Paul Van Himst
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Paul Van Himst | ||
Twelid | 2 ta' Ottubru 1943 Sint-Pieters-Leeuw | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.81m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Klabbs ġovanili | |||
1951–1959 | Anderlecht | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1959–1975 | Anderlecht | 457 | (233) |
1975–1976 | Molenbeek | 21 | (1) |
1976–1977 | Eendracht Aalst | ||
Tim nazzjonali | |||
1960–1974 | Belġju | 81 | (30) |
Timijiet ikkowċjati | |||
1983–1986 | Anderlecht | ||
1987–1988 | Molenbeek | ||
1991–1996 | Belġju | ||
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
Paul Van Himst (Sint-Pieters-Leeuw, 2 ta' Ottubru 1943) huwa eks futboler Belġjan li kien jilgħab bħala midfilder u kien ukoll kowċ. Issa rtira, huwa għadu jappoġġja lil RSC Anderlecht, l-eks-tim tiegħu. Huwa kien imlaqqam Polle Gazon (Polle tfisser Paul bid-djalett ta' Brussell, u Gazon tfisser lawn bil-Franċiż) minħabba n-numru kbir ta' fowls kommessi fuqu. Fl-1964, hu lagħab fil-logħba Belġju-Olanda flimkien ma' 10 plejers ta' Anderlecht wara s-sostituzzjoni tal-gowler Delhasse minn Jean Trappeniers.
Van Himst rebaħ il-kampjonat Belġjan 8 darbiet, kollha ma' Anderlecht, klabb li miegħu beda jilagħab l-ewwel staġun professjonali tiegħu fl-1959-60. Ma' Anderlecht, huwa skorja 233 gowls f'457 logħbiet (16-il staġun). Huwa mbagħad lagħab għal RWDM (klabb ieħor minn Brussell) fl-istaġun 1975-76 u għall-Eendracht Aalst (imbagħad fit-tieni diviżjoni) fl-istaġun ta' wara.
Bejn l-1960 u l-1974, "Polle Gazon" skorja 30 gowl (f'81 logħbiet) għat-Tim nazzjonali Belġjan. Din il-prestazzjoni għamlithu l-aqwa skorer Belġjan flimkien ma' Bernard Voorhoof—u l-ħames l-aktar plejer li għamel apparenzi għall-pajjiżu. Huwa għamel id-debutt tiegħu fid-19 ta' Ottubru 1960, f'logħba kontra l-Iżvezja u kien parti mit-tim tal-Belġju li kwalifikata għat-Tazza tad-Dinja 1970. Imbagħad Van Himst għen lil-Belġju jiksbu t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej 1972. Huwa għandu wkoll ir-rekord taż-Żarbuna tad-Deheb, li kienet mogħtija lilu erba' darbiet.
Bħala maniġer tal-futbol, Van Himst ħadem notevolment għall-Anderlecht u għat-tim nazzjonali li huwa wassal għat-Tazza tad-Dinja 1994.
F'Novembru 2003, hu kien imsejjaħ l-Plejer tad-Deheb tal-Belġju mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Belġju bħala l-aktar plejer pendenti tagħhom tal-aħħar 50 sena. [1]
Hu deher fil-film li ħareġ fl-1981 Escape to Victory, bħala Michel Fieu.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur Sven-Göran Eriksson |
Kowċ Rebbieħ tal-UEFA Cup 1982-1983 |
Suċċessur |