KV Oostende
![]() | |||
Isem sħiħ | Koninklijke Voetbalclub Oostende | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Kustboys | ||
Fundazzjoni | 1981 | ||
Grawnd |
Albertparkstadion, Ostend (Jesa': 8,000) | ||
President |
![]() | ||
Kowċ |
![]() | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | ||
2012–13 | It-Tieni Diviżjoni, 1el (promossi) | ||
Sit elettroniku | http://www.kvo.be/ | ||
|
KV Oostende huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, mill-muniċipalità ta' Ostend, Fjandri tal-Punent. Il-klabb kien twaqqaf fl-1904 bħala VG Oostende bin-numru n°31 tal-matricule.
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-1911 klabb ieħor kien inħoloq, AS Oostende, li kien dalwaqt se jsir l-aħjar klabb tal-belt, huma kienu jilgħab regolarment fit-tieni diviżjoni fit-1930ijiet. Fis-1970ijiet, l-AS kisbu l-ewwel diviżjoni filwaqt li l-VG kien jilgħabu fit-tieni livell.
Iż-żewġ klabbs ingħaqdu fl-1981 u saru KV Oostende. Tnax-il sena wara, il-klabb il-ġdid laħaq l-ewwel diviżjoni. Huma imbagħad ġew jilagħabu fit-tieni diviżjoni mill-1995 filwaqt li fl-istaġun 1998–99 u 2004–05 lagħbu fl-ogħla livell għal darb'oħra.
VG Oostende kienu re-fondati fl-aktar livell baxx tal-futbol Belġjan sena wara l-għaqda. Il-klabb oriġinarjament uża l-isem Oostendse VG sakemm l-isem VG Oostende setgħa jintuża mill-ġdid għaxar snin wara l-għaqda. Oriġinarjament, VG Oostende reġgħu użaw il-grawnd Armenonville, li kien il-grawnd oriġinali ta' VG Oostende. Peress li l-grawnd kien ġiet dikjarat bħala mhux sikuri, VG Oostende qasmu l-grawnd ma' KV Oostende fl-Albertparkstadion.
F'Awwissuu 2007, Oostende stabbilixxu sħubija ta' ħidma mal-ġġanti Skoċċiżi Celtic. Taħt il-ftehim, kull staġun Celtic se jibgħatu tliet riżerva u xi plejers mill-akkademija b'self għall-Oostende. Dawn is-sħubijiet ta' ħidma mhumiex uniċi għall-futbol Belġjan, fejn Royal Antwerp kienu fi sħubija ma' Manchester United sa mill-1998.[1]
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
- Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1998, 2013
- Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1993, 2004
Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]
Mill-10 Marzu, 2013.
|
|
Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]
Paul Okon
Frank Magerman
Jurgen Sierens
Björn Vleminckx
Dieter Wittesaele
Roger Lukaku
John Woodward
Ibrahima Diallo
Mike Origi (1992–96), (109 preż 19 gowls)
Rudison
Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]
Kenneth Brylle Larsen (Lul 2001–Ġun 03)
Gilbert Bodart (Mejju 2003–Jan 05)
Herman Vermeulen (Jan 2005–Ġun 05)
Willy Wellens (Lul 2006–??)
Dennis van Wijk (Nov 2007–Diċ 07)
Kurt Bataille (provviżorju) (Diċ 2007–Ġun 08)
Jean-Pierre Vandevelde (Lul 2008–Mar 09)
Thierry Pister (Mar 2009–Frar 11)
Fréderic Vanderbiest (Frar 2011–)
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Oostende fuq Weltfussballarchiv.com
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]