Paolo Maldini
| | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Paolo Cesare Maldini | ||
| Twelid | 26 ta' Ġunju 1968 Milan, Italja | ||
| Tul | 1.86 m | ||
| Rwol | Difensur ċentrali | ||
| Mixtliet | |||
| 1978–1985 | Milan | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1985–2009 | Milan | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1986–1988 | Italja U-21 | ||
| 1988–2002 | Italja | ||
Paolo Maldini (twieled fis-26 ta' Ġunju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan li kien ikkunsidrat fost l-aqwa difensuri li qatt lagħbu l-logħba. Il-karriera tiegħu qattagħha mal-Milan, fejn matul dan iż-żmien minbarra l-ħafna unuri miksuba, hu sar l-iktar plejer li għamel dehriet kemm għat-tim Milanist, kemm fis-Serie A u anki mat-tim nazzjonali Taljan.
Missieru hu Cesare Maldini, plejer veteran u kaptan tal-Milan u kowċ ta' suċċess għat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Maldini għamel id-debutt fil-kampjonat mat-tim tal-Milan meta kien għadu sittax-il sena, fl-20 ta' Jannar 1985, kontra l-Udinese, bħala sostitut għall-imweġġa' Sergio Battistini.[1][2] Din kellha tkun l-unika apparenza matul dak l-istaġun, però fl-istaġun ta' wara beda jingħata aktar opportunitajiet mal-ewwel ħdax.
Fl-istaġun suċċessiv, fl-età tenera ta' sbatax-il sena, Maldini sar plejer titulari mal-formazzjoni tar-rossoneri, bil-flokk numru 3 bħala difensur xellugi. L-ewwel gowl tiegħu minn fost id-29 li skorja fis-Serie A wasal fl-4 ta' Jannar 1987 kontra Como, li kien ukoll il-gowl rebbieħ tal-konfront. Fl-Ewropa, il-gowl dam ma wasal sal-21 ta' Ottubru 1992, fejn dan kien ukoll il-gowl partita kontra Slovan Bratislava.
Mill-istaġun 1997–98, wiret il-faxxa ta' kaptan minn Franco Baresi li kien temm il-karriera tiegħu. L-istess passaġġ tal-faxxa kien diġà seħħ fl-1994 mat-tim nazzjonali Taljan, meta Baresi ħallielu l-faxxa ta' kaptan wara l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ġiet ospitata fl-Istati Uniti.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Paolo Maldini" (bl-Ingliż). Talk Football. Miġbur 2009-03-01.
- ↑ "Maldini the fulcrum of Milan generation game" (bl-Ingliż). Guardian. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-05-25. Miġbur 2009-03-01.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Paolo Maldini fuq National-Football-Teams.com
- Profil fuq FIGC