UEFA Champions League
Staġun jew kompetizzjoni attwali: UEFA Champions League 2017–18 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1955 (1992 taħt il-format attwali) |
Nru. ta' timijiet |
32 (fażi tal-gruppi) 78 jew 79 (total) |
Reġjun | Ewropa (UEFA) |
Ċampjin attwali | Liverpool FC (6-il titlu) |
L-aktar rebħiet | Real Madrid (13-il titlu) |
Sit elettroniku | Sit Uffiċjali |
Il-UEFA Champions League, li qabel kienet magħrufha bħala t-Tazza taċ-Ċampjins, hija kompetizzjoni tal-futbol li tiġi organizzata kull sena mill-UEFA (konfederazzjoni tal-Ewropa) u li ilha ssir mill-1992 (eżattament mill-1955 taħt il-format il-qadim) għall-aqwa klabbs tal-futbol fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport.
Il-kampjonat jinqasam f'fażijiet differenti. Il-format preżenti jikkonsisti minn tliet rawnds preliminarji lejn nofs Lulju. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa minn dawn il-preliminari jingħaqdu ma' sittax-il tim ieħor li jkun akkwistaw kwalifikazzjoni awtomatika fejn flimkien jieħdu sehem fil-fażi tal-gruppi. It-tmien timijiet rebbieħa tal-grupp flimkien ma' dawk li spiċċaw it-tieni jidħlu fil-fażi eliminatorja, li tispiċċa bil-finali f'Mejju. Fil-passat, kienu ċ-ċampjins tal-kampjonat nazzjonali biss li setgħu jkunu eleġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizjoni; madanakollu, din tbiddlet fl-1997 biex iħallu dawk li jispiċċaw fit-tieni post tal-aqwa kampjonati biex jissieħbu wkoll.
It-titlu ntrebaħ minn 22 tim differenti, tnax minn dawn rebħuh aktar minn darba. It-tim bl-akbar rebħiet hu t-tim Spanjol ta' Real Madrid li kiseb dan it-titlu għal tnax-il darba. Il-klabbs Spanjoli ġabru l-ikbar ammont ta' rebħiet bis-sbatax-il titlu, segwiti mill-Ingilterra u l-Italja bi tnax. Ir-rebbieħa attwali ta' din it-tazza huma bl-aħħar rebħa tagħmilhom l-ewwel tim mill-1992 li żamm it-titlu b'suċċess. Il-kampjonat Spanjol u dak Taljan huma Real Madrid li assiguraw it-tnax-il titlu f'din il-kompetizzjoni meta għelbu lil Juventus fil-finali tal-2017. B'hekk saru l-ewwel tim mill-1992 li rnexxielhom jiddefendu b'suċċess it-titlu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tal-UEFA Champions League.
Dan it-turnew ingħata l-bidu fl-1955, wara suġġeriment tal-ġurnalista sportiv Franċiż u l-editur tal-gazzetta L'Équipe Gabriel Hanot, bħala reazzjoni għal dak li kien intqal mill-istampa Brittanika fuq il-klabb ta' Wolverhampton Wanderers li kienu ċ-"Ċampjins tad-Dinja", wara sensiela ta' rebħiet f'partiti ta' ħbiberija kontra timijiet Ewropej fis-snin ħamsin. It-turnew kellu l-iskop ta' kompetizzjoni kontinentali bejn iċ-ċampjins tal-kampjonati nazzjonali tal-Ewropa, imsejjaħ it-Tazza taċ-Ċampjins.
Din il-kompetizzjoni bdiet fl-1955–56 taħt format ta' żewġ legs eliminatorji fejn it-timijiet jilgħabu żewġ partiti, waħda ġewwa darhom u waħda barra, u t-tim bl-ikbar riżultat totali jikkwalifika għar-rawnd suċċessiv tal-kompetizzjoni. Sal-1992, kienu biss it-timijiet rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali li kellhom aċċess għal din il-kompetizzjoni, flimkien mad-detentur attwali tat-tazza. Fl-istaġun 1992–93, il-format tbiddel biex jikludi fażi tal-gruppi u l-isem tbiddel għal UEFA Champions League. Sar tibdil kbir ukoll fl-aċċess ta' timijiet għal din il-kompetizzjoni, hekk kif grazzi għal numru ta' rawnds ta' kwalifika u l-istruttura tal-gruppi kabbret l-elleġibilità ta' parteċipazzjoni. Fl-1997–98, il-parteċipazzjoni ġiet estiża biex tinkludi dawk li kklassifikaw fit-tieni post ta' xi kampjonati ta' ċerti pajjiżi skont il-lista tal-koeffiċjenti tal-UEFA. Is-sistema ta' kwalifika ġie ristrutturata sabiex iċ-ċampjins nazzjonali minn pajjiżi li huma l-isfel fil-klassifika tal-koeffiċjenti jieħdu sehem f'żewġ jew aktar rawnds ta' kwalifika, waqt li timijiet klassifikati fit-tieni post fil-kampjonat u li ġejjin minn pajjiżi pożizzjonati aktar fl-ogħli jidħlu fir-rawnds suċċessivi. Huma erba' timijiet mill-aqwa pajjiżi klassifikati, li jingħataw dritt għall-aċċess f'din il-kompetizzjoni.
Bejn l-1960 u l-2004, ir-rebbieħ tat-turnew kien jikkwalifika għat-Tazza Interkontinentali kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores tal-Amerika t'Isfel. Wara x-xoljiment ta' din il-kompetizzjoni, ir-rebbieħ jikkwalifika awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA flimkien mar-rebbieħa tal-turnej tal-konfederazzjonijiet l-oħra.
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Kwalifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Koeffiċjenti tal-UEFA.
Timijiet li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba' post fl-aqwa kampjonati jikkwalifikaw għar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League.
In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi fil-pożizzjoni rispettiva tal-assoċjazzjoni fit-tabella tal-koefiċċjenti tal-UEFA:
- assoċjazzjonijiet klassifikati mill-ewwel sat-tielet post għandhom erba' postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mir-raba' sas-sitt post għandhom tliet postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post għandhom żewġ postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati fis-sittax jew inqas għandhom post wieħed.
Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni jiddependi wkoll minn f'liema fażi l-klabb oriġini jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, l-aqwa tliet assoċjazzjonijiet klassifikati, għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi (għaċ-ċampjins u t-tieni klassifikat) u t-tnejn l-oħra fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni (għat-tielet u r-raba' klassifikat), fejn min-naħa l-oħra l-assoċjazzjonijiet klassifikati fl-inqas pożizzjonijiet tal-klassifika għandhom biss post wieħed fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għaċ-ċampjins tal-kampjonat rispettiv. L-assoċjazzjonijiet li jinsabu fl-aqwa disa' postijiet fil-klassifika għandhom tal-anqas post wieħed garantit fil-fażi tal-gruppi.
Is-sitwazzjoni fuq id-detenur tat-Tazza għandha ma ġietx iċċarata. Lura fl-2005 seħħet kontroversja fejn il-klabb Ingliż ta' Liverpool, li kien għadu kemm ittrijonfa fl-edizzjoni preċedenti, spiċċa barra mill-ewwel erba' postijiet tal-Premier League. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton, li kienu spiċċaw fir-raba' post, li jingħataw il-post finali Ingliż għall-UEFA Champions League 2005–06. Il-UEFA waslet fi qbil li ż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool bdew mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton bdew mit-tielet. Ir-regoli attwali tal-UEFA hi li jekk ir-rebbieħ tal-UEFA Champions League jonqos li jasal fil-pożizzjonijiet allokati lil dik l-assoċjazzjoni għal post fl-Ewropa, dan jieħu post l-inqas tim klassifikat fil-kampjonat. It-tim li jkun ittieħed postu jikkwalifika għat-Tazza UEFA.
Fl-2005–06, Liverpool u Artmedia Bratislava tal-Islovakkja saru l-ewwel timijiet li waslu sal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League wara li lagħbu f'kull rawnd ta' kwalifikazzjoni. Fl-2008–09 ġara l-istess ħaġa għat-timijiet ta' BATE and Anorthosis Famagusta FC.
Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja mill-assoċjazzjoni nazzjonali biex jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Biex tinkiseb din il-liċenzja, il-klabb irid jilħaq ċerti kriterji fuq l-istadju, l-infrastruttura u dawk finanzjarji.
Turnew
[immodifika | immodifika s-sors]Dan it-turnew jibda b'fażi tal-gruppi ta' 32 tim, diviżi fi 8 gruppi. Timijiet li jiġu mill-istess pajjiż ma jiġux allokati fl-istess grupp. Kull tim jiltaqa' mat-timijiet l-oħra f'format imsejjaħ round-robin, b'logħbiet ġewwa u barra minn darhom. L-aqwa żewġ timijiet ikompli fil-kompetizzjoni, fir-rawnd tal-aħħar sittax li b'hekk tibda r-rawnd eliminatorju (b'eliminazzjoni diretta). Għal din il-fażi, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati fil-gruppi. Mill-kwarti tal-finali 'l quddiem, il-poloz jittellgħu bl-addoċċ, b'ebda riserva għat-timijiet li ġejjin mill-istess pajjiż.
Il-fażi tal-gruppi tintlagħab matul ix-xahar tal-ħarifa, waqt li l-fażi eliminatorja tibda waqt l-waqfa tax-xitwa. Il-partiti jintlagħbu bejn it-timijiet fuq bażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom, b'eċċezzjoni tal-finali. Din tal-aħħar tipikament tiġi ospitata ġimgħatejn f'Mejju.
Trofew
[immodifika | immodifika s-sors]Il-forma attwali tat-trofew ġiet kummissjonata fl-1966 għal 10,000 Frank Żvizzeru u l-ewwel tim li rebaħ din it-tazza l-ġdida kien it-tim ta' Celtic, rebbieħ tal-finali tal-25 ta' Mejju 1967 f'Liżbona kontra l-Inter. Il-forma tiegħu ġiet approvata mis-segretarju ġenerali tal-UEFA, Hans Bangerter, fuq bażi ta' diversi proposti preżentati minn speċjalista minn Berna, Hans Stadelmann. Il-modifiki finali li saru fuqu, saru mill-inċiżitur Fred Bänninger wara 340 siegħa ta' ħidma mit-tifel ta' Stadelmann, Jürg. It-tazza għandha tul ta' 62 ċm u tiżen 7.5 kg. Jekk il-verżjonijiet tal-1973 u tal-1976 kienu sostanzjalment konformi mal-oriġinal tal-1966, dik tal-1994 kienet tvarja partikularment fil-ktiba Coupe des clubs champions européens li minn ktiba b'ittri żgħar saret waħda miktuba b'ittra kapitali, u fuq wara bdew jinkitbu r-riżultati tal-finali, waqt li t-trofew attwali, tal-2005, għandu inċiż fuq wara tiegħu l-ismijiet tal-timijiet kollha li rebħu din il-kompetizzjoni.
Mill-1997 bdiet id-drawwa li t-trofew oriġinali jgħaddi għas-sidnku tal-belt li tkun se tospita l-finali, biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jżur dan it-trofew xahar jew xahrejn qabel il-konfront deċiżiv.
Kopertura tal-medja
[immodifika | immodifika s-sors]Din il-kompetizzjoni tattira numru kbir ta' telespettaturi, mhux biss mill-Ewropa, iżda wkoll minn madwar id-dinja kollha. Il-partiti jixxandru kull sena f'aktar minn 70 pajjiż f'aktar minn 40 lingwa, u xi partiti importanti jattiraw udjenza televiżiva ta' aktar minn 200 miljun, fejn hi kkunsidrata fost l-aktar avveniment sportiv segwit fuq it-televiżjoni.[1]
Rekords u statistika
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Statistika tal-UEFA Champions League u Rebbieħa tal-UEFA Champions League.
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]* Il-klabb rebaħ it-tliet kompetzzjonijiet prinċipali tal-UEFA
Rebbieħa skont il-pajjiż
[immodifika | immodifika s-sors]L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]- Korretta sat-3 ta' Ġunju 2017
Din it-tabella ma tinkludix gowls magħmula fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.
Plejer | Pajjiż | Gowls | Preżenzi | Proporzjon | Snin | Klabbs | |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Cristiano Ronaldo | Portugall | 105 | 140 | 0.75 | 2003– | Manchester United, Real Madrid |
2 | Lionel Messi | Arġentina | 94 | 115 | 0.82 | 2005– | Barcelona |
3 | Raúl | Spanja | 71 | 142 | 0.5 | 1995–2011 | Real Madrid, Schalke 04 |
4 | Ruud van Nistelrooy | Pajjiżi l-Baxxi | 56 | 73 | 0.77 | 1998–2009 | PSV, Manchester United, Real Madrid |
5 | Karim Benzema | Franza | 51 | 93 | 0.55 | 2006– | Lyon, Real Madrid |
6 | Thierry Henry | Franza | 50 | 112 | 0.45 | 1997–2012 | Monaco, Arsenal, Barcelona |
7 | Alfredo Di Stéfano | Arġentina | 49 | 58 | 0.84 | 1955–1964 | Real Madrid |
8 | Andriy Shevchenko | Ukrajna | 48 | 100 | 0.48 | 1994–2012 | Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea |
Zlatan Ibrahimović | Żvezja | 48 | 119 | 0.4 | 2001–2016 | Ajax, Juventus, Internazionale, Barcelona, Milan, Paris Saint-Germain | |
10 | Eusébio | Portugall | 47 | 63 | 0.75 | 1961–1974 | Benfica |
L-aktar preżenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Korretta sat-3 ta' Ġunju 2017
Din it-tabella ma tinkludix dehriet li saru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.
Plejer | Pajjiż | Preżenzi | Snin | Klabbs | |
---|---|---|---|---|---|
1 | Iker Casillas | Spanja | 164 | 1999– | Real Madrid, Porto |
2 | Xavi | Spanja | 151 | 1998–2015 | Barcelona |
3 | Raúl | Spanja | 142 | 1995–2011 | Real Madrid, Schalke 04 |
4 | Ryan Giggs | Wales | 141 | 1993–2014 | Manchester United |
5 | Cristiano Ronaldo | Portugall | 140 | 2003– | Manchester United, Real Madrid |
6 | Paolo Maldini | Italja | 139 | 1988–2008 | Milan |
7 | Clarence Seedorf | Pajjiżi l-Baxxi | 125 | 1994–2012 | Ajax, Real Madrid, Internazionale, Milan |
8 | Paul Scholes | Ingilterra | 124 | 1994–2013 | Manchester United |
9 | Andrés Iniesta | Spanja | 122 | 2002– | Barcelona |
10 | Roberto Carlos | Brażil | 120 | 1997–2007 | Real Madrid, Fenerbahçe |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "World's most watched TV sports events: 2006 Rank & Trends report" (bl-Ingliż). Initiative. 2007-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-08. Miġbur 2007-05-26.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': UEFA Champions League |