Aqbeż għall-kontentut

Marca (gazzetta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
MARCA
Tip Gazzetta sportiva
Format Tabloid
Proprjetarju Grupo Unidad Editorial
Editur Eduardo Inda
Fundazzjoni 1938
Alleanza politika Real Madrid
Lingwa Spanjol
Ċirkulazzjoni 403,000
Sit elettroniku www.marca.com

MARCA hi gazzetta sportiva Spanjola li titratta prinċiparjament suġġetti relatati mal-futbol imma tkopri wkoll l-aħbarijiet kurrenti mid-dinja sportiva. Mill-1984, Marca hi f'idejn il-grupp Recoletos. Aktar minn 2,300,000 persuna jaqraw din il-gazzetta, b'din iċ-ċifra tkun l-ogħla waħda għal gazzetta ta' kuljum fi Spanja.[1] Sal-2007, sena li fiha dan il-ġurnal ġie megħlub mill-gazzetta b'xejn 20 minutos, Marca baqgħet bħala l-aktar gazzetta li tinqara fi Spanja.

L-unuri segwenti jingħataw minn MARCA fi tmiem kull staġun:

Marca.com, is-sit uffiċjali tal-gazzetta li nħoloq fl-1995, hu s-sit sportiv l-aktar li jżuruh fi Spanja b'iktar minn miljun viżta kuljum u aktar minn sitt miljun u nofs utent fix-xahar. Mill-2007 ġiet introdotta fil-websajt tagħhom il-paġna "Los Marcatoons" li turi karikaturi tal-personaġġi sportivi l-aktar famużi fi Spanja.

Radio Marca, inawgurat fl-2001, hu l-ewwel radju nazzjonali li joffri informazzjoni sportiva 24 siegħa kuljum.

  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-27. Miġbur 2009-04-11.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]