Il-UEFA Europa League 2012–13 hija r-raba' staġun tal-UEFA Europa League, kompetizzjoni għall-klabbs tal-futbol li qabel kienet tissejjaħ it-Tazza UEFA (UEFA Cup). Chelsea kisbu l-ewwel titlu tal-kompetizzjoni billi rebħu l-finali bl-iskor ta' 2-1 kontra Benfica f'Amsterdam Arena.[1]
Total ta' 193 tim minn 53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA daħlu biex jipparteċipaw fl-edizzjoni 2012–13 tal-Europa League. In-numru ta' postijiet ta' timijiet kwalifikati huma allokati skont il-koeffiċjenti tal-UEFA:[2]
L-assoċjazzjonijiet mill-1 sas-6 jkollhom tliet klabbs
L-assoċjazzjonijiet mis-7 sad-9 jkollhom erba' klabbs
L-assoċjazzjonijiet mill-10 sal-51 ikollhom tliet klabbs (bl-eċċezzjoni tal-Liechtenstein)
L-assoċjazzjonijiet mit-52 sat-53 ikollhom tliet klabbs
L-ewwel tliet assoċjazzjonijiet fil-klassifika 2012–13 tal-Fair Play tal-UEFA (in-Norveġja, il-Finlandja u l-Olanda)jingħataw post addizjonali[3]
Il-poloz għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni saru fl-20 ta' Lulju 2012.[5] L-ewwel legs intlagħbu fit-2 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fid-9 ta' Awwissu 2012.
Nota 3: Il-UEFA tat rebħa ta' 3–0 lil Mura 05 minħabba l-player sospiż ta' Arsenal KyivÉric Matoukou fl-ewwel leg. Il-logħba oriġinali kienet intemmet f'rebħa ta' 3–0 għal Arsenal Kyiv.[6]
Nota 4: L-ordni tal-legs ġiet maqlub wara l-polza oriġinali.
Nota 5: Il-logħba kienet abbandunata fit-82 minuta minħabba disturbanza ta' folla. Dila Gori kelhom vantaġġ ta' 3–0. Dan ir-riżultat kien ikkonfermat mill-UEFA.[7]
Il-poloz għall-play-offs saru fl-10 ta' Awwissu 2012. L-ewwel legs intlagħbu fit-22 u t-23 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fit-28 u t-30 ta' Awwissu 2012.
It-tlugħ tal-poloz għall-Kwarti tal-finali saru fil-15 ta' Marzu 2013.[9] L-ewwel legs se jintlagħbu fl-4 ta' April, u t-tieni legs se jintlagħbu fil-11 ta' April 2013.
It-tlugħ tal-poloz għall-Kwarti tal-finali saru fit-12 ta' April 2013. L-ewwel legs se jintlagħbu fil-25 ta' April, u t-tieni legs se jintlagħbu fit-2 ta' Mejju 2013.