Shirak FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Shirak FC
FC Shirak.png
Isem sħiħ Shirak Football Club
Fundazzjoni 1958
Grawnd Stadju Gyumri City, Gyumri
Proprjetarju Arman Sahakyan (en) Translate
President Arman Sahakyan
Kowċ Vardan Bichakhchyan
Kampjonat Premier League Armen
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Shirak Football Club (Armen: Շիրակ Ֆուտբոլային Ակումբ) huwa klabb tal-futbol Armen li huwa bbażat ġewwa Gyumri. Il-klabb jilgħab fil-Premier League Armen, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Armen. Il-Grawnd tagħhom huwa Stadju Gyumri City.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Emblema antika ta' Shirak FC

FC Shirak kienu fondati fl-1958. Matul is-1970ijiet, il-klabb kien taħt l-isem Olympia. Huma kienu jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni Sovjetika sakemm l-Armenja ħadet l-indipendenza. Il-Grawnd tal-klabb huwa Stadju Gyumri City, li jesa' 3,000 partitarju; l-istadju kien rinnovat fl-1999. Il-klabb huwa wieħed mill-eqdem fil-Armenja u pproduċa plejers tajbin ħafna li marru fuq biex jirrappreżentaw il-pajjiż. Artur Petrosyan u Harutyun Vardanyan huma żewġ plejers famużi prodotti minn dan il-klabb. It-tnejn l'huma kienu kisbu reputazzjoni bħala plejers b'talent u komplew biex jilagħbu għat-Tim nazzjonali tal-Armenja.

Il-klabb huwa t-tieni l-aktar li għandhu unuri fil-pajjiż, li rebħu 3 kampjonati u 3 super-cups, madankollu tħabtu finanzjarjament fl-aħħar snin (2005, 2006), fatt li ra d-dawra tal-klabb fil-prestazzjonijiet fqar u fl-edizzjonijiet riċenti tal-Premier League Armen. Fl-2012 FC Shirak għall-ewwel fl-istorja tagħhom rebħu t-Tazza Armena.

FC Shirak ħadu sehem fit-3 tazzi Ewropej differenti: Champions League, UEFA Cup u Intertoto Cup. Fl-2012/13 FC Shirak lagħbu fil-UEFA Europa League u avvanzaw għat-tieni fażi bl-aggregat ta' 2-1 kontra FK Rudar Pljevlja. Fit-tieni rawnd FC Shirak lagħbu ma Bnei Yehuda mill-Iżrael u tilfu 3-0.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Premier League Armen

  • Gold medal icon.svg Rebbieħa (3) – 1992, 1994, 1999, 2012–13
  • Silver medal icon.svg Runner-up (5) – 1993, 1995-96, 1997, 1998, 2002
  • Bronze medal icon.svg It-tielet (2) –2000, 2003;

Tazza Armena

  • Cup Winner.png Rebbieħa (1) – 2011-12
  • Cup Finalist.png Runner-up (4) – 1993, 1994, 1999, 2011, 2012–13

Super Cup Armena

  • Cup Winner.png Rebbieħa (3) – 1997, 2000, 2003
  • Cup Finalist.png Runner-up (1) – 1999

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Lulju 2012.

Kompetizzjoni L R P T GF GK
UEFA Champions League 3 1 1 1 5 3
UEFA Europa League 16 2 3 11 6 30
UEFA Intertoto Cup 4 1 1 2 7 10
Total 23 4 5 14 18 43
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb 1el leg 2ni leg Aggregat
1995-96 UEFA Cup RP Polonja Zagłębie Lubin 0 - 0 0 - 1 0 - 1
1996-97 UEFA Cup RP Ċipru Anorthosis Famagusta 0 - 4 2 - 2 2 - 6
1998-99 UEFA Cup 1R Żvezja Malmö 0 - 2 0 - 5 0 - 7
1999-00 UEFA Cup 1R Finlandja HJK Helsinki 0 - 2 1 - 0 1 - 2
2000-01 UEFA Champions League 1R Bjelorussja BATE Borisov 1 - 1 1 - 2 2 - 3
2001 UEFA Intertoto Cup 1R Ungerija Tatabánya 3 - 2 1 - 3 4 - 5
2002 UEFA Intertoto Cup 1R Portugall Santa Clara 0 - 2 3 - 3 3 - 5
2003-04 UEFA Cup RK Danimarka Nordsjælland Farum 0 - 4 0 - 2 0 - 6
2004-05 UEFA Cup 1R Moldova Tiraspol 1 - 2 0 - 2 1 - 4
2012-13 UEFA Europa League 1R Montenegro Rudar Pljevlja 1 - 0 1 - 1 2 - 1
2R Iżrael Bnei Yehuda Tel Aviv 0 - 2 0 - 1 0 - 3
2013–14 UEFA Champions League 1R San Marino Tre Penne 3–0 0–1 3–1
2R Serbja FK Partizan 1–1 0–0 1–1 (a)
Riżultati bil-bold huma f'darhom

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

Mit-2 ta' Lulju 2013.

N. Poż. Plejer
1 Armenja G Norayr Abrahamyan
4 Kosta tal-Avorju D Didier Kadio
5 Armenja M Tigran Davtyan
6 Armenja M Armen Tigranyan
7 Armenja A Aram Muradyan
9 Kosta tal-Avorju A Ismaël Fofana
10 Armenja M Davit Hakobyan
12 Armenja A Andranik Barikyan
13 Gana D Samuel Kyere
15 Armenja M Karen Aleksanyan
17 Ġermanja D David Marikyan
N. Poż. Plejer
18 Armenja M Ara Mkrtchyan
19 Armenja M Karen Muradyan
21 Armenja D Gevorg Hovhannisyan
22 Armenja G Artur Harutyunyan
23 Armenja D Artyom Mikaelyan
24 Kenja A George Odhiambo
25 Armenja M Aghvan Davoyan
29 Senegal M Dame Diop
27 Armenja A Aram Tosunyan
31 Armenja M Edvard Panosyan
33 Armenja D Arman Tadevosyan

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Akop Durgaryan (1958)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Hayk Andriasyan (1959–61)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Albert Abramyan (1962–64)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Hayk Andriasyan (1965–66)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Bagdasar Movsisyan (1967)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Akop Durgaryan (1968)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Hayk Andriasyan (1969)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Sarkis Ovivyan (1970)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Sergey Mkhitaryan (1971–74)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Stepan Matevosyan (1975)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Sergey Mkhitaryan (1976–78)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Zhak Suprikyan (1979)

  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Abramyan (1980)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Oganes Mantarlyan (1981)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Sergey Mkhitaryan (1982–83)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Andranik Adamyan (1984–85)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Zhora Bargesyan (1986)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Sergey Mkhitaryan (1987–88)
  • Repubblika Sovjetika Soċjalista Armena Zhora Bargesyan (1989–90)
  • Armenja Andranik Adamyan (1991–04)
  • Armenja Zhora Bargesyan (2005–09)
  • Armenja Vardan Bichakhchyan (2009–10)
  • Armenja Samvel Petrosyan (2010–11)
  • Armenja Vardan Bichakhchyan (2011–preżent)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]