Oud-Heverlee Leuven

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
OHL
Oud-Heverlee Leuven.png
Isem sħiħ Oud-Heverlee Leuven
Ismijiet oħra OHL, OH Leuven
Fundazzjoni 2002
Grawnd Stadju Den Dreef, Heverlee
(Jesa': 9,500)
President Jan Callewaert
Kowċ Ronny Van Geneugden
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
2012–13 10
Sit elettroniku http://www.ohl.be/
Darhom
Barra minn darhom

Oud-Heverlee Leuven ,imsejħa wkoll OH Leuven jew OHL, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, mill-muniċipalità ta' Leuven. Jirriżulta mill-fużjoni tal-2002 bejn K. Stade Leuven, K. Daring Club Leuven u FC Zwarte Duivels Oud-Heverlee. Sa mis-sajf tal-2011, OH Leuven bdew jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-istaġun 1999–2000, il-klabb rebaħ it-titolu fil-Promozzjoni. Matul l-istaġun 2001–02 huma lagħbu fl-istess kampjonat ġar proxxmu K. Stade Leuven. Fl-aħħar tal-istaġun, il-belt ta' Leuven riedet itejeb il-livell tal-futbol li kellhom fil-belt u ġie deċiż li tliet klabbs, Zwarte Duivels Oud-Heverlee, K. Stade Leuven u K. Daring Club Leuven kienu jistgħu jingħaqdu. Il-klabb il-ġdid żamm in-numru N°6142 tal-matricule ta' Zwarte Duivels Oud-Hevelee.

Fl-aħħar tal-ewwel staġun tal-klabb, huma tilfu l-finali tal-play-off tat-tielet diviżjoni kontra Eendracht Aalst wara li kienu spiċċaw it-tieni fit-Tielet Diviżjoni B, 5 punti qabel Tubize. Wara t-tielet post fl-istess diviżjoni fl-istaġun 2003-04, Oud-Heverlee Leuven spiċċaw it-tieni għal darb'oħra fl-istaġun 2004-05 u f'dak iż-żmien huma rebħu l-play-off u sussegwentement daħlu fit-Tieni Diviżjoni fl-istaġun 2005-06. Fl-istaġun 2007-08 huma spiċċaw it-tielet fit-tieni diviżjoni b'61 punt, madankollu huma mbagħad lestew ir-raba' u fil-qiegħ tal-play-off tal-promozzjoni sussegwenti bl-ebda punt wara li tilfu kontra Tubize, Royal Antwerp u Lommel United.

Il-Ħadd, 24 ta' April 2011, Oud-Heverlee Leuven assiguraw it-titlu tat-tieni diviżjoni 2010-11 u kisbu l-promozzjoni għall- ewwel diviżjoni għall-istaġun 2011-12, wara dro ta' 2-2 kontra Royal Antwerp. Huma arrotondaw l-istaġun il-Ħadd ta' wara b'rebħa ta' 2-0 f'darhom kontra Lommel United, huma kisbu total ta' 73 punt minn 34 logħob u spiċċaw 8 punti qabel it-tim tat-tielet post Lommel United. Il-promozzjoni tagħhom għall-ewwel diviżjoni xtrat il-futbol fil-belt ta' Leuven għall-ewwel darba mill-istaġun 1949-50, meta Stade Leuven spiċċaw fil-qiegħ tal-kampjonat u kienu relegati.

Wara dro ta' mingħajr gowls kontra Lierse fit-3 ta' Marzu 2012, l-aħjar żmien ta' Oud-Heverlee Leuven għall-istaġun 2012-13 kien assigurat. Dan immarka l-ewwel darba t-tim mill-belt ta' Leuven li rnexxielhu jibqgħa fl-ogħla livell tal-futbol Belġjan għal aktar minn staġun wieħed.

Stadju[immodifika | immodifika s-sors]

Stadju Den Dreef

Il-grawnd tagħhom jissejjaħ Stadion Den Dreef u jinsab f'Kardinaal Mercierlaan fin-nofsinhar ta' Leuven subborg ta' Heverlee (m'għandhux jiġi mfixkel ma ''Oud-Heverlee' fl-isem tal-klabb, li fil-fatt hija muniċipalità separata). L-entratura għas-sapporters viżitaturi hija ġewwa Tervuursevest.

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-24 ta' Frar 2013.

N. Poż. Plejer
1 Belġju G Yves Lenaerts
2 Kroazja D Tomislav Mikulic
3 Brażil D Robson
4 Belġju D Wim Raymaekers
5 Belġju D Kenny Thompson
6 Belġju M Kenneth Van Goethem (kaptan)
7 Żimbabwe M Ovidy Karuru
8 Belġju M Karel Geraerts
11 Belġju A Alessandro Cerigioni
12 Gambja A Ibou
13 Belġju A Bjorn Ruytinx
14 Belġju M Thomas Azevedo
15 Belġju D Wout Bastiaens
16 Belġju D Cédric Buekers
17 Belġju D Koen Weuts
N. Poż. Plejer
18 Belġju D Jonas De Roeck
19 Belġju A Loris Brogno
20 Kamerun M Evariste Ngolok
21 Belġju G Dean Michiels
22 Belġju A Emmerik De Vriese
23 Niġerja A Chuka
24 Belġju D Ludovic Buysens
25 Belġju M Christopher Verbist
26 Belġju G Logan Bailly
27 Iżlanda M Stefán Gíslason
28 Arabja Sawdija A Mazin Ahmed Al-Huthayfi
29 Belġju A Joren Dehond
30 Belġju M Simon Bracke
31 Belġju M Ben Yagan
32 Belġju D Günther Vanaudenaerde

Plejers barra f'self[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
9 Kamerun A Christian Pouga (ma' Lierse)
Belġju D Nicky Hayen (ma' Antwerp)
Belġju M Antoine Palate (ma' Diegem)
N. Poż. Plejer
Belġju M Kevin Roelandts (ma' Antwerp)
Belġju M Jorn Vermeulen (ma' Antwerp)

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]