Marco Streller
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 18 ta' Ġunju 1981 Bażel, Żvizzera | ||
| Tul | 1.95 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Mixtliet | |||
| 1988–1997 | FC Aesch | ||
| 1997–2000 | FC Arlesheim | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2000–2004 | Basel | ||
| 2001–2002 | → Concordia Basel (self | ||
| 2002–2003 | → Thun (self) | ||
| 2004–2007 | Stuttgart | ||
| 2006 | → Köln (self) | ||
| 2007–2015 | Basel | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2003–2011 | Żvizzera | ||
Marco Streller (twieled fit-18 ta' Ġunju 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab bħala attakkant ma' Basel u mat-tim nazzjonali.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Streller beda l-karriera tiegħu ma' Basel. Iddebutta mat-tim fis-sena 2000, qabel ma fl-istaġun segwenti ġie misluf lil FC Concordia Basel fejn ħalla l-marka tiegħu b'16-il gowl minn 30 logħba. F'Jannar tal-istaġun ta' wara, għadda għal ma' FC Thun, dejjem fuq bażi ta' self. Wara prestazzjonijiet sodisfaċenti li ħalla, irritorna lura lejn Basel bil-wegħda ta' aktar spazju fit-tim.
Matul l-istaġun 2003–04, ir-ritorn tiegħu ta' 13-il gowl minn 16-il partita attira interess minn numru ta' klabbs fil-Bundesliga Ġermaniża, fosthom VfB Stuttgart, liema klabb kiseb il-firma tiegħu għall-istaġun 2004–05. Madanakollu, ftit li xejn ħalla xi forma ta' marka mat-tim u ġie msellef lit-tim ta' Köln għall-aħħar nofs tal-istaġun 2005–06. Lura ma' Stuttgart, ftit li xejn impona ruħu fis-sistema tat-tim u reġa' rritorna lura ma' Basel f'Ġunju tal-2007. Lura pajjiżu, Streller reġa' sab il-forma hekk kif kien l-aqwa skorer matul l-2007–08 bi 12-il gowl.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Plejer internazzjonali mill-2003, hu kien jifforma parti mit-tim parteċipi fil-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008. Madanakollu kellu jirtira mill-manifestazzjoni tal-Euro 2004 minħabba uġigħ. Wara partita kontra l-Liechtenstein, ħabbar li kien se jirtira b'mod definittiv mit-tim nazzjonali minħabba nuqqas ta' sosten tal-partitarji. Imma, il-kowċ Ottmar Hitzfeld ikkonviċieh jerġa' pass lura mid-deċiżjoni li kien ħa.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Basel
- Super League Żvizzera: 2003–04, 2007–08, 2009–10, 2010–11, 2011–12, 2012–13, 2013–14, 2014–15
- Tazza Żvizzera: 2007–08, 2009–10, 2011–12
- Stuttgart
- Bundesliga: 2006–07
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (DE) Sit personali