Robert Lewandowski
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 21 ta' Awwissu 1988 Varsavja, Polonja | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Bayern Munich | ||
Numru | 9 | ||
Mixtliet | |||
1996–1997 | Partyzant Leszno | ||
1997–2004 | MKS Varsovia Warsaw | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2005 | Delta Warsaw | ||
2005–2006 | Legia Warsaw II | ||
2006–2008 | Znicz Pruszków | ||
2006–2007 | Znicz II Pruszków | ||
2008–2010 | Lech Poznań | ||
2010–2014 | Borussia Dortmund | ||
2014– | Bayern Munich | ||
Tim nazzjonali | |||
2008 | Polonja U21 | ||
2008– | Polonja |
Robert Lewandowski (Varsavja, 21 ta' Awwissu 1988) huwa plejer tal-futbol Pollakk li jilgħab għall-klabb Ġermaniż Bayern Munich u mat-Tim nazzjonali tal-Polonja bħala attakkant. Preċidentament huwa lagħab għal Delta Warsaw, Legia Warsaw, Znicz Pruszków, Lech Poznań, u Borussia Dortmund.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu
[immodifika | immodifika s-sors]Lewandowski beda l-karriera tiegħu ma' Varsovia Warsaw, fejn lagħab għal seba' snin.[1] Fis-sena ta' wara huwa mar ma' Delta Warsaw fejn irnexxielu jilgħab fl-ewwel tim u skorja erba' gowls.[2]
Fl-istaġun 2006–07, Lewandowski kien l-aqwa skorer tat-Tielet Diviżjoni Pollakka bi 15-il gowl, fl-istess ħin huwa għen lil Znicz Pruszków jirbħu l-promozzjoni.[3] Fl-istaġun ta' wara kien l-aqwa skorer fit-Tieni Diviżjoni Pollakka b'21 gowl.[3]
Lech Poznań
[immodifika | immodifika s-sors]F'Ġunju 2008, Lech Poznań iffirmaw lil Lewandowski minn Znicz għal 1.5 miljun zlotys.[1][4]
Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Lech f'Lulju 2008 bħala sostitut fl-ewwel taqsima tal-kwalifiki tal-UEFA Cup kontra Khazar Lenkoran mill-Ażerbajġan. F'dik il-logħba, hu skorja l-uniku gowl tal-logħba. Matul id-debutt tiegħu fl-Ekstraklasa fl-ewwel logħba tal-istaġun fil-logħba kontra GKS Bełchatów, huwa skorja gowl b'takkuna erba' minuti wara t-tieni taqsima. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-ogħla diviżjoni Pollakka, huwa kien it-tieni fil-klassifika tal-aqwa skorers. Fl-istaġun ta' wara, sar l-aqwa skorer bi 18-il gowl u għen lit-tim tiegħu jirbaħ il-kampjonat.
Borussia Dortmund
[immodifika | immodifika s-sors]Wara stampa ta' spekulazzjoni li Lewandowski jistgħa jiċċaqlaq għal wieħed minn numru ta' klabbs,[5][6] huwa ngħaqad mal-klabb tal-Bundesliga Borussia Dortmund f'Ġunju 2010, billi ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Ġermaniż[7] għal ħlas rappurtat li jkun jiswa madwar €4.5 miljun.[8] Fid-19 ta' Settembru, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Bundesliga billi għamel l-iskor 3–0 fir-Revierderby kontra Schalke 04; il-logħba spiċċat fl-iskor ta' 3–1.[9]
2011–12
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-istaġun 2011–12 fil-kampanja tal-Bundesliga, Lewandowski pprofitta minn korriment ta' Lucas Barrios u hu kien elevat għal pożizzjoni dejjem preżenti mill-bidu sal-waqfa tax-xitwa. L-attakkant wieġeb billi sab ix-xibka darbtejn f'rebħa ta' 3-0 kontra SV Sandhausen fl-ewwel taqsima tad-DFB-Pokal.[10] Lewandowski fetaħ il-kont tal-kamojonat tiegħu f'rebħa ta' 2–0 kontra 1. FC Nuremberg fl-20 ta' Awwissu 2011 billi jipprovdi l-kuntatt tal-irfinar minn Mario Götze.[11] Fl-1 ta' Ottubru, Lewandowski pprovda assist u skorja tlett gowls f'rebħa ta' 4–0 kontra FC Augsburg,[12] wara telfa diżappuntanti ta' 3–0 kontra Olympique de Marseille fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.[13] Dortmund telgħu fit-tieni post fil-Bundesliga b'rebħa komda ta' 5-0 kontra 1. FC Köln fit-22 ta' Ottubru, fejn Lewandowski sab ix-xibka f'kull naħa tal-ewwel taqsima.[14] Dortmund vjaġġaw lejn SC Freiburg fis-17 ta' Diċembru u Lewandowski skorja darbtejn u provda assist għall-Kevin Großkreutz, fejn Dortmund rebħu faċilment bl-iskor ta' 4–1.[15] Minħabba l-prestazzjoni b'saħħitha tiegħu, hu kien imsemmi l-Aqwa Plejer tas-Sena tal-Polonja.[16]
Wara l-waqfa tax-xitwa, fit-22 ta' Jannar 2012, Dortmund għelbu lil Hamburger SV 5–1 biex jimxu b'livell ta' punti mal-mexxejja Bayern Munich; Lewandowski skorja darbtejn u żied assist għall-Jakub Błaszczykowski fir-rewwixta.[17] Hu skorja l-uniku gowl tal-logħba f'rebħa ta' 1–0 kontra Bayern Munich fil-11 ta' April.[18] Ir-riżultat ta lil Dortmund sitt punti fuq ir-rivali tat-titolu tagħhom fejn kellhom biss erba' logħob x'jilgħabu.[19] Fil-21 ta' April, Lewandowski provda assist għall-Shinji Kagawa fid-59 minuta fejn Dortmund rebħu 2–0 kontra Borussia Mönchengladbach li ssiġillaw it-titolu għat-tieni darba.[20] Fil-logħba finali tal-Bundesliga, Lewandowski skorja żewġ gowls fl-ewwel taqsima fejn Dortmund għelbu lil Freiburg 4–0 u ċċelebrataw l-irfigħ tat-titolu.[21]
Lewandowski spiċċa s-sena bħala t-tielet l-aqwa skorer li skorja 22 gowls, l-ebda gowl minn penalti, u provda sitt assisti.[22]
Fil-logħba finali tal-istaġun għall-Dortmund, huwa skorja tlett gowls fil-finali tad-DFB-Pokal, b'rebħa ta' 5–2 fuq Bayern Munich, li l-klabb kiseb l-ewwel kampjonat tiegħu u tazza doppja.[23][24] Lewandowski spiċċa l-aqwa skorer tad-DFB-Pokal, b'seba' gowls f'sitt logħbiet.[25]
2012–13
[immodifika | immodifika s-sors]Lewandowski għamel l-ewwel dehra fil-kampanja tal-Bundesliga f'rebħa ta' 2–1 kontra Werder Bremen fil-jum tal-ftuħ tal-istaġun.[26] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'rebħa ta' 3–0 kontra Bayer Leverkusen fil-15 ta' Settembru 2012, b'hekk hu kabbar il-ġirja ta' Dortmund għall-31 logħbiet mingħajr telfa u ressaq lil-klabb fit-tielet post fil-Bundesliga.[27] Huwa stabbilixxa rekord ġdid klabb tal-itwal strajk ta' gowls, wara li skorja fi 12-il logħba, huwa ssupera r-rekord ta' Friedhelm Konietzka mill-istaġun 1964–65.[28]
L-ewwel logħba tal-istaġun kienet dik tal-UEFA Champions League, Lewandowski skorja l-uniku gowl enfatiku fis-87 minuta fejn Dortmund għelbu lil Ajax bl-iskor ta' 1–0.[29] Fl-24 ta' April 2013, Lewandowski sar l-ewwel plejer li skorja erba' gowls fis-semi finali tal-UEFA Champions League fejn Dortmund għelbu lill-kampjuni Spanjoli Real Madrid bl-iskor ta' 4–1 fl-ewwel leg ġewwa Signal Iduna Park.[30]
Skont id-direttur ta' Dortmund Michael Zorc, li tkellem fi Frar 2013, Lewandowski mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb, u jħalli fis-sajf tal-2013 jew wara l-istaġun 2013–14.[31]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Lewandowski għamel tliet apparenzi għall-Polonja U21, f'logħob ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, il-Belarus u l-Finlandja.
Id-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali tal-kbar kien fl-10 Settembru 2008, tliet ġimgħat wara l-20 anniversarju tiegħu, kontra s-San Marino fejn hu daħal bħala sostitut u skorja gowl wieħed.[32][33] Włodzimierz Lubański biss, li huwa ġeneralment meqjus bħala "leġġenda", skorja gowl fid-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali ta' età iżgħar minn Lewandowski, fejn dakinhar kellu biss 16-il sena.
Huwa lagħab ġewwa Varsavja fil-logħba tal-ftuħ tal-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Greċja, Lewandowski skorja l-ewwel gowl tal-kompetizzjoni u kien imsemmi l-Plejer tal-Logħba.[34] Huwa lagħab fit-tliet logħbiet kollha għall-Polonja fil-kompetizzjoni, fejn il-ko-ospiti ġew eliminati mill-fażi tal-gruppi b'żewġ punti miksuba.[35][36]
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Statistika korretta sal-24 ta' April 2013.
Klabb | Staġun | Kampjonat | Kampjonat | Tazza domestika | Ewropa | Oħrajn1 | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | |||
Delta Warszawa | 2004–05 | III Liga | 10 | 4 | 0 | 0 | – | – | 10 | 4 | ||
Legia II Warszawa | 2005–06 | II Liga | ? | 2 | 0 | 0 | – | – | ? | 2 | ||
Znicz Pruszków | 2006–07 | II Liga | 27 | 15 | 2 | 1 | – | – | 29 | 16 | ||
2007–08 | I Liga | 32 | 21 | 2 | 0 | – | – | 34 | 21 | |||
Total | 59 | 36 | 4 | 1 | – | – | – | – | 63 | 37 | ||
Lech Poznań | 2008–09 | Ekstraklasa | 30 | 14 | 6 | 2 | 12 | 4 | – | 48 | 20 | |
2009–10 | 28 | 18 | 1 | 0 | 4 | 2 | 1 | 1 | 34 | 21 | ||
Total | 58 | 32 | 7 | 2 | 16 | 6 | 1 | 1 | 82 | 41 | ||
Borussia Dortmund | 2010–11 | Bundesliga | 33 | 8 | 2 | 0 | 8 | 1 | – | 43 | 9 | |
2011–12 | 34 | 22 | 7 | 7 | 6 | 1 | 1 | 0 | 47 | 30 | ||
2012–13 | 27 | 23 | 4 | 1 | 11 | 10 | 1 | 1 | 43 | 35 | ||
Total | 94 | 53 | 13 | 8 | 25 | 12 | 2 | 1 | 132 | 74 |
1 Inklużi s-Super Cup Pollakka, DFL-Supercup.
- (korretta sas-26 ta' Marzu 2013)
Polonja | Sena | Ħbiberija | Kwalifiki | Kompetizzjoni | Total | ||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
2008 | 1 | 1 | 3 | 1 | - | - | 4 | 2 | |
2009 | 6 | 0 | 6 | 1 | - | - | 12 | 1 | |
2010 | 13 | 6 | - | - | - | - | 13 | 6 | |
2011 | 11 | 4 | - | - | - | - | 11 | 4 | |
2012 | 4 | 1 | 3 | 0 | 3 | 1 | 10 | 2 | |
2013 | 1 | 0 | 2 | 2 | - | - | 3 | 2 | |
Total | 36 | 12 | 14 | 4 | 3 | 1 | 53 | 17 |
Gowls Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Punteġġi u r-riżultati tal-Polonja qedgħin fil-lista xellugija..
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 10 ta' Settembru 2008 | Stadio Olimpico, Serravalle | San Marino | 2–0 | 2–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 |
2. | 19 ta' Novembru 2008 | Croke Park, Dublin | Irlanda | 3–1 | 3–2 | Logħba ta' ħbiberija |
3. | 1 ta' April 2009 | Arena Kielc, Kielce | San Marino | 4–0 | 10–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 |
4. | 23 ta' Jannar 2010 | Stadju 80th Birthday, Nakhon Ratchasima | Singapor | 1–0 | 6–1 | 2010 King's Cup |
5. | 2–0 | |||||
6. | 3 ta' Marzu 2010 | Stadion Polonii Warszawa, Varsavja | Bulgarija | 2–0 | 2–0 | Logħba ta' ħbiberija |
7. | 7 ta' Settembru 2010 | Stadju Miejski, Krakovja | Awstralja | 1–1 | 1–2 | Logħba ta' ħbiberija |
8. | 17 ta' Novembru 2010 | Stadion Miejski, Poznan | Kosta tal-Avorju | 1–0 | 3–1 | Logħba ta' ħbiberija |
9. | 3–1 | |||||
10. | 9 ta' Frar 2011 | Estádio Algarve, Faro | Norveġja | 1–0 | 1–0 | Logħba ta' ħbiberija |
11. | 6 ta' Settembru 2011 | PGE Arena Gdańsk, Gdańsk | Ġermanja | 1–0 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
12. | 7 ta' Ottubru 2011 | Stadju Seoul World Cup, Seoul | Korea t'Isfel | 1–0 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
13. | 11 ta' Ottubru 2011 | BRITA-Arena, Wiesbaden | Bjelorussja | 2–0 | 2–0 | Logħba ta' ħbiberija |
14. | 2 ta' Ġunju 2012 | Pepsi Arena, Varsavja | Andorra | 2–0 | 4–0 | Logħba ta' ħbiberija |
15. | 8 ta' Ġunju 2012 | Grawnd Nazzjonali, Varsavja | Greċja | 1–0 | 1–1 | Kampjonati Ewropej 2012 |
16. | 26 ta' Marzu 2013 | Grawnd Nazzjonali, Varsavja | San Marino | 1–0 | 5-0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 |
17. | 3–0 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Znicz Pruszków
- II Liga: 2006–07
- Lech Poznań
- Borussia Dortmund
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-aqwa skorer ta' II Liga: 2006–07 (15-il gowl)
- L-aqwa skorer ta' I Liga : 2007–08 (21 gowls)
- L-aqwa skorer tal-Ekstraklasa: 2009–10 (18-il gowl)
- L-aqwa skorer tad-DFB-Pokal: DFB-Pokal (7 gowls)
- Rivelazzjoni tas-Sena Pollokka: 2008
- Plejer tas-Sena tal-Ekstraklasa: 2009
- Plejer tas-Sena Pollakk: 2011, 2012
Ħajja privata
[immodifika | immodifika s-sors]Missier Lewandowski, Krzysztof (miet fl-1995),[1] kien kampjun Pollakk tal-ġudo, u wkoll lagħab futbol għall-Hutnik Warszawa fit-tieni diviżjoni.[37] Ommu, Iwona, hija eks-plejer tal-volibol li kienet tilgħab ma' AZS Warszawa u aktar tard saret viċi-president ta' Partyzant Leszno.[1][37] Oħtu, Milena, ukoll tilgħab il-volibol u rrappreżentat it-tim nazzjonali tal-U21.[37] L-għarusa tiegħu, Anna Stachurska, li rebħet il-medalja tal-bronż tat-Tazza tad-Dinja tal-Karat 2009.[37] Dawn huma poġġuti biex jiżżewġu fl-2013 ġewwa Varsavja.[38] Lewandowski huwa Kattoliku devot, u qal li huwa kburi bil-fidi tiegħu.[39] [40]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Ceglinski, Lukasz (2008-09-11). "Bajka o Robercie Lewandowskim" (bil-Pollakk). Gazeta Wyborcza. Miġbur 2012-05-01.
- ^ Kuna, Tomasz. "liga polska" (bil-Pollakk). 90minut.pl. Miġbur 2012-11-19.
- ^ a b Lesniowski, Piotr (2008-05-26). ""Kolejorz" walczy o króla" (bil-Pollakk). Gazeta Wyborcza.
- ^ "Robert Lewandowski piłkarzem Kolejorza" (bil-Pollakk). Lech Poznań. 2008-06-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-17. Miġbur 2013-05-04.
- ^ Adamoli, Gessi (2010-04-14). "Accordo con Lewandowska è arrivato il bomber polacco" (bit-Taljan). La Repubblica. Miġbur 2010-05-19.
- ^ "Blackburn target Lewandowski cancels trip to UK" (bl-Ingliż). ESPN soccernet. 2010-04-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-24. Miġbur 2010-05-19.
- ^ "Dortmund macht Lewandowski-Transfer perfekt". focus.de (bil-Ġermaniż). 2010-06-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-06-27. Miġbur 2010-06-11.
- ^ "Borussia Dortmund striker Robert Lewandowski hits double as Poland beat Ivory Coast (video)". imscouting.com (bl-Ingliż). 2010-11-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-30. Miġbur 2012-05-01.
- ^ "Schalke 04 1-3 Borussia Dortmund" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2010-09-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-11-09. Miġbur 2013-05-05.
- ^ 2011–12 DFB-Pokal
- ^ "Borussia Dortmund 2 – 0 Nurnberg" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2011-08-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-01-22. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 4–0 Augsburg: Lewandowski Hat-Trick Seals Emphatic Victory For Defending Champions" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-10-01. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 4 – 0 FC Augsburg" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2011-10-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-14. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 5–0 Koln: Five-star champions move second in Bundesliga table" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-10-22. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Report: SC Freiburg 1 – 4 Borussia Dortmund" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2011-12-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-15. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Lewandowski ist Polens Bester" (bil-Ġermaniż). Kicker. 2011-12-12. Miġbur 2012-11-10.
- ^ "Report: Hamburg SV 1 – 5 Borussia Dortmund" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2012-01-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-26. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund see off Bayern Munich to close on successive title" (bl-Ingliż). The Guardian. 2012-04-11. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 1 – 0 Bayern Munich" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2012-04-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-17. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 2–0 Borussia Monchengladbach: Perisic and Kagawa trigger celebrations as Jurgen Klopp's men retain Bundesliga crown" (bl-Ingliż). Goal.com. 2012-04-21. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 4 – 0 SC Freiburg" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2012-05-05. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Goals & Assists" (bl-Ingliż). Bundesliga. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-08. Miġbur 2012-05-12.
- ^ "Dortmund complete double" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2012-05-12. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund rout Bayern Munich to claim double" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2012-05-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-15. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "DFB-Pokal – Torjäger" (bil-Ġermaniż). kicker.de. Miġbur 2012-05-17.
- ^ "Borussia Dortmund 2–1 Werder Bremen" (bl-Ingliż). ESPNFC. 2012-09-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-08-29. Miġbur 2012-11-24.
- ^ "Dortmund 3–0 Leverkusen" (bl-Ingliż). ESPNFC. 2012-09-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-22. Miġbur 2012-11-24.
- ^ "BVB-Torjäger Lewandowski überholt Konietzka". ruhrnachrichten.de (bil-Ġermaniż). 2013-03-17. Miġbur 2013-04-28.
- ^ James, Andy (2012-09-18). "Dortmund leave it late to defeat Ajax" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2013-04-25.
- ^ James, Andy (2013-04-24). "Four-goal Lewandowski leaves Madrid reeling" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2013-04-25.
- ^ "Borussia Dortmund say Robert Lewandowski will not sign new contract" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2013-02-28. Miġbur 2013-03-06.
- ^ "San Marino - Poland 0:2 (0:1)" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-09-10.
- ^ "San Marino-Poland 0:2. A Torture For Fans" (bl-Ingliż). World Cup Blog. 2008-09-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-16. Miġbur 2013-05-06.
- ^ "Greece fightback foils Poland" (bl-Ingliż). UEFA. 2012-06-08.
- ^ "Czechs through as Poland check out" (bl-Ingliż). UEFA. 2012-06-16.
- ^ "Over and out for Poland" (bl-Ingliż). UEFA. 2012-06-17.
- ^ a b ċ d Schuth, Joachim; Weiler, Jörg (2010-07-07). "Ricken und Sammer sind meine Idole" (bil-Ġermaniż). Bild. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-22. Miġbur 2010-07-13.
- ^ Weiler, Jörg (2012-04-02). "Kabinen-Zoff mit Barrios – Hochzeit mit Anna" (bil-Ġermaniż). BILD. Miġbur 2012-05-17.
- ^ Kowalski, Radosław (2012-06-06). "Robert Lewandowski: Jestem katolikiem i nie wstydzę się tego". Wiadomosci24.pl (bil-Pollakk).
- ^ Orliński, Bartosz (2012-06-08). "Lewandowski i Błaszczykowski: nie wstydzę się Jezusa!". Wiara.wm.pl (bil-Pollakk). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2013-05-06.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Robert Lewandowski |
- Robert Lewandowski – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Robert Lewandowski fuq National-Football-Teams.com
- (PL) Robert Lewandowski fuq 90minut.pl