Apolonia Fier

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn KS Apolonia Fier)
Jump to navigation Jump to search
Apolonia Fier
Apolonia Fier.png
Isem sħiħ Football Club Apolonia Fier
Fundazzjoni 17 ta' Ġunju, 1925
Grawnd Stadiumi Loni Papuçiu, Fier
(Jesa': 12,000)
President Albanija Endri Puka
Kowċ Albanija Elidon Demiri
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
2012–13 Superliga Albaniża, 14 (relegati)
Sit elettroniku [http:// ]
Darhom
Barra minn darhom
It-tielet flokk

Klubi Sportiv Apolonia Fier (KS Apolonia Fier) huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Fier. Il-klabb ġie bbażat bħala "KS Apollonia" fl-1925 - isem derivat mill-belt antika fil-qrib ta Apollonia. Huma jilagħbu fis-Stadiumi Loni Papuçiu. Il-klabb irnexxielu jirbaħ it-trofew tiegħhu fl-1998, li rebħu t-Tazza Albaniża.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija[immodifika | immodifika s-sors]

Kmieni fl-1920ijiet, fil-Belt ta' Fier bdew jiġu organizzati attivitajiet sportivi. Ħafna miż-żgħażagħ tal-belt kienu studenti u ddeċidew li jiġu lura fis-sajf għall-vaganzi tagħhom iżda wkoll għall-logħba tal-futbol. Il-logħba kienet mifruxa mmedjatament madwar iż-żgħażagħ tal-belt u kważi kull rokna kien hemm xi żgħażagħ b'xi ballun f'siequ. L-ewwel logħba uffiċjali li ntlagħabet fil-belt ta' Fier kienet saret fis-17 ta' Lulju, 1924 bejn il-klabbs ta' Fier u Vlorë, attività organizzata mill-"Bashkimi Cultural Society". Fis-sajf tal-1925, grupp ta' studenti bbażaw Shoqeria Sportive Apollonia li kienu fost l-ewwel klabbs tal-futbol fil-belt. Matul l-1928, sar klabb professjonali u ri-organizzaw l-istruttura tagħhom billi żżidu r-regolament tal-klabb u l-bord tad-diretturi, li kien jippjana xi attivitijiet u logħob. Wara l-fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż, il-futbol sar aktar organizzat u ħafna attivitajiet saru. Waħda mill-aktar attivitajiet importanti kienet it-Tazza Muzakia bil-parteċipazzjoni ta' klabbs minn Fier, Vlorë, Berat u Lushnje, It-Tazza Muzakia kienet mirbuħa minn KS Apollonia. Klabbs tal-futbol ohrajn maħluqa ġewwa Fier huma: Myzeqeja SK (1927), Sport Klub Fieri (1930) u Ballkanikja SK (1930).

1945-1990[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1946, Apolonia infetaħ mill-ġdid bħala multi-klabb sportiv. Ħafna sports kienu pprattikati mill-klabb bħal: Baskitbol, Vollibol, Atletika, etċ. Madankollu l-futbol baqgħa l-aktar sport popolari. Fl-1958 stadju ġdid kien mibni ġo Fier biex jospitaw xi logħob li jintlagħabu mill-klabb. L-istadju jismu "Loni Papuciu" u għandu kapaċita ta' 6000 attendenti. Il-klabb kien fl-aqwa tiegħu minn 1985–1990 li kienu mmexxija mill-kowċ Vangjel Capo. Il-klabb mexa sabiex jikseb l-aħjar riżultat tiegħu fl-Ewwel Diviżjoni Albaniża li spiċċaw it-tielet. Dan tqegħid ta' lit-tim l-opportunità li jipparteċipa fl-ewwel rawnd tal-UEFA Cup iżda kienu eliminati minn AJ Auxerre.

1990-preżent[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-waqgħa tal-komuniżmu bħal f'kull klabb fl-Albanija ħafna plejers ħallew lil pajjiż biex ikomplu l-karriera tagħhom barra minn pajjiżhom. Fl-1992 il-fergħa tal-futbol ġiet sseparata mill-klabb prinċipali u tkompliet bħala KF Apolonia Fier taħt il-President Koço Kokëdhima. Il-klabb beda l-qawmien mill-ġdid tiegħhu fl-1997 wara li għamlu xi apparenzi impressjonanti li ntemmu fil-ħames post. L-istaġun ta wara l-klabb spiċċaw diżappuntanti fis-7 postiżda dawn irnexxielhom jilħqu għall-ewwel darba u biss fl-istorja tagħhom l-finali tat-Tazza Albaniża. Il-klabb iffaċċjaw lir-rivali KS Lushnja fil-finali tagħhom. Apolonia rnexxielu jirbħu l-logħba bl-iskor ta' 1–0 u ħadhu t-Tazza f'darhom. Wara xi snin tajba fis-Superliga Albaniża, il-klabb ġie relegat fl-istaġun 2002–03. Apolonia qagħdu fit-Tieni Diviżjoni sal-promozzjoni tagħhom fl-istaġun 2005–06 meta spiċċaw runners-up. Ir-Rumen Silviu Dumitrescu, li għandu ħafna esperjenza, kien il-kowċ il-ġdid għall-istaġun 2006–07. Fl-10 ta' Ottubru 2006, Dumitrescu irriżenja u kien sostitwit minn Dhimitër Papuçiu. Anki jekk huwa beda b'xi riżultati tajbin tal-klabb ma setgħax immexxi jħalli t-tim fl-aħħar post tal-klassifika. Papuçiu kellu ġie mibdul minn Andrea Marko fil-bidu ta' 2007. Iżda fl-istaġun tagħhom tas-Superliga kien diffiċli u spiċċaw fil-qiegħ tal-klassifika. Fl-istaġun ta wara ġlieda tajba dawn irnexxielhom jiksbu l-promossi lura lejn is-Superliga. Dan l-istaġun taħt il-kowċ Esad Karishik huma rnexxielhom jistabbilixxu lilhom infushom fin-nofs tal-klassifika. Din is-sena KS Apolonia sabu plejer b'talent li ismu huwa Aldo Capo.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza Albaniża : 1 (1998)

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away
1989–90 UEFA Cup 1R Franza AJ Auxerre 0-3 0-5
1998–99 UEFA Cup Winners' Cup RK Belġju KRC Genk 1-5 0-4
  • RK = Rawnd tal-Kwalifikazzjoni
  • 1R = L-ewwel Rawnd

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

Mis-27 ta' Ottubru, 2012

N. Poż. Plejer
1 Albanija G Endrit Çako
12 Albanija G Eduard Miço
33 Serbja G Vilson Caković
70 Slovakkja G Filip Madžovski
2 Niġerja D Sulaimon Adekunle
3 Stati Uniti D Thomas Culver
4 Albanija D Albi Llënga
5 Albanija D Renato Naçi
6 Albanija D Rudin Nako
7 Albanija D Kostandin Ndoni
8 Albanija D Hermes Lamaj
9 Albanija M Rigers Dushku
N. Poż. Plejer
10 Albanija M Damiano Azizaj
11 Albanija M Gazmend Çimili
13 Albanija M Evangjelos Jakupi
14 Albanija M Ledion Muçaj
15 Albanija M Enriko Papa
16 Serbja M Dušan Popović
17 Albanija M Albi Prifti
18 Albanija M Ermal Sako
19 Albanija M Aladin Sallaku
20 Albanija A Edison Qafa
21 Albanija A Renaldo Rama
22 Albanija A Andi Ribaj

Ekx Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
Albanija G Vladimir Stefa
Albanija D Roland Peqini
Albanija D Ilir Mece (Mecaj)
Albanija M Ansi Agolli
Albanija M Iljaz Haxhiraj
Albanija M Edmond Lutaj
Albanija M Artion Poci
Albanija M Dashnor Poci
N. Poż. Plejer
Albanija M Sotiraq Tegu
Albanija A Kujtim Majaci
Albanija A Sebino Plaku
Albanija A Odise Roshi
Albanija A Odise Rroshi
Albanija A Albert Stroni
Albanija A Alket Zeqo
Albanija A Edison Qafa

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]