Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
New Zealand
Assoċjazzjoni New Zealand Football
Konfederazzjoni OFC (Oċeanja)
Kowċ New Zealand Ricki Herbert
Kaptan Ryan Nelsen
Kodiċi tal-FIFA NZL
L-ewwel kulur
It-tieni kulur

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand huwa r-rappreżentant tal-futbol tal-pajjiż ta' New Zealand u hu kkontrollat min-New Zealand Football.

L-uniformi bajdanija tat-tim hi ispirata minn dik tal-Ingilterra u hi l-kontra ta' dik milbusa mit-tim nazzjonali tar-rugby (l-All Blacks). B'hekk, it-tim jiġi misjub ukoll taħt il-laqam All Whites.

L-istorja ta' New Zealand tinvolvi żewġ parteċipazzjonijiet fit-Tazza tad-Dinja: waħda fl-edizzjoni tal-1982 li saret ġewwa Spanja, fejn kienet tilfet it-tliet partiti kollha, u dik fl-Afrika t'Isfel fl-2010 fejn ħarġet eliminata mill-ewwel fażi mingħajr telfa.

It-tim ta' New Zealand ġie sfidat għal bosta drabi mill-Awstralja fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi, il-kampjonat internazzjonali li jintlagħab bejn it-timijiet nazzjonali li jappartjenu għaż-żona tal-Oċeanja. L-All Whites rebħu erba' darbiet din il-kompetizzjonI: fl-1973, fl-1998, fl-2002 u l-aħħar waħda fl-2008. Fl-aħħar edizzjoni mirbuħa minn dan it-tim huma ma sabu l-ebda rivalità kompetenti, hekk kif fl-1 ta' Jannar 2006 l-Awstralja, rivali kbira fi żmien tagħha fil-konfederazzjoni Oċeanika, issiebħet mal-konfederazzjoni tal-futbol Ażjatika.

Minħabba l-livell baxx tal-kampjonat lokali, il-futbolers ta' New Zealand ta' ċertu kalibru jilgħabu fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja.

Minkejja li huwa sport diffuż sewwa ġewwa l-pajjiż, il-futbol fi New Zealand ibati sabiex jikkompeti ma' sports oħra bħar-rugby u l-krikit, li barra li għandhom ċertu popolarità dawn igawdu minn iktar finanzi u wkoll kopertura estensiva min-naħa tal-istampa.

Il-kampjonat lokali huwa ta' livell semiprofessjonali u l-iktar tim importanti li huwa minn New Zealand, Wellington Phoenix FC, jilgħab fl-A-League Awstraljan.

L-iktar plejers rinomati minn dan it-tim jinkludu lill-kaptan Ryan Nelsen, difensur ta' Blackburn Rovers, u Chris Killen, attakkant mat-tim ta' Middlesbrough. Plejers oħra interessanti qegħdin jagħmlu isem għalihom barra minn pajjiżhom, fosthom l-eks-midfilder ta' Fulham Chris James, li fil-preżent jilgħab ma' Barnet.

Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

New Zealand ikkwalifika għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1982. It-tim ta' New Zealand, wara li rebaħ il-fażi ta' kwalifika tal-Oċeanja wara lagħab turnew ta' ħames timijiet kontra timijiet mill-Asja. Dan irriżulta fiċ-Ċina u New Zealand jaffrontaw f'logħba ta' spareġġ, bit-tim tal-aħħar jiggwadanja l-aħħar post disponibbli.

Ġewwa Spanja, New Zealand lagħbet tliet logħbiet kontra l-Iskozja, l-Unjoni Sovjetika u l-Brażil. Hi tilfet il-logħbiet kollha, bir-riżultati ta' 2–5, 0–3, u 0–4 rispettivament. Steve Sumner u Steve Woodin skorjaw l-uniċi gowls ta' New Zealand fl-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Tim L R P T GF GK DG Pti
 Brażil 3 3 0 0 10 2 +8 6
 Unjoni Sovjetika 3 1 1 1 6 4 +2 3
 Skozja 3 1 1 1 8 8 0 3
 New Zealand 3 0 0 3 2 12 −10 0

Nhar l-14 ta' Novembru 2009 irnexxielha ssib post fit-Tazza tad-Dinja 2010, wara li fil-partita ta' spareġġ kontra l-Baħrejn, rappreżentazzjoni mill-Asja, reħbet bl-iskor ta' 1–0 grazzi għal gowl mill-attakkant ta' Plymouth Rory Fallon.

Fil-15 ta' Ġunju 2010, fid-debutt tagħhom fit-Tazza tad-Dinja Sud-Afrikana kontra s-Slovakkja, l-All Whites għamlu l-istorja tagħhom meta kisbu l-ewwel punt fil-fażi finali ta' dan il-kampjonat dinji. Infatti, l-ewwel partita ntemmet 1–1 grazzi għall-gowl fit-93 minuta ta' Winston Reid. Fl-20 ta' Ġunju, fit-tieni logħba mill-grupp, in-New Zealand irnexxielhom jerġgħu jisirqu punt ieħor fil-konfront kontra ċ-ċampjins attwali, l-Italja, fejn saħansitra kienu marru fil-vantaġġ grazzi għall-gowl ta' Smeltz, qabel ma bagħad it-Taljani ffissaw l-iskor fuq 1–1. Fl-aħħar ġurnata ta' logħob mill-ewwel rawnd, il-pari ta' mingħajr gowls kontra l-Paragwaj ħalla lil New Zealand barra mill-kompetizzjoni, però ħarġu mhux megħluba. Huma għalqu t-tieni dehra tagħhom bit-tielet post, quddiem l-Italja.

Tim L R P T GF GK DG Pti
 Paragwaj 3 1 2 0 3 1 +2 5
 Slovakkja 3 1 1 1 4 5 −1 4
 New Zealand 3 0 3 0 2 2 0 3
 Italja 3 0 2 1 4 5 −1 2

Storja tal-kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1992: Ma kkwalifikax
  • 1995: Ma kkwalifikax
  • 1997: Ma kkwalifikax
  • 1999: L-Ewwel Rawnd
  • 2001: Ma kkwalifikax
  • 2003: L-Ewwel Rawnd
  • 2005: Ma kkwalifikax
  • 2009: L-Ewwel Rawnd

Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Skwadra attwali

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Mark Paston 13 ta' Diċembru 1976 (1976-12-13) (47 sena) 26 0 New Zealand Wellington Phoenix
12 1G Glen Moss 19 ta' Jannar 1983 (1983-01-19) (41 sena) 15 0 Awstralja Melbourne Victory
23 1G James Bannatyne 30 ta' Ġunju 1975 (1975-06-30) (49 sena) 3 0 New Zealand Team Wellington
2 2D Ben Sigmund 3 ta' Frar 1981 (1981-02-03) (43 sena) 14 1 New Zealand Wellington Phoenix
3 2D Tony Lochhead 12 ta' Jannar 1982 (1982-01-12) (42 sena) 33 0 New Zealand Wellington Phoenix
4 2D Winston Reid 3 ta' Lulju 1988 (1988-07-03) (36 sena) 6 1 Danimarka FC Midtjylland
5 2D Ivan Vicelich 3 ta' Settembru 1976 (1976-09-03) (48 sena) 69 6 New Zealand Auckland City
6 2D Ryan Nelsen 18 ta' Ottubru 1977 (1977-10-18) (47 sena) 44 6 Ingilterra Blackburn Rovers
18 2D Andrew Boyens 18 ta' Settembru 1983 (1983-09-18) (41 sena) 15 0 Stati Uniti New York Red Bulls
19 2D Tommy Smith 31 ta' Marzu 1990 (1990-03-31) (34 sena) 7 0 Ingilterra Ipswich Town
7 3M Simon Elliott 10 ta' Ġunju 1974 (1974-06-10) (50 sena) 66 6 Mingħajr klabb
8 3M Tim Brown 6 ta' Marzu 1981 (1981-03-06) (43 sena) 25 0 New Zealand Wellington Phoenix
11 3M Leo Bertos 20 ta' Diċembru 1981 (1981-12-20) (42 sena) 37 0 New Zealand Wellington Phoenix
13 3M Andy Barron 24 ta' Diċembru 1980 (1980-12-24) (43 sena) 12 1 New Zealand Team Wellington
15 3M Michael McGlinchey 7 ta' Jannar 1987 (1987-01-07) (37 sena) 5 0 Skozja Motherwell FC
16 3M Aaron Clapham 1 ta' Jannar 1987 (1987-01-01) (37 sena) 0 0 New Zealand Canterbury United
17 3M David Mulligan 24 ta' Marzu 1982 (1982-03-24) (42 sena) 25 3 Mingħajr klabb
21 3M Jeremy Christie 22 ta' Mejju 1983 (1983-05-22) (41 sena) 24 1 Stati Uniti FC Tampa Bay
22 3M Jeremy Brockie 7 ta' Ottubru 1987 (1987-10-07) (37 sena) 19 0 Awstralja Newcastle Jets
9 4A Shane Smeltz 29 ta' Settembru 1981 (1981-09-29) (43 sena) 33 17 Awstralja Gold Coast United
10 4A Chris Killen 8 ta' Ottubru 1981 (1981-10-08) (43 sena) 34 11 Ingilterra Middlesbrough FC
14 4A Rory Fallon 20 ta' Marzu 1982 (1982-03-20) (42 sena) 10 3 Ingilterra Plymouth Argyle
20 4A Chris Wood 7 ta' Diċembru 1991 (1991-12-07) (33 sena) 12 0 Ingilterra West Bromwich Albion

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]