Eredivisie
|
| |
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 1956 |
| Nru. ta' timijiet | 18 |
| Reġjun |
|
| Ċampjin attwali | Ajax |
| L-aktar rebħiet | Ajax (36 titlu) |
| Sit elettroniku | eredivisie.eu |
L-Eredivisie huwa l-ogħla kampjonat tal-futbol fin-Netherlands. Din id-diviżjoni tikkonsisti minn tmintax-il tim. Kull tim, matul l-istaġun, jilgħab kontra t-timijiet l-oħra f'logħbiet ġewwa u barra minn daru.
Fi tmiem l-istaġun, l-aħħar tim jiġi awtomatikament relegat għat-tieni diviżjoni, l-Eerste Divisie (L-Ewwel Diviżjoni), bir-rebbieħ tal-Eerste Divisie jingħata l-promozzjoni għall-Eredivisie. It-tim ta' qabel tal-aħħar u t-tielet mill-aħħar jidħlu fi play-off għall-promozzjoni u relegazzjoni Il-play-offs jikkonsistu f'żewġ gruppi ta' ħames timijiet kull wieħed: kull grupp huwa kompost minn klabb tal-Eredivisie u minn erbgħa kwalifikati mill-Eerste Divisie. F'dawn il-logħbiet eliminatorji jidħlu t-timijiet klassifikati fit-tieni u t-tielet post fil-Eerste Divisie u r-rebbieħa tas-sitt perjodi li hi diviża din id-diviżjoni. Fiż-żewġ gruppi, kull tim jilgħab logħba ġewwa u barra minn daru kontra l-erba' timijiet l-oħra (total ta' tmien logħbiet). Iż-żewġ rebbieħa taż-żewġ gruppi jilgħabu l-istaġun li jmiss fl-Eredivisie, waqt li s-sitt timijiet l-oħra jibqgħu jew jiġu relegati fl-Eerste Divisie.
AFC Ajax rebħu dan il-kampjonat nazzjonali total ta' 29 darba, iktar minn kwalunkwe klabb ieħor. PSV Eindhoven bi 23 u Feynoord b'14 isegwu warajhom fil-gradwatorja tar-rebbieħa tal-Eredivisie. Mill-1965, dawn it-tliet timijiet, li qatt ma ġew relegati mill-ogħla diviżjoni Olandiża, rebħu kull titlu ħlief għal tliet okkażjonijiet: fl-1981 u fl-2009 it-titlu ntrebaħ minn AZ u fl-2010 intrebaħ minn Twente.
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Numru ta' titli
[immodifika | immodifika s-sors]| Klabb | Titli |
|---|---|
| 31 | |
| 21 | |
| 14 | |
| 10 | |
| Sparta Rotterdam | 6 |
| RAP Amsterdam | 5 |
| Go Ahead Eagles | 4 |
| HBS Craeyenhout, HFC, Willem II | 3 |
| ADO Den Haag, AZ Alkmaar, Heracles Almelo, RCH | 2 |
| Be Quick 1887, DOS, BVV Den Bosch, DWS, De Volewijckers, FC Eindhoven, Haarlem, Limburgia, NAC Breda, Quick Den Haag, Rapid JC, SVV, VV Concordia, FC Twente, SC Enschede | 1 |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (NL) Sit uffiċjali