Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF)
| Dan l-artiklu għandu informazzjoni dwar avveniment sportiv kurrenti. Il-kontenut jista' jinbidel drastikament hekk kif l-avveniment jipproċedi. |
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONCACAF għat-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel għandha 35 tim nazzjonali li qed jikkompetu għal tliet postijiet awtomatiċi allokati mill-FIFA lill-CONCACAF. Ir-raba' klassifikat jilgħab play-off kontra t-tim li spiċċa l-ħames fil-CONMEBOL, għall-possibilità tar-raba' kwalifikat.
Format
[immodifika | immodifika s-sors]L-Ewwel u t-Tieni Rawnd naqqsu l-35 parteċipant għal 24 u 12-il tim rispettivament. It-tnax-il tim li kien għad baqa' ġew maqsuma fi tliet gruppi ta' erba' timijiet għat-Tielet Rawnd, bl-aqwa tnejn minn kull grupp jipproċedu għar-Raba' u l-aħħar grupp ta' kwalifika. It-Tielet Rawnd bdiet f'Awwissu tal-2008 u spiċċat f'Novembru tal-2008. L-aqwa tliet timijiet mill-grupp ta' sitta tar-Raba' Rawnd (li beda minn Frar u jispiċċa f'Ottubru 2009) jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2010. It-tim li jikklassifika fir-raba' post jikkompeti fi play-off fuq żewġ logħbiet (waħda ġewwa u l-oħra barra minn daru) kontra l-ħames klassifikat mill-CONMEBOL.
Tlugħ tal-poloz
[immodifika | immodifika s-sors]It-tlugħ tal-poloz sar fil-25 ta' Novembru 2007 f'Durban. L-ewwel tlettax-il skwadra fil-klassifika tal-FIFA ta' Mejju 2007 ġew diviżi fl-urni segwenti:
- Urna A: l-ewwel tliet timijiet nazzjonali, li se jkunu fl-aqwa serje tal-gruppi tat-tielet rawnd.
- Urna B: it-tielet timijiet suċċessivi, li se jkunu t-timijiet tat-tieni faxxa tal-gruppi tat-tielet rawnd.
- Urna Ċ: is-sitt timijiet suċċessivi, li jakkwistaw il-vantaġġ li jilgħabu f'darhom it-tieni rawnd.
- Urna D: San Vinċenz u l-Grenadini, li jikseb il-passaġġ awtomatiku għall-ewwel rawnd, imma se jaffronta wieħed mill-ewwel tnax-il tim nazzjonali fit-tieni rawnd.
Fit-tieni rawnd l-aqwa tlettax-il nazzjonal se jingħaqdu mal-ħdax-il rebbieħ tal-ewwel rawnd.
| Urna A (Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd) (Klassifikati mill-1 sat-3 post) |
Urna B (Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd) (Klassifikati mir-4 sas-6 post) |
Urna Ċ (Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd) (Klassifikati mis-7 sat-12-il post) |
|---|---|---|
| Urna D (Progess awtomatiku għat-Tieni Rawnd) (Klassifikati fit-13-il post) |
Urna E (L-Ewwel Rawnd) (Klassifikati mill-14 sal-24 post) |
Urna F (L-Ewwel Rawnd) (Klassifikati mill-25 sal-35 post) |
L-Ewwel Rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF) - L-Ewwel Rawnd.
It-22 tim ikklassifikat mill-14 sal-35 post ikkompetew fl-Ewwel Rawnd. It-timijiet ikklassifikati bejn l-14 u l-24 post kienu mtellgħin biex jaffrontaw timijiet bejn il-25 u l-35 post. It-timijiet kollha lagħbu logħob ġewwa u barra minn darhom kontra l-avversarji, barra tliet partiti: Porto Riku–Repubblika Dominicana, Grenada–Gżejjer Verġni Amerikani u Montserrat–Surinam, li ntlagħbu fuq leg wieħed minħabba nuqqas ta' qbil fuq l-istadji li kellhom jintużaw min-naħa tal-federazzjonijiet. Ir-rebbieħa avvanzaw għat-Tieni Rawnd.
| Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
|---|---|---|---|---|
| Grupp 1 | ||||
| Dominika |
1–2 | 1–1 | 0–1 | |
| Gżejjer Turks u Kajkos |
2–3 | 2–1 | 0–2 | |
| Bermuda |
4–2 | 1–1 | 3–1 | |
| Aruba |
0–4 | 0–3 | 0–1 | |
| Grupp 2 | ||||
| Beliże |
4–2 | 3–11 | 1–1 | |
| Baħamas |
(gbd) 3–3 | 1–1 | 2–22 | |
| Repubblika Dominikana |
0–1 | N/A | 0–1 (ħs)3 | |
| Grupp 3 | ||||
| Gżejjer Verġni Amerikani |
0–10 | N/A | 0–103 | |
| Surinam |
7–1 | N/A | 7–14 | |
| El Salvador |
16–0 | 12–0 | 4–05 | |
| Nikaragwa |
0–3 | 0–1 | 0–2 | |
1 Beliże mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn il-Gwatemala.
2 Iż-żewġ legs intlagħbu fil-Baħamas.
3 Intlagħbet fuq bażi ta' leg waħda minħabba nuqqas ta' grawnds aċċettati għal kompetizzjoni tal-FIFA.
4 Intlagħbet f'leg waħda fit-Trinidad u Tobago minħabba li l-ebda tim ma seta' jipprovdi impjant espedjanti skont il-linji gwida tal-FIFA.
5 Intlagħbet fl-iStati Uniti minħabba li l-istadju tal-Angwilla mhuwiex impjant espedjanti.
It-Tieni Rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF) - It-Tieni Rawnd.
Fit-Tieni Rawnd, il-ħdax-il rebbieħ tal-ewwel rawnd ingħaqdu mat-tlettax-il tim li ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw awtomatikament għat-Tieni Rawnd. It-timijiet ikklassifikati mill-1 sat-12-il post kienu mtellgħin biex jilgħabu kontra l-ħdax-il rebbieħ tal-Ewwel Rawnd flimkien ma' San Vinċenz u l-Grenadini, li kien ikklassifikat fit-tlettax-il post. It-timijiet lagħbu żewġ logħbiet barra u ġewwa darhom kontra l-avversarji u r-rebbieħa avvanzaw għar-rawnd suċċessiv. Il-partiti saru f'Ġunju tal-2008.
| Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
|---|---|---|---|---|
| Grupp 1 | ||||
| Stati Uniti |
9–0 | 8–0 | 1–0 | |
| Gwatemala |
9–1 | 6–0 | 3–11 | |
| Trinidad u Tobago |
3–2 | 1–2 | 2–0 | |
| Antigwa u Barbuda |
3–8 | 3–4 | 0–4 | |
| Grupp 2 | ||||
| Beliże |
0–9 | 0–22 | 0–7 | |
| Ġamajka |
13–0 | 7–0 | 6–03 | |
| Ħonduras |
6–2 | 4–0 | 2–2 | |
| San Vinċenz u l-Grenadini |
1–7 | 0–34 | 1–4 | |
| Grupp 3 | ||||
| Grenada |
2–5 | 2–2 | 0–3 | |
| Surinam |
3–1 | 1–0 | 2–1 | |
| Panama |
2–3 | 1–0 | 1–3 | |
| Ħaiti |
1–0 | 0–0 | 1–0 | |
1 Santa Luċija mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn l-iStati Uniti.
2 Beliże mexxew il-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom lejn l-iStati Uniti.
3 Il-Baħamas għażlu li l-leg li kellhom jilgħabu ġewwa darhom tintlagħab fil-Ġamajka.
4 L-ordni tal-legs ġiet riversata wara t-tlugħ oriġinali tal-poloz.
It-Tielet Rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF) - It-Tielet Rawnd.
Ir-rebbieħa tat-Tieni Rawnd ġew pożizzjonati fi tliet gruppi ta' erba' timijiet, fejn se jilgħabu rawnd doppju bi skeda ta' logħob barra u ġewwa darhom. L-aqwa tnejn mill-kull grupp javvanzaw għar-Rawnd Finali.
Grupp 1
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp 2
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Grupp 3
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Ir-Raba' Rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF) - Ir-Raba' Rawnd.
Is-sitt timijiet li waslu sar-Raba' Rawnd jingħaqdu fi grupp wieħed, fejn jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ partiti, bl-aqwa tlieta jsibu post garantit fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010. Ir-raba' klassifikat, min-naħa l-oħra, jikkompeti fi play-off kontra t-tim fil-ħames post mill-CONMEBOL.