Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Awstralja
Assoċjazzjoni Football Federation Australia
Konfederazzjoni AFC (Asja)
Kowċ Netherlands Pim Verbeek
Kaptan Lucas Neill
Kodiċi tal-FIFA AUS
L-ewwel kulur
It-tieni kulur

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja huwa rrappreżentant mill-Awstralja fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mlaqqam bħala "Socceroos". It-tim huwa kontrollat mill-federazzjoni Awstraljana tal-futbol (FFA), li hija membru tal-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC), u mill-2006 hija membru (invitat) tal-ASEAN Football Federation (AFF).

Qabel ma' fl-2006 issieħbet mal-konfederazzjoni tal-Asja, l-Awstralja kienet tifforma parti miż-Żona Oċeanika.

It-tim nazzjonali Awstraljan lagħab l-ewwel logħbiet tiegħu waqt żjara fi New Zealand fl-1992, fejn waqt dawn il-partiti l-Awstralja kisbet żewġ telfiet u pari. Fil-25 sena li segwew l-Awstralja, New Zealand, iċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel kienu figuri regulari f'dawn il-logħbiet ta' ħbiberija. Il-fatt li l-prezz tal-vjaġġ bl-ajru kien naqas, l-Awstralja setgħet tilgħab iktar logħbiet, minkejja li l-pożizzjoni ġeografika tagħha baqa' xorta jkun ta' detriment għal żmien twil.

L-ewwel tentattivi għat-Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-pajjiż irnexxielu jikkwalifika għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja, bl-edizzjoni partikulari tkun dik tal-1974. It-triq lejn it-Tazza tad-Dinja bdiet b'serje ta' partiti ġewwa u barra minn darhom kontra l-Iraq, New Zealand u l-Indoneżja. Is-Socceroos, wara li rebħu dan il-grupp, rebħu logħba ta' spareġġ kontra waħda mill-ikbar rivali tat-tim, l-Iran, fejn irnexxielhom iżomm il-vantaġġ tal-iskor aggregat fit-tieni leg quddiem 120,000 partitarju Iranjan.[1] Il-Korea t'Isfel, li fl-istess fażi kienet għadha kif eliminat lill-Iżrael, kien l-avversarju final tal-Awstralja. Biż-żewġ konfronti jispiċċaw f'pari, partita deċisiva ġiet ippjanata ġewwa Ħong Kong. L-Awstralja rebħu l-logħba, b'gowl uniku minn frikik ta' Jimmy Mackay.

It-tim irnexxielu jaqta' figura tajba, u minkejja li kellu jsib quddiem wiċċu timijiet professjonali mill-pajjiżi ospiti tal-Ġermanja tal-Punent u l-Lvant, is-Socceroos, immexxija mill-kaptan dilettant Peter Wilson, kiseb pari ta' mingħajr gowls kontra ċ-Ċili. Din kellha tkun l-aħħar dehra fit-Tazza tad-Dinja għat-tim Awstraljan sakemm dan it-turnew reġa' rritorna lura lejn il-Ġermanja iktar minn tliet deċennji wara. Matul dawn it-32 sena, it-tim Awstralja resaq ħafna viċin imma falla fit-tragrawd finali.

Qabel din, huma tilfu l-partiti ta' spareġġ tal-1966 (kontra l-Korea ta' Fuq), fl-1970 (kontra l-Iżrael), fl-1986 (kontra l-Iskozja) u fl-1994 (kontra l-Arġentina).

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994

[immodifika | immodifika s-sors]

It-triq li l-Awstralja kellha tgħaddi għat-Tazza tad-Dinja 1994 kien eżempju ċar tal-passaġġ diffikultuż għal timijiet mill-konfederazzjoni Oċeanika sabiex jikkwalifikaw għal dan il-kampjonat internazzjonali. L-Awstralja bdiet bir-rebħ ta' Grupp 1 tal-Oċeanja fejn ma sofriet l-ebda telfa f'erba' logħbiet. Fl-ewwel partita ta' spareġġ kontra New Zealand, l-Awstraljani rebħu 1–0 barra minn darhom, u 3–0 ġewwa darhom biex għaddew għar-rawnd suċċessiv bl-iskor ta' 4–0. Bir-rebħa tal-play-off tal-Oċeanja, kien imiss il-logħba ta' spareġġ mat-tieni klassifikat fil-kwalifikazzjoni tal-CONCACAF, il-Kanada. B'rebħiet identiċi ta' 2–1 għaż-żewġ timijiet fiż-żewġ legs, wassal biex il-konfront jittawwal għall-ħin supplementari. L-Awstraljani ħarġu finalment rebbieħa 4–1 wara l-għoti tal-penalties. L-aħħar rawnd kien jinvolvi logħba ta' spareġġ mat-tim li spiċċa t-tieni fi Grupp 1 tal-Amerika t'Isfel, l-Arġentina. L-ewwel leg ġewwa Sydney spiċċa 1–1, waqt li t-tim Awstraljan ra l-ħolma tiegħu tispiċċa b'telfa ta' 1–0 ġewwa l-Arġentina. Wara l-logħba, il-leġġenda Arġentina Diego Maradona kien tant impressjonat bis-Socceroos li stqarr lill-kaptan tat-tim Paul Wade, "It-tilfiq tiegħek ta' dwejjaq, għad xi darba jkunu biki ta' ferħ".

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1998

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1997, l-Awstralja falliet li tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 minkejja li ma tilfu l-ebda partita fir-rawnds ta' kwalifika. Wara li rebħu t-turnew tal-OFC, l-Awstralja kellhom jilgħabu mal-Iran sabiex jassiguraw post għat-Tazza tad-Dinja fi Franza. L-Awstralja, taħt il-kowċ Terry Venables, kisbu pari ta' 1–1 barra minn darhom, u dehru fi triqithom lejn il-finali meta ħadu vantaġġ ġewwa Melbourne bl-iskor ta' 2–0, sakemm l-Iran irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls tard fil-partita u ggwadanjaw post fil-finali grazzi għar-regola tal-gowls barra mid-dar. Din kienet deskritta bħala waħda mill-iktar partiti memorabbli minn fost ħafna plejers Awstraljani u Iranjani.

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2002

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2001, għal darb'oħra l-Awstralja rebħet it-turnew ta' kwalifika taż-Żona Oċeanika għat-Tazza tad-Dinja 2002, bi prestazzjonijiet li kienu jinkludi rebħiet konvinċenti ta' 22–0 kontra t-Tonga, u rekord mondjali ta' 31–0 jumejn wara kontra s-Samoa Amerikana. Mingħajr pedini importanti bħal Harry Kewell u Mark Viduka, l-Awstralja xorta waħda għelbu lil New Zealand, li kienet l-unika avversarja li setgħet thedded l-ambizzjonijiet tagħhom. L-Awstralja kellha taffronta għal darb'oħra logħba ta' spareġġ ibbażata fuq żewġ legs kontra t-tim Sud-Amerikan tal-Urugwaj. Fl-ewwel leg f'Melbourne, rat lill-Malti-Awstraljan Kevin Muscat jagħti rebħa ta' 1–0, però barra minn darhom sofrew telfa ta' 3–0.

Barra mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja r-riżultati ħżiena fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, l-Awstralja rnexxielha li permezz tal-logħbiet ta' ħbiberija u f'kompetizzjonijiet oħra tikseb riżultati sodisfaċenti kontra timijiet kbar Ewropej u Sud-Amerikani b'rebħiet fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001 kontra Franza u l-Brażil. L-Awstralja kisbet pari ta' 1–1 kontra Franza f'Melbourne f'Novembru tal-2001, waqt li fl-2003 reħbet 3–1 f'Londra kontra l-Ingilterra.

Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja 2006

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2004, it-tim għamel l-ewwel passi lejn il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 li kienet se tiżvolġi ġewwa l-Ġermanja. Il-pari ta' 2–2 kontra l-Gżejjer Solomon tawha l-ewwel post fil-grupp Oċeaniku quddiem New Zealand.

L-Awstralja f'konfront mal-Ġermanja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005

Il-kowċ tat-tim nazzjonali, Frank Farina, irriżenja nhar id-29 ta' Ġunju 2005 wara li naqas li jirbaħ logħba fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005. Fit-22 ta' Lulju, il-federazzjoni Awstraljana ħabbret il-ħatra ta' Guus Hiddink bħala l-kowċ il-ġdid, li kkombina x-xogħol ma' PSV Eindhoven ma' dak tat-tim Awstraljan. It-tim Awstraljan għeleb bl-iskor komplessiv ta' 11–1 lit-tim tal-Gżejjer Solomon fil-finali tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-OFC. F'Ottubru 2005, l-Awstralja għelbet lill-Ġamajka 5–0 f'logħba ta' ħbiberija f'Londra, b'din ir-rebħa tkun l-ikbar waħda tas-Socceroos kontra tim klassifikat aħjar minnha fil-klassifika mondjali tal-FIFA.

L-Awstralja reġgħet affrontat lill-Urugwaj fl-ispareġġ għall-aħħar post disponibbli fit-Tazza tad-Dinja. Ġewwa Montevideo, l-Urugwaj rebħu lill-Awstralja 1–0, grazzi għal gowl bir-ras ta' Dario Rodriguez. Minkejja l-possessjoni kbira li gawdew l-Awstralja, huma ma ħadux vantaġġ tal-okkażjonijiet li ġew f'saqajhom. Ġewwa Sydney, nhar is-16 ta' Novembru, quddiem 83,000 partitarju ġewwa t-Telstra Stadium u madwar 3.4 miljun telespattur televiż, l-Awstralja temmew id-90 minuta 1–0 minn fuq b'gowl ta' Mark Bresciano fl-ewwel taqsima. Il-ħin barrani ma provda l-ebda gowl, u fl-għoti tal-penalties kienu l-Awstraljani li ħarġu rebbieħa 4–2, biex l-Awstralja sar l-ewwel tim li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja grazzi għal-lotterija tal-penalties. Din ir-rebħa ntlaqgħet minn ferħ u ċelebrazzjoni kbira fil-pajjiż, bis-Socceroos jimmarkaw ir-ritorn fit-Tazza tad-Dinja wara assenza ta' 32 sena.

L-Awstralja fit-tieni leg tal-play-off kontra l-Urugwaj; il-partita tinsab fit-tieni taqsima tal-ħin barrani.

L-Awstralja daħlet fit-Tazza tad-Dinja bħala t-tieni l-inqas klassifikat fil-klassifika tal-FIFA. Il-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 kienet tinkludi logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Kroazja, il-Greċja u l-Olanda. Kienu ħafna fatturi li wasslu lit-tim jgħolli l-livelli tiegħu: it-tattika u l-esperjenza kbira tal-kowċ Guus Hiddink, il-preparazzjoni fiżika u mentali eċċellenti.

Sħubija mal-Konfederazzjoni Ażjatika (AFC)

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħafna kummentaturi u partitarji ħassew li l-uniku mod li biha l-Awstralja setgħet titjieb b'mod kwalitattiv kien li jirtiraw mill-Konfederazzjoni Oċeanika. Il-futbol, fl-Awstralja, kiber u dan tefa' pressjoni fuq partiti iktar kompetittivi milli sempliċement logħbiet ta' ħbiberija.

Minkejja ħafna tentattivi fil-passat biex dan iseħħ, dawn ma kellhomx it-tmiem mixtieq, sakemm ħareġ l-għajdut li f'Marzu tal-2005 il-FIFA daħlet f'diskussjonijiet serji mal-AFC fuq din l-affari, waqt li fit-23 ta' Marzu, il-Kumitat Eżekuttiv tal-AFC ħa deċiżjoni li jistieden lill-Awstralja li tiġi mistiedna biex tingħaqad mal-AFC.

Il-President tal-AFC, Mohammed Bin Hammam, ta r-raġunijiet tiegħu wara din id-deċiżjoni.

 Barra li huwa pajjiż żviluppat fuq l-aspett ta' futbol, l-Awstralja ġġib magħha ekonomija żviluppata u din hi dak li rridu fil-futbol. Minbarra l-Ġappun, il-Korea, iċ-Ċina u l-Għarabja Sawdita, jekk l-Awstralja tingħaqad magħna, il-benefiċċji jkunu enormi. 

Fis-17 ta' April, il-kumitat eżekuttiv tal-OFC appoġġja t-trasferiment propost mill-Awstralja, li l-FIFA approvat fit-30 ta' Ġunju ta' wara, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006. Fi Frar 2006, l-Awstralja ħadet sehem fil-kwalifiki għat-Tazza Ażjatika.

Tazza tad-Dinja 2010

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-fażi tal-gruppi, l-Awstraljani ġew fi Grupp F flimkien maċ-ċampjins renjanti l-Brażil, il-Kroazja u l-Ġappun. L-Awstraljani assiguraw post fir-rawnd suċċessiv grazzi għal pari ta' 2–2 fl-aħħar logħba kontra l-Kroazja. Fir-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, l-Awstraljani ġew eliminati mill-Italja, li rebħu 1–0 grazzi għal gowl fil-95 minuta minn penalty kontroversjali ta' Francesco Totti. Minkejja din l-eliminazzjoni, il-prestazzjoni tat-tim Oċeaniku kienet xorta sodisfaċenti, meta wieħed jikkonsidra li dawn kienu biss fit-tieni dehra f'fażi finali ta' din il-kompetizzjoni.

Hiddinik irnexxielu jwassal fl-Awstralja futbol veloċi, b'ħafna movimenti, u diversi elementi oħra. Kif kieni mistenni, wara t-Tazza tad-Dinja, Hiddink ma baqax aktar kowċ tal-Awstralja, fejn sar il-kowċ il-ġdid tar-Russja, u postu ħadu temporanjament Graham Arnold sakemm jintgħażel il-kowċ definittiv. Kien fis-6 ta' Diċembru 2007, li l-federazzjoni Awstraljana għażlet l-Olandiż Pim Verbeek bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali.

F'Ġunju tal-2009, l-Awstraljani assiguraw post fit-Tazza tad-Dinja 2010. Fl-edizzjoni 2010 tat-Tazza tad-Dinja, li qed issir fl-Afrika t'Isfel, l-Awstraljani ġew fi Grupp D magħmul mill-Ġermanja, is-Serbja u l-Gana.

Storja tal-kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1930Ma daħlitx
  • 1934Ma daħlitx
  • 1938Ma daħlitx
  • 1950Ma daħlitx
  • 1954Ma daħlitx
  • 1958Ma daħlitx
  • 1962Ma daħlitx
  • 1966Ma kkwalifikatx
  • 1970Ma kkwalifikatx
  • 1974 – L-Ewwel Rawnd
  • 1978Ma kkwalifikatx
  • 1982Ma kkwalifikatx
  • 1986Ma kkwalifikatx
  • 1990Ma kkwalifikatx
  • 1994Ma kkwalifikatx
  • 1998Ma kkwalifikatx
  • 2002Ma kkwalifikatx
  • 2006L-Aħħar Sittax
  • 2010 – L-Ewwel Rawnd

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1992Ma kkwalifikatx
  • 1995Ma kkwalifikatx
  • 1997Finalista telliefa
  • 1999Ma kkwalifikatx
  • 2001 – It-tielet post
  • 2003Ma kkwalifikatx
  • 2005 – L-Ewwel Rawnd
  • 2009Ma kkwalifikatx

Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeanika

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1973Ma daħlitx
  • 1980Rebbieħa
  • 1996Rebbieħa
  • 1998 – Finalista telliefa
  • 2000Rebbieħa
  • 2002 – Finalista telliefa
  • 2004Rebbieħa

Tazza Ażjatika

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 2007Kwarti tal-finali
  • 2011 – Ikkwalifikat

Skwadra kurrenti

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Mark Schwarzer 6 ta' Ottubru 1972 (1972-10-06) (53 sena) 76 0 Ingilterra Fulham
12 1G Adam Federici 31 ta' Jannar 1985 (1985-01-31) (40 sena) 1 0 Ingilterra Reading
18 1G Eugene Galekovic 12 ta' Ġunju 1981 (1981-06-12) (44 sena) 1 0 Awstralja Adelaide United
2 2D Lucas Neill 9 ta' Marzu 1978 (1978-03-09) (47 sena) 57 0 Turkija Galatasaray
3 2D Craig Moore 12 ta' Diċembru 1975 (1975-12-12) (49 sena) 51 3 Mingħajr klabb
6 2D Michael Beauchamp 8 ta' Marzu 1981 (1981-03-08) (44 sena) 21 1 Awstralja Melbourne Heart
8 2D Luke Wilkshire 1 ta' Ottubru 1981 (1981-10-01) (44 sena) 43 2 Russja Dynamo Moscow
11 2D Scott Chipperfield 30 ta' Diċembru 1975 (1975-12-30) (49 sena) 66 12 Żvizzera FC Basel
20 2D Mark Milligan 4 ta' Awwissu 1985 (1985-08-04) (40 sena) 10 1 Ġappun JEF United
21 2D Luke Wilkshire 3 ta' Novembru 1983 (1983-11-03) (42 sena) 25 3 Netherlands Twente
4 3M Tim Cahill 6 ta' Diċembru 1979 (1979-12-06) (45 sena) 41 20 Ingilterra Everton
5 3M Jason Čulina 5 ta' Awwissu 1980 (1980-08-05) (45 sena) 50 1 Awstralja Gold Coast United
7 3M Brett Emerton 22 ta' Frar 1979 (1979-02-22) (46 sena) 73 17 Ingilterra Blackburn Rovers
13 3M Vince Grella 5 ta' Ottubru 1979 (1979-10-05) (46 sena) 46 0 Ingilterra Blackburn Rovers
14 3M Brett Holman 27 ta' Marzu 1984 (1984-03-27) (41 sena) 32 2 Netherlands AZ Alkmaar
15 3M Mile Jedinak 3 ta' Awwissu 1984 (1984-08-03) (41 sena) 12 0 Turkija Gençlerbirliği
16 3M Carl Valeri 14 ta' Awwissu 1984 (1984-08-14) (41 sena) 23 0 Italja US Sassuolo
22 3M Dario Vidošić 12 ta' April 1987 (1987-04-12) (38 sena) 7 1 Ġermanja FC Nuremberg
23 3M Mark Bresciano 11 ta' Frar 1980 (1980-02-11) (45 sena) 55 11 Italja US Palermo
9 4A Joshua Kennedy 20 ta' Awwissu 1982 (1982-08-20) (43 sena) 19 7 Ġappun Nagoya Grampus
10 4A Harry Kewell 11 ta' Frar 1980 (1980-02-11) (45 sena) 45 13 Turkija Galatasaray
17 4A Nikita Rukavytsya 22 ta' Ġunju 1987 (1987-06-22) (38 sena) 4 0 Netherlands FC Twente
23 4A Richard García 4 ta' Settembru 1981 (1981-09-04) (44 sena) 9 0 Ingilterra Hull City

L-iktar preżenzi

[immodifika | immodifika s-sors]
# Isem Perjodu Preżenzi Gowls
1 Alex Tobin 1988–1998 87 2
2 Paul Wade 1986–1996 84 10
3 Tony Vidmar 1991–2006 76 3
Mark Schwarzer 1993– 76 0
5 Brett Emerton 1998– 73 16
6 Scott Chipperfield 1998– 66 12
7 Peter Wilson 1970–1979 64 3
8 Attila Abonyi 1967–1977 61 25
9 John Kosmina 1976–1988 60 25
Stan Lazaridis 1993–2006 60 0
11 Milan Ivanović 1991–1998 59 0

L-iktar gowls

[immodifika | immodifika s-sors]
# Isem Perjodu Preżenzi Gowls Medja
1 Damian Mori 1992–2002 45 29 0.64
2 John Aloisi 1997–2008 55 27 0.49
3 John Kosmina 1976–1988 60 25 0.42
Attila Abonyi 1967–1977 61 25 0.41
5 Archie Thompson 2001– 33 21 0.64
6 David Zdrilic 1997–2005 30 20 0.67
Tim Cahill 2004– 41 20 0.49
8 Graham Arnold 1985–1997 56 19 0.34
9 Ray Baartz 1967–1974 48 18 0.38
10 Gary Cole 1978–1982 19 17 0.89
Aurelio Vidmar 1991–2001 44 17 0.39
Brett Emerton 1998– 73 17 0.23
  1. "The Socceroos World Cup Qualification" (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]