–2015 | Manchester United | 105 | (5) |
2014 | → Fiorentina (self) | 7 | (0) |
2015– | Internacional | 50 | (1) |
2017– | → Coritiba (self) | 11 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2007–2008 | Brażil | 8 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 10:56, 21 Diċembru 2017 (UTC) |
Anderson Luís de Abreu Oliveira, magħruf aħjar bħala Anderson (Porto Alegre, 13 ta' April 1988) huwa futboler Brażiljan li jilgħab bħala midfilder mat-tim ta' Coritiba, taħt self minn Internacional.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Grêmio[immodifika | immodifika s-sors]
Anderson beda l-karriera tal-futbol fis-settur ġovanili ta' Grêmio u fl-2005 hu ddebutta mat-tim, fejn lagħab b'kollox 5 partiti fis-Série B Brażiljana. Anderson kiseb simbolu ikoniku hekk kif skorja gowl memorabbli li ta lil Grêmio l-promozzjoni għas-Serie A, f'logħba eliminatorja kontra Nautico. Dan il-gowl jibqa' famuż minħabba li Grêmio kellhom biss seba' plejers fil-grawnd u kienu għadhom kemm raw lill-avversarji jitilfu penalty. Dan il-gowl ta lil Grêmio rebħa b'sorpriża ta' 1–0.
Porto[immodifika | immodifika s-sors]
Hu ngħaqad ma' FC Porto f'Diċembru tal-2005 u għamel id-debut tiegħu fil-5 ta' Marzu 2006, fejn għen lit-tim jakkwista s-SuperLiga Portugiża f'dak l-istaġun. Hu ddebutta fiċ-Champions League kontra CSKA Moscow. Madanakollu, Anderson kellu jitlef ħames xhur tal-istaġun 2006–07 minħabba li kien kiser saqajh.[1]
Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-30 ta' Mejju 2007, kien ikkonfermat mis-sit elettroniku ta' Manchester United li Anderson kien inxtara għal madwar £18 miljun.[2] Hu kiseb id-dritt tax-xogħol fl-Ingilterra fid-29 ta' Lulju 2007, u t-trasferiment kien ikkonfermat fit-2 ta' Lulju, b'Anderson jiffirma kuntratt ta' ħames snin.
Id-debutt tiegħu wasal f'partita ta' ħbiberija qabel il-bidu tal-istaġun kontra Doncaster Rovers. Hu ngħata n-numru 8, li kien intlibes minn Wayne Rooney l-istaġun ta' qabel.
Anderson iddebutta kompetittiviment fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland fl-1 ta' Settembru 2007. Hu kien sostitwt minn Louis Saha fi tmiem l-ewwel taqsima, fejn dan tal-aħħar skorja l-gowl tar-rebħa. Anderson imbagħad għamel id-debutt fiċ-Champions League kontra Sporting CP, fejn daħal bħala sostitut għal Ryan Giggs fis-76 minuta.
Fil-finali taċ-Champions League 2007–08 f'Moska, ġewwa r-Russja, Anderson daħal bħala sostitut fl-aħħar minuta tal-ħin supplementari biex jieħu post Wes Brown. Hu skorja s-sitt penalty waqt l-għoti tal-penalties. Fil-finali tal-League Cup 2009 kontra Tottenham Hotspur, Anderson daħal fil-partita fis-56 minuta għal Danny Welbeck. Hekk kif il-partita kellha tiġi deċiża bil-lotterija tal-penalties, Anderson skorja l-gowl li ta t-trofew lit-tim ta' United.[3]
L-ewwel gowl ta' Anderson bil-flokk aħmar ta' Manchester United wasal fit-12 ta' Settembru 2009 meta skorja kontra Tottenham Hotspur, fir-rebħa ta' 3–1 ġewwa White Hart Lane. Din kienet it-78 dehra tiegħu għat-tim tal-United.[4]
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

F'April tal-2005, hu kien imsejjaħ fit-tim Brażiljan għall-Kampjonat dinji ta' taħt is-sbatax-il sena, u f'Ottubru ta' wara hu rebaħ l-Ballun tad-Deheb tal-Adidas mat-tim nazzjonali tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-sbatax-il sena 2005.
Id-debutt internazzjonali mat-tim tal-kbar wasal fis-27 ta' Ġunju 2007 fit-telfa ta' 2-0 kontra l-Messiku fil-Copa América, waqt li d-debutt mal-ewwel ħdax wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra ċ-Ċili.
F'Lulju tal-2008, il-kowċ tal-Brażil Dunga għażel lil Anderson fost it-tmintax il-plejer għall-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.[5] Hu skorja l-ewwel gowl tal-Brażil fit-tieni partita tal-grupp kontra New Zealand, partita li rebħuha bl-iskor ta' 5–0. Hu rritorna lura miċ-Ċina b'midalja tal-bronż, bir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- SuperLiga: 2005-06, 2006-07
- Taça de Portugal: 2005–06
- SuperCup Cândido de Oliveira: 2006–07
- Premier League: 2007–08, 2008–09, 2010–11, 2012–13
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
- Football League Cup: 2008–09, 2009–10
- FA Community Shield: 2011, 2013
- Campeonato Gaúcho: 2015
Nazzjonal[immodifika | immodifika s-sors]
- Copa América: 2007
- Midalja tal-Bronż fl-Olimpjadi: 2008
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) Antony Kastrinakis, Anderson's Leg Break Hell, The Sun, 16 ta' April 2008. Aċċess tal-URL: 16 ta' April 2008 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-1 ta' Frar 2014).
- ^ (Franċiż) Transfers, L'Équipe, 10 ta' Lulju 2007. Aċċess tal-URL: 13 ta' Lulju 2007 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-18 ta' Jannar 2014).
- ^ (Ingliż) Man Utd 0-0 Tottenham (aet), BBC Sport, 1 ta' Marzu 2009. Aċċess tal-URL: 1 ta' Marzu 2009.
- ^ (Ingliż) Tottenham 1-3 Man Utd, BBC Sport, 12 ta' Settembru 2009. Aċċess tal-URL: 12 ta' Settembru 2009.
- ^ (Ingliż) Ronaldinho gets Olympics go-ahead, BBC Sport, 16 ta' Lulju 2008.