Park Ji-Sung

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Park Ji-Sung
Park Ji-Sung vs Fulham 2010.jpg
Park ma' Manchester United fl-2010
Informazzjoni personali
Isem sħiħPark Ji-Sung
Twelid25 ta' Frar 1981 (1981-02-25) (40 sena)
Seoul, Korea t'Isfel
Tul1.75 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliPSV Eindhoven
(taħt self minn Queens Park Rangers)
Numru33
Mixtliet
1997–2000Myongji University
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2002Kyoto Purple Sanga
2003–2005PSV Eindhoven
2005–2012Manchester United
2012–Queens Park Rangers
2013–PSV Eindhoven (self)
Tim nazzjonali
2000–2011Korea t'Isfel

Park Ji-Sung (bil-Korean: 박지성; Seoul, 25 ta' Frar 1981) huwa futboler mill-Korea t'Isfel li jilgħab mal-klabb Olandiż ta' PSV Eindhoven, taħt self minn Queens Park Rangers. Hu hu meqjus fost l-aqwa plejers Ażjatiċi tal-istorja, fejn hu l-ewwel plejer Sud-Korean li qatt rebaħ il-UEFA Champions League u l-ewwel Ażjatiku li qatt lagħab f'finali tal-istess tornew. Fuq livell internazzjonali, għal numru ta' snin ifforma pedina indispensabbli tat-tim nazzjonali fejn ġabar 100 dehra, qabel ma rtira fl-2011.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Park twieled fl-akkwati ta' Geheung. Meta kien għadu fl-iskola sekondarja, Park ma ġiex aċċettat minn diversi klabbs professjonali minħabba l-istatura tiegħu. Park spiċċa jilgħab ma' Myongji University. Matul il-karriera fil-kulleġġ, Kyoto Purple Sanga tal-Ġappun offrewlu kuntratt u hu aċċetta.

Kyoto Purple Sanga[immodifika | immodifika s-sors]

Park iffirma mal-klabb Ġappuniż li kienu għadhom kemm ġew relegati għall-J2. Fl-2001 il-klabb rebaħ il-promozzjoni għall-ewwel diviżjons, u fis-sena ta' wara, Park mexxa lit-tim fil-finali tat-Tazza tal-Imperatur, fejn skorja l-gowl tal-pari permezz ta' daqqa ta' ras u assista lil Teruaki Kurobe għall-gowl tar-rebħa tal-finali. It-tim irnexxielu jirbaħ 2-1 biex saru ċ-ċampjins tat-Tazza tal-Imperatur għall-ewwel darba fl-istorja ta' Sanga. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mat-tim Korean.

PSV Eindhoven[immodifika | immodifika s-sors]

Wara t-Tazza tad-Dinja, Guus Hiddink ġie inkarigat bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim Olandiż ta' PSV Eindhoven. Fl-2003, Park u sieħbu Sud-Korean Lee Young-Pyo ittrasferixxew lejn PSV Eindhoven, fejn reġgħu ġew taħt id il-kowċ preċedenti tas-selezzjoni nazzjonali. Waqt li Lee mal-ewwel integra mat-tim titolari, Park bata daqxejn minħabba numru ta' problemi fiżiċi.

Madanakollu, lejn tmiem l-istaġun 2003–04, Park beda jadatta ruħu għall-ambjent ġewwa l-Olanda. Fl-istaġun 2004–05, it-tluq ta' Arjen Robben lejn Chelsea fetaħ il-bibien għal iktar opportunitajiet mal-ewwl ħdax għal Park u mal-ewwel wera x'kien jiswa. Flimkien ma' Johann Vogel, DaMarcus Beasley u l-Olandiżi Mark van Bommel u Philip Cocu, Park ifforma s-sinsla ta' nofs il-grawnd ta' PSV Eindhoven grazzi għall-veloċità tiegħu u l-abilità fil-passaġġi. Hekk kif irnexxielu jkun parti fundamentali wara l-gowls skurjati f'dak l-istaġun minn PSV, l-aktar mument importanti fil-karriera ta' Park ma' dan it-tim Olandiż kien meta skorja l-ewwel gowl kontra t-tim Taljan ta' AC Milan fis-semifinali taċ-Champions League. PSV minkejja li rebħu l-leg ġewwa darhom bl-iskor ta' 3–1, it-telfa barra minn darhom bl-iskor ta' 2–0 wasslet lill-Milan fil-finali taċ-Champions League.[1]

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Fix-xhur tat-tmien tal-istaġun 2004–05, Park għażel li jingħaqad ma' Sir Alex Ferguson ta' Manchester United, li kien impressjonat bl-istil ta' logħob ta' Park. Park iffirma għat-tim tal-Premiership Ingliż għal £5 miljun, suġġett għat-test mediku u l-permess tax-xogħol.

Park sar l-ewwel plejer Ażjatiku li kien kaptan ta' Manchester United meta Ryan Giggs għadda l-faxxa lil Park hekk kif sostitwit fil-partita ġewwa darhom kontra Lille OSC. L-ewel gowl tiegħu għal Manchester United wasal fl-20 ta' Diċembru 2005, matul ir-rebħa bl-iskor ta' 3–1 fuq Birmingham City fil-kwarti tal-finali tal-League Cup. L-ewwel gowl fil-Premier League wasal kontra Arsenal, fir-rebħa li t-tim ta' United għamel kontra l-Gunners bl-iskor ta' 2–0 nhar id-9 ta' April.[2]

F'April 2007, Park intbagħat l-Amerika għal kirurġija minħabba uġigħ kontinwu f'irkopptu, fejn b'hekk temmlu l-istaġun. Minkejja li kien barra għal ħafna mill-istaġun, hu xorta lagħab biżżejjed partiti biex isir l-ewwel plejer Korean li rebaħ il-Premier League.

Fl-1 ta' Marzu 2008, Park skorja l-ewwel gowl fil-Premiership tal-istaġun 2007–08 kontra Fulham, wara li kien għadu kif irritorna minn diversi xhur barra mil-logħob. In-nuqqas ta' ħin ta' logħob ikkawżat kontroversja kbira fil-Korea,[3] imma rnexxielu jisraq l-applawżi permezz ta' prestazzjoni eċċellenti ikkaratterizzata minn assist għal Wayne Rooney fil-partita tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra AS Roma. Bil-progress ta' United għas-semifinali taċ-Champions League, Park sar l-ewwel plejer Ażjatiku li ħa sahem fis-semifinali taċ-Champions League tliet darbiet differenti. Fid-29 ta' April 2008, Manchester United avvanzaw għall-finali taċ-Champions League wara li għelbu lil Barcelona, fejn Park ġie ivvutat bħala l-Plejer tal-Partita. Fil-21 ta' Mejju, kienet sorpriża għal ħafna li Park ġie eskluż kompletament mill-iskwadra li kienet se taffaċċja lil Chelsea fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08. Kienu ħafnu li ħasbu li l-prestazzjonijiet ta' Park kontra Roma u Barcelona kienu tawh post garantit mal-ewwel ħdax fil-finali. B'din l-esklużjoni, Park naqas li jsir l-ewwel plejer mill-Asja li lagħab fil-finali taċ-Champions League. Wara, il-kowċ ta' Manchester United stqarr li d-deċiżjoni li jħalli lill-ġwejnħa Sud-Koreana barra mill-iskwadra ta' tmintax-il plejer għall-finali, kienet waħda mill-itqal deċiżjonijiet li hu qatt ħa matul il-karriera bħala kowċ.

Kmieni fl-istaġun 2008–09 tal-Premier League, fil-partita barra minn darhom kontra Chelsea, Park skorja l-uniku gowl għal United fil-pari finali ta' 1–1 nhar il-21 ta' Settembru 2008, f'partita fejn kiseb l-unur tal-Plejer tal-Partita.[4] Il-100 dehra tiegħu għal Manchester United waslet fit-13 ta' Diċembru 2008 meta beda l-partita f'White Hart Lane kontra Tottenham Hotspur.[5]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Park beda l-karriera internazzjonali bħala ċentrali difensiv ta' dsatax-il sena. Park għamel l-ewwel apparenza fil-fażi ta' kwalifikazzjoni reġjonali għall-Olimpjadi ta' Sydney tas-sena 2000. Taħt Huh Jung-Moo, il-kowċ tal-Korea t'Isfel, hu ma rnexxielhux juri l-potenzjal bħala plejer regulari tal-futur għat-tim nazzjonali Sud-Korean. Madanakollu, taħt il-kowċ il-ġdid Guus Hiddink, il-pożizzjoni ta' Park ġiet mibdula għal dik ta' ġwejnħa. Minn dakinhar 'il quddiem, Park sar plejer versatili kapaċi li jilgħab f'diversi pożizzjonijiet ċentrali.

Park skorja gowl memorabbli matul it-Tazza tad-Dinja 2002. Matul il-fażi tal-gruppi, il-Korea t'Isfel rebħu l-ewwel logħba kontra l-Polonja u kisbu pari kontra l-Istati Uniti. Biex jikkwalifikaw riedu jiksbu tal-anqas pari kontra l-favorita Portugall. Il-partita kienet tinsab 0–0 sas-70 minuta wara żewġ karti ħomor kontra l-Portugall, meta Park skorja l-gowl rebbieħ, hekk kif ikkontrolla l-ballun b'sidru u wara li għeleb lil Sérgio Conceição, xuttja b'saqajh ix-xellugija dak il-gowl li ta lill-Ażjatiċi t-tliet punti. Dan il-gowl wassal ukoll għall-eliminazzjoni tal-Portugall u l-avvanz għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol tal-Korea t'Isfel fil-fażi eliminatorja tat-turnew.[6]

Is-suċċess fit-Tazza tad-Dinja kompla fl-edizzjoni tal-2006. Hu skorja l-gowl tal-pari fit-tieni logħba ta' Grupp Ġ kontra l-finalisti eventwali tal-kompetizzjoni, Franza, u kien ivvutat bħala l-Plejer tal-Partita. Fiż-żewġ edizzjonijiet, hu lagħab f'kull logħba tal-Korea t'Isfel.

Nhar il-11 ta' Ottubru 2008, hu kien kaptan għall-ewwel darba tal-Korea t'Isfel f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Użbekistan. Il-partita spiċċat 3–0 f'favur il-Korea.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Ġappun Kyoto Purple Sanga

Pajjiżi l-Baxxi PSV Eindhoven

Ingilterra Manchester United

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "PSV 3-1 AC Milan (agg: 3-3)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ "Man Utd v Arsenal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ "Park not on the list against Bolton" (bil-Korean). 20-03-2008. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Phil McNulty (21-09-2008). BBC Sport (ed.). "Chelsea 1-1 Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "Tottenham 0-0 Man Utd" (bl-Ingliż). 13-12-2008. Miġbur 15-12-2008. Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |accessdate= u |data= (għajnuna)
  6. ^ "Portugal 0-1 South Korea" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]