Aqbeż għall-kontentut

KRC Genk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
KRC Genk
Isem sħiħ Koninklijke Racing Club Genk
Ismijiet oħra Blauw-Zwart (Blu u Suwed)
Fundazzjoni 1988 (tgħaqqdu)(KFC Winterslag 1923)
Grawnd Cristal Arena, Genk
Kowċ Thorsten Fink (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Koninklijke Racing Club Genk huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Genk f'Limburgu. Racing Genk jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana u huma rebħu 3 titli nazzjonali Belġjani fl-istaġuni 1998–99, 2001–02 u 2010–11 kif ukoll rebħu 3 Tazzi Belġjani, l-aktar reċentement fl-istaġun 2008–09. Huma kwalifikaw għall-fażi tal-gruppo tal-UEFA Champions League, wara li għelbu lil Maccabi Haifa. Huma għamlu dan fl-istaġun 2002–03, u spiċċaw ir-4 fil-grupp tagħhom b'4 punti.

Il-klabb twaqqaf fl-1988 mill-għaqda ta' Waterschei Thor ma KFC Winterslag, li b'hekk ħadu f'idejhom in-numru tal-matricule. Dan kien wieħed mill-aktar klabbs suċċessivi fil-Belġju fl-aħħar tad-1990ijiet u għalhekk huma regolarment kien jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Il-klabb beda jilgħab fl-ewwel diviżjoni mill-1996–97. Huma jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Cristal Arena. Il-kuluri tradizzjonali tagħhom huwa blu u abjad.

Fil-mument Genk huwa bil-wisq wieħed mill-aktar klabbs probabbilment sinjuri fil-Belġju. Fl-2012 huma kienu għamlu profitt xokkanti ta' €28 miljun wara li pparteċipaw fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, u l-bejgħ tal-plejers bħal Thibaut Courtois u Kevin De Bruyne għal Chelsea (10 miljun trasferiment ta' Christian Benteke għal Aston Villa mhux inkluż). Il-profitt kollu se jiġi nvestit direttament fil-klabb: investimenti fl-istadju, fl-akkomodazzjoni taż-żgħażagħ u fit-trasferimenti li jidħlu.

KFC Winterslag (1923–88)

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb FC Winterslag kien fondat fl-1923 u ngħata in-numru 322 tal-matricule. Fil-35 anniversarju, il-klabb żied il-prefiss Rjali Koninklijke fl-isem tagħhom li sar KFC Winterslag. Fl-istaġun 1972–73 Winterslag laħqu t-tieni diviżjoni u eventwalment kwalifikaw għall-Ewwel Diviżjoni Maltija 1974–75 wara li spiċċaw it-tieni fir-rawnd finali tat-tieni diviżjoni. Huma kienu ħadu vantaġġ miż-żieda fin-numru ta' klabbs tal-ewwel diviżjoni (minn 16 għal 20). Il-klabb spiċċa l-istaġun fl-aħħar post, iżda rebaħ it-tieni diviżjoni dritt wara.

KFC Winterslag laħqu l-5 post fl-1981 iżda żewġ staġuni aktar tard kienu relegati għat-tieni fażi wara l-aħħar post diżappuntanti. F'dak l-istaġun Standard Liège rebħu l-kampjonat fuq tixħim fil-logħba kontra l-klabb ta' Waterschei Thor li eventwalment jingħaqdu man-numru 322 tal-matricule. Wara l-espliċita ta' erba' staġuni fit-tieni diviżjoni, Winterslag sabu posthom darb'oħra fl-ewwel diviżjoni minħabba li rebħu ir-rawnd finali fl-1987, punt 'il quddiem fuq Tongeren. Il-klabb spiċċaw fil-15-il post minn 18 iżda fl-aħħar tal-istaġun, il-klabb ingħaqad mal-klabb ġar ta' Waterschei Thor li kien jilagħbu fit-tieni diviżjoni minħabba li sfaw relegati fl-1986.

K Waterschei SV Thor Genk

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: K. Waterschei SV Thor Genk.

K Waterschei SV Thor Genk kien twaqqaf fl-1919 bħala Waterschei's Sport Vereeniging Thor, Thor hija l-akronimu ta' Tot Herstel Onzer Rechten (Malti:Biex nirkupraw id-drittijiet tagħna). Huma rċevew in-numru 533 tal-matricule. Il-klabb gawda l-espliċita fl-ewwel diviżjoni fl-aħħar tal-1950ijiet sal-bidu tas-1960ijiet u għal darb'oħra mill-1978 sal-1986. Wara żewġ staġuni fit-tieni diviżjoni, K. Waterschei SV Thor Genk ingħaqdu ma KFC Winterslag biex jiffurmaw KRC Genk.

Matul l-istaġun 1982–83, il-logħba bejn Standard Liège-Waterschei kienet ġiet ffissa u Standard eventwalment rebħu l-kampjonat. Waterschei rebħu t-Tazza Belġjana darb (fl-1980 u l-1982). Pjuttost notevolment, l-aħħar rebħa waslet għal Waterschei billi laħqu s-semi-finali tal-European Cup Winners Cup fl-istaġun 1982–83. Wara li għelbu lil Paris Saint-Germain fil-kwarti tal-finali, Waterschei tilfu l-ewwel leg tas-semi-finali 5–1 fl-Istadju Pittodrie, id-dar tar-rebbieħa eventwali, Aberdeen FC. Iżda huma rebħu 1–0 ġewwa Waterschei, il-korteżija ta' Eddy Voordeckers, ma setgħetx tbiddel il-pożizzjoni. Huma mbagħad ingħaqdu ma Winterslag fl-1988 biex jiffurmaw il-klabb kurrenti.

1988–preżent

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb il-ġdid kien imsemmi KRC Genk kif inżamm mill-klassifika tal-Winterslag, Huma bdew jilgħabu fl-ewwel diviżjoni imma spiċċaw l-aħħar. Fis-sena ta' wara Genk irnexxielhom jirbħu l-fażi finali tat-tieni diviżjoni u mbagħad kellhom 4 staġuni fl-ewwel diviżjoni. Fl-1995 il-klabb impjega lil Aimé Anthuenis bħala kowċ u Racing spiċċaw it-tieni u qabżu l-fażi finali minħabba li żewġ timijiet ġodda tal-ewwel diviżjoni ngħaqdu (Seraing u Standard Liège). Wara t-tmien post fl-1997, il-klabb kellu l-istaġun 1997–98 brillanti b'rebħa tat-tazza nazzjonali u t-tieni post fil-kampjonat. Fl-ewwel staġun Ewropew tagħhom, Racing Genk eliminaw suċċessivament lil Apolonia Fier u MSV Duisburg iżda huma tilfu kontra RCD Mallorca fir-rawnd tal-aħħar 16 wara żewġ dros (1–1 bl-aggregat) fl-aħħar staġun tal-Cup Winners' Cup. L-istaġun kien tajjeb ukoll, Genk rebħu l-ewwel kampjonat Belġjan tagħhom f'Mejju, bil-kowċ Aimé Anthuenis meta wara mar ma Anderlecht.

Genk lagħbu fil-UEFA Champions League fl-1999–2000 iżda tilfu fit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni kontra NK Maribor. L-istaġun kien salvat milli jirbħu it-Tazza Belġjana mill-ġdid, din id-darba Standard, imma Genk intemmu l-kampjonat fil-9 post. Huwa lest il-11-il post fl-istaġun ta' wara u tilfu it-tieni rawnd tal-UEFA Cup kontra Werder Bremen wara rebħa kontra FC Zürich. Wara din l-espliċita fqira, Genk irnexxielhom jirbħu l-kampjonat għal darb'oħra fl-istaġun 2001–02. Fl-istaġun 2002–03, huma laħqu l-fażi tal-gruppi taċ-Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Għalkemm dawn ġew l-aħħar, huma mpressjonaw lil-partitarju tagħhom f'parità kontra Real Madrid, AS Roma u AEK Athens.

Fl-istaġun 2006–07, Genk spiċċaw it-tieni ma Anderlecht. Genk kienu qabilhom kważi l-istaġun kollu iżda kienu maqbuża fl-aħħar fażi minn Anderlecht wara li tilfu kontra Germinal Beerschot. L-istaġun 2007–08 kien diżastru, fejn Genk lanqas irnexxilhom jintemmu mal-ewwel nofs fid-diviżjoni, huma spiċċaw fl-għaxar post diżappuntanti.

Tliet staġuni ħżiena kienu segwiti. Genk spiċċaw l-istaġun 2007–08 l-għaxar post b'45 punti fil-kampjonat: l-agħar riżultat f'7 snin. L-istaġun 2008–09 kien ħażin għal Genk kif ukoll spiċċaw it-8 post fil-kampjonat domestiku. L-istaġun ntemm fuq nota pożittiva billi rebħu t-Tazza Belġjana, b'hekk kisbu biljett għar-raba rawnd ta' kwalifikazzjoni fl-Europa League. Fl-istaġun 2009–10 beda ħażin għal Genk meta kienu eliminati mill-Europa League minn OSC Lille. L-affarijiet ma marrux tajjeb fil-kampjonat domestiku. Il-kowċ Hein Vanhaezebrouck kien imkeċ f'Diċembru u kellu jiġi mibdul minn Frank Vercauteren. Genk spiċċaw il-11-il post, iżda Vercauteren irnexxielhu jwassal il-klabb għall-futbol Ewropew billi rebħu lir-rivali Sint-Truidense VV fil-finali tal-play offs.

L-istaġun 2010–11 beda tajjeb għal KRC Genk meta għelbu lil Inter Turku bl-iskor ta' 1–5 fil-Finlandja. Huma pprogressaw mir-4 rawnd ta' kwalifikazzjoni u ġew mal-klabb Portugiż FC Porto. Genk tilfu ż-żewġ logħbiet, minkejja li kellhom żewġ prestazzjonijiet tajbin.

Fit-30 ta' Jannar 2010 KRC Genk ħabru li l-kowċ Frank Vercauteren iffirma kuntratt ġdid li jdum sa Ġunju 2013.

Huma tilfu l-ewwel logħba biss tal-istaġun fl-20 ġimgħa u bdew il-play-offs fit-tieni post. Il-klabb rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2010–11 wara li ġew dro 1–1 mal-isfidanti tat-titolu Standard Liége.[1] Dan kien it-tielet kampjonat ta' KRC Genk fl-eżistenza tagħhom u partitarji ċċelebraw bl-invażjoni dritta lejn il-grawnd wara li l-logħba ntemmet.

KRC Genk bdew l-istaġun 2011–2012 bir-rebħua tas-Supercup kontra r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali Standard Liège. Fil-11 ta' Awwissu, il-kowċ Frank Vercauteren ikkonferma li se jitlaq lil Genk u ffirma ma' klabb mill-Abu Dhabi Al Jazira FC. Fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2011–2012 KRC Genk għelbu lil FK Partizan fiż-żewġ legs u ġew ma Maccabi Haifa fir-rawnd tal-play-Off. Maccabi Haifa FC għelbu lil Genk 2–1 f'Iżrael, filwaqt li t-tieni leg intrebaħ minn Genk bl-istess punteġġ ta' 2-1 fil-Belġju. Matul l-għoti tal-penaltis, il-gowler László Köteles għen lil Genk billi salva żewġ penaltis.[2] Għat-tieni darba fl-istorja tagħhom, KRC Genk laħqu l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Huma kienu mfassla fi Grupp E ma Chelsea FC, Valencia CF u Bayer 04 Leverkusen.

Tard f'Awwissu 2011, Mario Been tħabbar bħala kowċ ġdid. Il-kampanja taċ-Champions League kienet moderata. Genk irnexxielhom jiksbu dro ta' 1-1 kontra Chelsea FC, Bayer 04 Leverkusen u dro mingħajr gowls kontra Valencia CF. Iżda meta lagħbu barra minn darhom Genk tilfu l-logħbiet kollha. L-istaġun fil-Jupiler League kien wieħed diffiċli, fejn Genk kkwalifikaw biss għall-play-offs minn irfinar fis-6 post fil-kompetizzjoni regolari. Madankollu, Genk bdew jilagħbu aħjar u telgħu għat-tielet post. Mill-irfinar fit-tielet post, KRC Genk kwalifikaw għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Europa League.

L-istaġun 2012-2013 beda brillanti għal Genk billi kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-Europa League wara li għelbu lil FC Aktobe u FC Luzern. Fil-fażi tal-gruppi KRC Genk wettgħu tajjeb ħafna u finalment rebħu l-grupp mingħajr telfa waħda. Genk spiċċaw l-ewwel bi tliet punti aktar minn FC Basel u permezz t'hekk, kwalifikaw għall-fażi ta' wara fejn dawn affaċċjaw lil Vfb Stuttgart. Tkun l-ewwel darba li fl-istorja tal-klabb huma lagħbu fil-futbol Ewropew wara l-Milied.

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]
Mill-24 ta' Awwissu 2011.
Kompetizzjoni A L R P T GF GK
UEFA Champions League 4 14 4 5 5 15 23
Cup Winners' Cup 1 6 3 3 0 16 3
UEFA Cup 2 9 4 2 3 15 15
UEFA Europa League 3 18 8 4 6 30 27
Intertoto Cup 2 10 6 1 3 22 13
  • K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
  • R = rawnd
  • Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
  • 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
  • F = finali
  • PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
  • PO = Play-Offs
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away
1997 UEFA Intertoto Cup Grupp Gżejjer Faroe B36 Tórshavn 5–0
Norveġja Stabæk IF 4–3
Russja FC Dynamo Moscow 2–3
Greċja Panachaiki 4–2
1998–99 Cup Winners' Cup K Albanija Apolonia Fier 4–0 5–1
1R Ġermanja MSV Duisburg 5–0 1–1
2R Spanja RCD Mallorca 1–1 0–0
1999–2000 Champions League 2K Slovenja NK Maribor 3–0 1–5
2000–01 UEFA Cup 1R Svizzera FC Zürich 2–1 1–0
2R Ġermanja Werder Bremen 2–5 1–4
2002–03 Champions League 3K Repubblika Ċeka Sparta Prague 2–0 2–4
Grupp Greċja AEK Athens 0–0 1–1
Spanja Real Madrid 1–1 0–6
Italja Roma 0–1 0–0
2004 UEFA Intertoto Cup 2R Bulgarija Marek Dupnitza 2–1 0–0
3R Ġermanja Borussia Dortmund 0–1 2–1
Semifinali Portugall UD Leiria 0–0 0–2
2005–06 UEFA Cup 2Q Latvja Liepajas Metalurgs 3–0 3–2
1R Bulgarija PFC Litex Lovech 0–1 2–2
2007–08 Champions League 2K Bosnja-Ħerzegovina FK Sarajevo 1–2 1–0
2009–10 Europa League PO Franza Lille OSC 1–2 2–4
2010–11 Europa League 3K Finlandja Inter Turku 3–2 5–1
PO Portugall FC Porto 0–3 2–4
2011–12 Champions League 3RK Serbja FK Partizan 2–1 1–1
PO Iżrael Maccabi Haifa 2–1 (pen. 4–1) 1–2
Grupp Ġermanja Bayer Leverkusen 1–1 0–2
Ingilterra Chelsea 1–1 0–5
Spanja Valencia 0–0 0–7
2012–13 Europa League 3K Każakistan FC Aktobe 2–1 2–1
PO Svizzera FC Luzern 2–0 1–2
Grupp Portugall Sporting CP 2–1 1–1
Svizzera Basel 0–0 2–2
Ungerija Videoton 3–0 1–0
2R Ġermanja VfB Stuttgart 0–2 1–1
2013–14 Europa League PO Iżlanda FH 5–2 2–0

Sommarju tal-aħjar riżultati

[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-kwarti tal-finali l'quddiem:-:

UEFA Intertoto Cup:

- semi-finalisti fl-2004

  1. ^ Genk pip Standard to Belgian title by Berend Scholten on UEFA.com
  2. ^ UEFA, ed. (23 ta' Awwissu 2011). "Köteles shines as Genk defeat Haifa on penalties". Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]