Cristal Arena
Cristal Arena Fenixstadion | |
---|---|
Lokalità | Genk, Belġju |
Koordinati | Koordinati: 51°00′18″N 5°32′00″E / 51.005°N 5.5333333°E |
Inawgurazzjoni | 1999 |
Kapaċità |
25,000 21,500 (logħob tal-UEFA)[1] |
Lokatorji | |
KRC Genk |
Cristal Arena huwa grawnd multi-fin li jinsab f'Genk, Belġju. Il-grawnd jintuża għall-logħob tal-futbol u huwa l-grawnd ta' Racing Genk. L-istadju jesa' 25,000 partitarji (li 4,200 minnhom huma postijiet wieqfa) u kien ibena fl-1999. Heusden-Zolder kienu jużaw dan grawnd għal staġun wieħed. Wara r-relegazzjoni tal-klabb, ġew trasferiti għal Mijnstadion f'Beringen. L-attendenza medja tvarja minn 20,000 għal 22 000 partitarju li jżuru l-istadju kull ħmistax.
Qabel il-bidu tal-istaġun 2007-2008, l-istadju kien magħruf bħala "het Fenixstadion". Madankollu, kmieni fl-2007 Racing Genk ffirmat ftehim mal-birrerija Alken-Maes biex jikru l-isem tal-istadju għal perjodu ta' 5 snin.
Il-Belġju lagħbu żewġ logħbiet hawn fl-2009, logħba ta' ħbiberija kontra s-Slovenja u logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-Bożnija u Ħerżegovina fejn tilfu 2-4.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Cristal Arena |
Koordinati: 51°00′18″N 5°32′00″E / 51.005°N 5.5333333°E