Aqbeż għall-kontentut

Premier League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Premiership)
Għal użi oħra, ara Premier League (diżambigwazzjoni)
Premier League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Premier League 2013–14

Premier League
Sport Futbol
Fundazzjoni 20 ta' Frar 1992
Nru. ta' timijiet 20
Reġjun Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Ċampjin attwali Manchester United (2012–13)
L-aktar rebħiet Manchester United (13-il titlu)
Sit elettroniku www.premierleague.com

Il-Premier League (magħruf uffiċjalment bħala l-Barclays Premier League għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) huwa kampjonat professjonali għall-klabbs tal-futbol li jinsabu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Hu fost l-iktar kampjonati sportivi segwiti fid-dinja u l-iktar kampjonat bi profitt.

Il-kompetizzjoni ġiet fundata bħala FA Premier League fl-20 ta' Frar 1992 u l-ewwel sett ta' logħob intlagħbu fil-15 ta' Awwissu ta' dik l-istess sena, wara d-deċiżjoni mill-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni biex jinfirdu mill-Football League u b'hekk jieħdu vantaġġ ta' drittijiet televiżivi; il-Football League kien serva bħala l-ewwel kompetizzjoni tal-futbol tal-Ingilterra u ta' Wales mill-1888. Minn dakinhar 'l hawn, il-Premier League sar l-aktar kampjonat sportiv segwit,[1] fejn jiġi mxandar f'212-il territorju lil 643 miljun dar u udjenza li tlaħħaq mal-4.7 biljun ruħ.[2] Il-Premier League huwa klassifikat fit-tieni post fil-koeffiċjenti tal-UEFA bbażat skont il-prestazzjonijiet tal-klabbs Ingliżi f'kompetizzjonijiet Ewropej fl-aħħar ħames snin.[3]

Mill-1888, total ta' 23 klabb ġie nkurunat ċampjin Ingliż. Mill-45 klabb li ikkompetew mill-bidu tal-Premier League fl-1992, ħamsa rebħu t-titlu: Manchester United (13), Arsenal (3), Chelsea (3), Blackburn Rovers (1) u Manchester City. Iċ-ċampjin attwali tal-Premier League huma Manchester United li rebħu t-titlu għall-istaġun 2012–13.

Minkejja suċċess notevoli fil-kamp Ewropew matul is-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, l-aħħar tat-tmeninijiet immarkaw żmien ikrah għall-futbol Ingliż. L-impjanti sporti kienu fi stat ħażin, il-partitarji kellhom faċilitajiet ħżiena, il-vandali kienu fl-aqwa tagħhom, u l-klabbs Ingliżi kienu sospiżi mill-kompetizzjonijiet Ewropej wara l-ġrajja ta' Heysel fl-1985.[4] L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League, li mill-1888 kienet isservi bħala l-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Ingilterra, kienet 'il bogħod mil-livell tas-Serie A Taljana u tal-La Liga Spanjola f'dak li għandu x'jaqsam mal-attendenzi u introjtu; ħafna plejers Ingliżi kienu telqu mill-Ingilterra biex jilgħabu barra.[5]

Madanakollu, il-folja nqalbet mal-bidu tas-snin disgħin; l-Ingilterra laħqet is-semifinali fit-Tazza tad-Dinja 1990. Il-UEFA neħħiet is-sospensjoni ta' ħames snin fl-1990 (b'Manchester United jgħollu t-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1991) u t-"Taylor Report" dwar is-sigurtà tal-impjanti, li ppropona żvilupp fil-grawnds, ġie ppublikat f'Jannar ta' dik is-sena.

Il-flus mit-televiżjoni saru iktar importanti; il-Football League rċieva £6.3 miljun għal ftehim ta' sentejn fl-1986, imma meta l-ftehim reġa' ġie mġedded fl-1988, is-somma telgħet għal £44 fl-erba' snin ta' wara.[6] In-negozjati tal-1988 wasslu l-ewwel sinjali ta' firda fil-kampjonat; għaxar klabbs heddu li jitilqu u jifformaw "super league", imma ġew persważi sabiex jibqgħu.[7] Hekk kif l-impjanti tjiebu u l-introjti żdiedu, l-aqwa timijiet tal-pajjiż ikkunsidraw li jitilqu mill-Football League sabiex jieħdu vantaġġ tal-influss qawwi ta' flus li kien qiegħed jintefa'.[7]

Staġun Rebbieħ
1992–93 Manchester United
1993–94 Manchester United
1994–95 Blackburn Rovers
1995–96 Manchester United
1996–97 Manchester United
1997–98 Arsenal
1998–99 Manchester United
1999–2000 Manchester United
2000–01 Manchester United
2001–02 Arsenal
2002–03 Manchester United
2003–04 Arsenal
2004–05 Chelsea
2005–06 Chelsea
2006–07 Manchester United
2007–08 Manchester United
2008–09 Manchester United
2009–10 Chelsea
2010–11 Manchester United
2011–12 Manchester City
2012–13 Manchester United

F'għeluq tal-istaġun 1991, kienet ġiet ideata proposta ta' bidu ta' kampjonat ġdid li kien jġib aktar flus. Il-Ftehim tal-Membri Fundatarji, iffirmat fis-17 ta' Lulju 1991 mit-timijiet tal-aqwa serje, stabbilixxew il-prinċipji bażiċi biex issir l-FA Premier League.[8] L-aqwa diviżjoni li kienet għadha kemm ġiet fundata kien se jkollha independenza kummerċjali mill-Football Association u l-Football League, fejn jagħti lill-FA Premier League il-liċenzja li tinnegozja ix-xandar tagħha u ftehim ta' sponsorizazzjoni. Din kienet ikkunsidrata bħala neċessarja biex klabbs Ingliżi jistgħu għal darb'oħra jikkompetu u jirbħu lill-aqwa tal-Ewropa, waqt li jattiraw l-aqwa talent tad-dinja, xi ħaġa li fl-1991 kienet prattikkament impensabbli.[9]

Fl-1992, il-klabbs tal-First Division irriżenjaw mill-Football League u fis-27 ta' Marzu 1992, l-FA Premier League kienet iffurmata bħala kumpanija li kienet limitata għal uffiċċju sakemm imxew għall-kwartieri ġenerali f'Lancaster Gate.[5] Dan kien ifisser separazzjoni tal-Football League li kienet ilha sservi bl-erba' diviżjonijiet tagħha għal 104 snin; il-Premier League kienet se topera b'diviżjoni waħda u l-Football League bi tlieta. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-format tal-kompetizzjoni; l-istess numru ta' timijiet li jikkompetu fl-aqwa serje, u promozzjoni u relegazzjoni bejn il-Premier League u l-First Division il-ġdida baqgħet l-istess bħall-First u s-Second Division l-antiki.

It-22 membri inawgurali tal-Premiership kienu Arsenal, Aston Villa, Blackburn Rovers, Chelsea, Coventry City, Crystal Palace, Everton, Ipswich Town, Leeds United, Liverpool, Manchester City, Manchester United, Middlesbrough, Norwich City, Nottingham Forest, Oldham Athletic, Queens Park Rangers, Sheffield United, Sheffield Wednesday, Southampton, Tottenham Hotspur, u Wimbledon FC.

Sa tmiem l-istaġun 2009–10, kien hemm 18-il staġun komplut tal-Premier League. L-ewwel staġun tal-kampjonat sar fl-1992–93 u oriġinarjmanet kien kompost minn 22 klabb. L-ewwel gowl tal-Premiership sar minn Brian Deane ta' Sheffield United fir-rebħa ta' 2–1 kontra Manchester United. Wara l-insistenza mill-FIFA, in-numru ta' timijiet naqas għal għoxrin fl-1995 meta erba' timijiet kienu relegati u tnejn biss promossi. Fit-8 ta' Ġunju 2006, il-FIFA xtaqet li kull kampjonat kbir fl-Ewropa, li jinkludi wkoll is-Serie A Taljana u l-La Liga Spanjola, in-numru ta' timijiet ikun ta' tmintax mal-bidu tal-istaġun 2007–08. Il-Premier League ħabbret l-intenzjoni li tirreżisti l-idea tan-nuqqas ta' timijiet.[10] L-istaġun 2007–08, fl-aħħar beda b'20 tim. Il-kampjonat biddel ismu minn FA Premier League għal sempliċiment Premier League fl-2007.[11] F'dak l-istess staġun kien hemm diskussjoni dwar jekk ikunx hemm id-39 logħba, fejn din tintlagħab barra mill-Ingilterra.[12]

Il-Premier League hu operat bħala korporazzjoni li hi pposseduta mill-għoxrin klabb. Kull klabb hu kkunsidrat bħala azzjonista b'vot kull wieħed fuq regoli li jkunu se jinbidlu u l-kuntratti. Il-klabbs jeleġġu ċ-ċermen, iċ-ċif eżekuttiv, u l-bord tad-diretturi biex jieħdu ħsieb l-operazzjonijiet ta' kuljum dwar il-kampjonat.[13] Il-Football Association mhix involuta direttament fl-operazzjonijiet tal-Premier League, però għandha poter bħala azzjonista speċjali matul l-elezzjonijiet tal-pożizzjonijiet għoljin u meta regoli ġodda jiġu introdotti.

Il-Premier League jibgħat repreżentattivi għall-Forum tal-Klabbs Ewropej tal-UEFA. Dan il-forum huwa responsabbli biex jeleġġi tliet membri għall-Kumitat tal-Kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA, li hi involuta fl-operazzjonijiet tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA bħaċ-Champions League u t-Tazza UEFA.[14]

Klabbs tal-Premier League

[immodifika | immodifika s-sors]

Total ta' 43 klabb ħadu sehem fil-Premier League bejn l-1992 u l-2010. Żewġ klabbs oħra (Luton Town u Notts County) kienu iffirmaw kuntratt mal-Premier League u li kienu ristretti bih, imma spiċċaw relegati qabel l-inawgurazzjoni tal-istaġun tal-Premiership u minn dak iż-żmien qatt ma reġgħu telgħu f'din l-ogħla diviżjoni.

Seba' klabbs ilhom membri tal-Premiership mill-bidu tagħha u komplew l-istaġuni kollha. Dan il-grupp jikkonsisti minn Arsenal, Aston Villa, Chelsea, Everton, Liverpool, Manchester United u Tottenham Hotspur.

Timijiet tal-istaġun 2011–12

[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb
Pożizzjoni
fl-2011–12
L-ewwel staġun
fl-aqwa serje
Numru ta' staġuni
fl-aqwa serje
Titli fl-
aqwa serje
Arsenala, b 3 1904–05 96 13
Aston Villaa, b, ċ 16 1888–89 102 7
Chelseaa, b 6 1907–08 78 4
Evertona, b, ċ 7 1888–89 110 9
Fulhamb 9 1949–50 24 0
Liverpoola, b 8 1894–95 98 18
Manchester Citya 1 1899–1900 84 3
Manchester Uniteda, b 2 1892–93 88 19
Newcastle United 5 1898–99 82 4
Norwich Citya 12 1972–73 23 0
Queens Park Rangersa 17 1968–69 23 0
Reading 1 (Championship) 2006–07 3 0
Southamptona 2 (Championship) 1966–67 36 0
Stoke Cityb, ċ 14 1888–89 57 0
Sunderland 13 1890–91 82 6
Swansea City 11 1981–82 4 0
Tottenham Hotspura, b 4 1909–10 78 2
West Bromwich Albion 10 1888–89 76 1
West Ham United 3 (Championship) 1923–24 55 0
Wigan Athleticb 15 2005–06 8 0

a Membri fundaturi tal-Premier League
b Qatt ma ġew relegati mill-Premier League
ċ Wieħed mit-tnax-il tim oriġinali tal-Football League

Poż. Plejer Preżenzi
1 Wales Ryan Giggs 599
2 Ingilterra David James 572
3 Wales Gary Speed 535
4 Ingilterra Frank Lampard 526
5 Ingilterra Emile Heskey 510
6 Ingilterra Sol Campbell 504
7 Ingilterra Phil Neville 486
8 Ingilterra Jamie Carragher 481
9 Ingilterra Paul Scholes 479
10 Awstralja Mark Schwarzer 469
(Tipa korsiva turi plejers li għadhom fil-kamp tal-futbol professjonali;
Tipa ħoxna turi plejers li għadhom attivi fil-Premier League)[15]

Il-klabbs tal-Premier League għandhom kważi l-libertà kompluta fuq ix-xiri ta' kwalunkwe numru u kategorija ta' plejers li jixtiequ. M'hemm l-ebda limitu ta' salarju ta' tim jew individwu, m'hemm l-ebda limitu dwar id-daqs tal-iskwadra, m'hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar l-età ħlief dawk applikati mil-liġi tal-impjieg ġenerali, l-ebda restrizzjoni fuq in-numru ta' plejers barranin, u restrizzjoni żgħira fuq plejers barranin — il-plejers kollha b'nazzjonalità tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu dawk li għandhom iċ-ċans li jakkwistaw passaport tal-UE permezz ta' xi ġenitur jew nannu/a, huma eleġibbli li jilgħabu, u plejers barra l-UE għandhom iċ-ċans li jiksbu l-permessi għax-xogħol fir-Renju Unit. L-uniku żona fejn ir-regoli ta' reġistrazzjoni tal-plejers tal-Premier League jirrestrinġu iktar minn dawk ta' kampjonati nazzjonali oħra, bħal dawk fil-Belġju u l-Portugall, hi dik fejn il-plejers fuq livell akkademiku li mhumiex mill-UE għandhom ftit aċċess għall-futbol Ingliż.[16] Il-klabbs li jikkompetu fiċ-Champions League jew fil-UEFA Europa League iridu jaqblu mar-regoli tal-eleġibilità tal-plejer imposti mill-UEFA fuq dawn il-kompetizzjonijiet.

Fil-bidu tal-FA Premier League 1992–93, ħdax-il plejer biss li kienu msemmijin fl-ewwel ħdax tat-timijiet mill-ewwel rawnd kienu barranin (plejers barra mir-Renju Unit u mir-Repubblika Irlandiża).[17] Sal-2000–01, in-numru ta' barranin li kienu qed jieħdu sehem fil-Premier League kien ta' 36%. Fl-istaġun 2004–05 il-figura żdiedet għal 45%. Fis-26 ta' Diċembru 1999, Chelsea sar l-ewwel tim fil-Premier League li fl-ewwel ħdax tal-partita semma plejers kollha barranin, u fl-14 ta' Frar 2005 Arsenal kienu l-ewwel biex sejħu sittax-il plejer għal logħba, kollha ta' nazzjonalità barranija. L-ebda kowċ Ingliż ma rebaħ il-Premier League; il-ħames kowċis li rebħu dan it-titlu huma żewġ Skoċċiżi (Sir Alex Ferguson - Manchester United, ħdax-il rebħa; Kenny Dalgish - Blackburn Rovers, rebħa waħda), Franċiż (Arsène Wenger - Arsenal, tliet rebħiet), Portugiż (José Mourinho - Chelsea, żewġ rebħiet) u Taljan (Carlo Ancelotti - Chelsea, rebħa waħda).

Fl-1999 il-Home Office saħħet aktar ir-regoli biex il-plejers li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, ikollhom permess biex jilgħabu.[18] Preżentament, plejer li mhux ġej miż-żona tal-Unjoni Ewropea jrid ikun lagħab għal pajjiżu mill-inqas 75% mil-logħob kompetittiv tat-tim u li jkun ilu parti mill-iskwadra għal sentejn. Pajjiżu jrid ikun ikklassifikat f'medja tal-inqas mis-70 post fil-klassifika mondjali tal-FIFA f'dawk l-aħħar sentejn. Jekk plejer ma' jilħaqx dawn il-kriterji, il-klabb li jkun se jieħu s-servizzi tiegħu jistgħu jappellaw jekk jemmnu li hu talent speċjali u li jkollu s-saħħa biex jikkontrubwixxi sinjifikament għall-iżvilupp tal-logħba fir-Renju Unit.[16]

Aktar minn 260 plejer barrani jilgħabu fil-kampjonat, u 101 plejer li jilagħbu fil-kampjonat Ingliż ikkompetew fit-Tazza tad-Dinja 2002 fil-Korea u l-Ġappun. Fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja, il-Premier League kien l-aktar kampjonat rappreżentat b'aktar minn tmenin plejer fil-kompetizzjoni, inklużi wkoll 21 tat-23 plejer fl-iskwadra Ingliża.

Ir-rekord tat-trasferimenti tal-Premier League inkiser diversi drabi mill-bidu ta' din il-kompetizzjoni. Qabel il-bidu tal-ewwel staġun tal-Premier League, Alan Shearer sar l-ewwel plejer Brittaniku li nxtara għal aktar minn £3 miljun.[19] Dan ir-rekord mal-ewwel tela' mal-ewwel ftit staġuni tal-Premier League, sakemm Alan Shearer għamel rekord dinji meta ngħaqad ma' Newcastle United għal somma ta' £15-il miljun fl-1996.[19] Dan kien rekord Brittaniku għal erba' snin sakemm Leeds United ħallsu £18-il miljun lil West Ham għall-akkwist ta' Rio Ferdinand.[19] Manchester United sussegwentament kisru r-rekord tliet darbiet bl-akkwisti ta' Ruud van Nistelrooy, Juan Sebastián Verón u Rio Ferdinand.[20][21] Chelsea kisru r-rekord f'Mejju tal-2006 meta xtraw lil Andry Shevchenko minn AC Milan. Il-figura eżatta ma kinitx pubblikata, imma kien hemm xniegħat li kienet madwar it-£30 miljun.[22] Din is-somma reġgħet ġie megħluba meta Manchester City fl-1 ta' Settembru 2008 ħallsu £32.5 miljun lil Real Madrid għas-servizzi ta' Robinho.

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
Poż. Plejer Gowls
1 Ingilterra Alan Shearer 260
2 Ingilterra Andrew Cole 187
3 Franza Thierry Henry 174
4 Ingilterra Robbie Fowler 163
5 Ingilterra Frank Lampard 152
6 Ingilterra Les Ferdinand 149
Ingilterra Michael Owen 149
8 Ingilterra Teddy Sheringham 147
9 Ingilterra Wayne Rooney 144
10 Netherlands Jimmy Floyd Hasselbaink 129
(Tipa korsiva turi plejers li għadhom fil-kamp tal-futbol professjonali;
Tipa ħoxna turi plejers li għadhom attivi fil-Premier League)[15]

Il-plejers fil-Premier League jistgħu jikkompetu għaż-Żarbuna tad-Deheb tal-Premier League, li tingħata lill-aqwa skorer fi tmiem l-istaġun, kif ukoll iż-Żarbuna tad-Deheb għall-ewwel persuna li jiskorja 10, 20 jew 30 gowl fl-istaġun. Huma jistgħu jieħdu sehem ukoll f'kompetizzjonijiet informali tal-Gowl tax-Xahar u l-Gowl tal-Istaġun. Titli oħra li plejers jista' jikkompetu għalihom jinkludu l-aqwa skorer tal-istaġun. L-attakkant ta' Blackburn Rovers u Newcastle United Alan Shearer iżomm ir-rekord tal-aktar gowls skurjati fil-Premiership b'total ta' 260 gowl. Shearer spiċċa għal għaxar darbiet minn erbatax-il staġun fost l-aqwa għaxar skorers tal-Premier League u rebaħ it-titlu tal-aqwa skorer tliet darbiet. Matul l-istaġun 1995–96 hu sar l-ewwel plejer li skorja 100 gowl fil-Premier League.[23]

Mill-ewwel staġun tal-Premier League fl-1992–93, tlettax-il plejer differenti rebħu jew qasmu t-titlu tal-aqwa skorer. Thierry Henry rebaħ it-tielet wieħed konsekuttiv u total ta' erbgħa meta skorja 27 gowl fl-istaġun 2005–06. Dan in-numru għadda dak ta' tliet titli ta' Shearer, li kien rebaħ bejn l-1994–95 u l-1996–97. Rebbieħa oħra jinkludu Michael Owen u Jimmy Floyd Hasselbaink li rebħu żewġ titli kull wieħed. Andrew Cole u Alan Shearer iżommu r-rekord tal-aktar numru ta' gowls fi staġun (34) - għal Newcastle United u Blackburn Rovers rispettivament. Ir-rekord ta' Cole ġie fl-1993–94 waqt li ta' Shearer wasal fl-istaġun ta' wara, ilkoll fi staġun ta' 42 logħba.[24] Il-marka ta' Shearer ta' 31 gowl minn staġun ta' 38 logħba fl-istaġun 1995–96 kien ugwaljat fl-istaġun 2007–08 minn Cristiano Ronaldo, marka li għeleb ir-rekord tal-aktar gowls skurjati minn midfilder fi staġun.[25]

Manchester United saru l-ewwel tim li skorjaw 1,000 gowl fil-kampjonat meta Cristiano Ronaldo skorja, f'telfa ta' 4–1 kontra Middlesbrough fl-istaġun 2005–06. L-Arsenal hu l-uniku tim ieħor li laħaq dan it-tragward. L-aktar partita li pprovdiet gowls sal-lum il-ġurnata fil-Premier League seħħet fit-29 ta' Settembru 2007 meta Portsmouth rebħu 7–4 lil Reading.[26] Ryan Giggs ta' Manchester United hu l-uniku plejer li kellu l-unur li jiskorja fit-tmintax-il edizzjoni tal-Premier League.[27]

  1. ^ Dennis Campbell (6 ta' Jannar 2002). The Observer (ed.). "United (versus Liverpool) Nations" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Premier League, ed. (16 ta' Novembru 2011). "The World's Most Watched League" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-08-04. Miġbur 2013-08-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Bert Kassies (22 ta' Novembru 2012). Bert Kassies (ed.). "UEFA ranking of European leagues" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ BBC Archive (ed.). "1985: English teams banned after Heysel" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ a b Premier League (ed.). "A History of The Premier League" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-21. Miġbur 2013-08-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ Gerry Crawford. Ċentru tas-Soċjoloġija tal-Isport, Università ta' Leicester (ed.). "Fact Sheet 8: British Football on Television" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna)
  7. ^ a b Gerry Crawford. Football League (ed.). "The History of the Football League" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-04-11. Miġbur 2013-08-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna)
  8. ^ HM Courts Service, ed. (2006). "In the matter of an agreement between the Football Association Premier League Limited and the Football Association Limited and the Football League Limited and their respective member clubs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  9. ^ Sit uffiċjali tal-Premier League (ed.). "A history of the Premier League" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-18. Miġbur 2008-04-22. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  10. ^ BBC (ed.). "Fifa wants 18-team Premier League" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  11. ^ Premier League (ed.). "Premier League and Barclays Announce Competition Name Change" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-03-04. Miġbur 2008-04-21. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  12. ^ BBC Sport, ed. (15-02-2008). "FA concerned over top-flight plan" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ Premier League (ed.). "Our relationship with the clubs" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-11-14. Miġbur 2008-04-21. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  14. ^ UEFA (ed.). "European Club Forum" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  15. ^ a b FA Premier League (ed.). "Barclays Premier League Statistics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-03. Miġbur 2010-05-16. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  16. ^ a b "Work permit arrangements for football players". Home Office (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-09-26. Miġbur 2008-04-21. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  17. ^ Ron Atkinson (23-08-2002). The Guardian (ed.). "England need to stem the foreign tide" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-08. Miġbur 2008-08-12. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ "New Work Permit Criteria for Football Players Announced". Department for Education and Employment (bl-Ingliż). 02-07-1999. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-30. Miġbur 2008-04-21. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  19. ^ a b ċ Observer, ed. (05-03-2006). "From £250,000 to £29.1m" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ 4thegame (ed.). "Veron and Other Top Transfers" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  21. ^ Daily Telegraph, ed. (21-07-2002). "Leeds sell Rio for £30 million" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ BBC, ed. (31-05-2006). "Chelsea complete Shevchenko deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  23. ^ Becky Gamester. BBC (ed.). "Super Shearer" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  24. ^ 4thegame, ed. (20-01-2004). "Barclaycard Premiership top scorers" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-17. Miġbur 2008-04-22. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  25. ^ Sporting Life, ed. (11-05-2008). "Fergie deserves his victory dance" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-04. Miġbur 2008-08-12. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ BBC, ed. (29-09-2007). "Portsmouth 7–4 Reading" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  27. ^ TV.com (ed.). "Ryan Giggs trivia" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-26. Miġbur 2008-04-22. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]