FIFA Puskás Award

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Puskás, l-aqwa skorer tas-seklu 20

Il-FIFA Puskás Award huwa unur li ġie stabbilit fl-20 ta' Ottubru 2009 mill-FIFA (Fédération Internationale de Football Association) fuq rikjesta tal-President Sepp Blatter li jingħata lill-plejer li jkun skorja l-isbaħ gowl tas-sena.

L-unur huwa b'ġieħ Ferenc Puskás, kaptan tat-tim nazzjonali Ungeriż fis-snin ħamsin u protagonista tas-suċċessi mar-Real Madrid fis-snin sittin. Puskás huwa kkunsidrat minn ħafna bħala wieħed mill-aktar attakkanti b'saħħithom u prolifiċi li l-futbol Ewropew qatt ipproduċa, u skorja 84 gowl f'85 logħba internazzjonali. Hu kien wieħed mill-aqwa skorers tas-seklu 20 b'512-il gowl f'528 logħba.

L-ewwel serata saret fil-21 ta' Diċembru 2009 fl-Iżvizzera, bil-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo joħroġ rebbieħ.

Kriterji[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-bellezza tal-gowl (kriterju suġġettiv — xutt mid-distanza, azzjoni tat-tim, gowl akrobatiku, gowl individwali, etċ.)
  • L-importanza tal-partita (kriterju oġġettiv — limitat għal timijiet internazzjonali "A", kompetizzjonijiet kontinentali u kampjonati tal-ogħla diviżjoni).
  • Il-gowl m'għandux ikun frott ta' fortuna, żbalji jew devjazzjoni ta' sieħeb jew l-avversarju.
  • Il-gowl għandu jsostni l-fair play, jiġifieri, il-plejer ma kellux iġib ruħu ħażin fil-logħba jew ikun instab akkużat b'doping.

Rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Poż. Plejer Tim Avversarju Riżultat Kompetizzjoni Persentaġġ
2009
1 Portugall Cristiano Ronaldo Ingilterra Manchester United Portugall Porto 0–1 Kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 2008–09 17.68%
2 Spanja Andrés Iniesta Spanja Barcelona Ingilterra Chelsea 1–1 Semifinali tal-UEFA Champions League 2008–09 15.64%
3 Brażil Grafite Ġermanja Wolfsburg Ġermanja Bayern Munich 5–1 Fußball-Bundesliga 2008–09 13.39%
2010
1 Turkija Hamit Altıntop  Turkija  Każakistan 0–2 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 - Grupp A 40.55%
2 Żvezja Linus Hallenius Żvezja Hammarby Żvezja Syrianska 2–0 Superettan 2010 13.23%
3 Netherlands Giovanni van Bronckhorst  Netherlands  Urugwaj 1–0 Semifinali tat-Tazza tad-Dinja 2010 10.61%
2011
1 Brażil Neymar Brażil Santos Brażil Flamengo 4–5 Campeonato Brasileiro Série A 2011 17.68%
2 Ingilterra Wayne Rooney Ingilterra Manchester United Ingilterra Manchester City 2–1 Premier League 2010–11 15.64%
3 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona Ingilterra Arsenal 3–1 Kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 2010–11 13.39%
2012
1 Slovakkja Miroslav Stoch Turkija Fenerbahçe Turkija Gençlerbirliği 6–1 Süper Lig 2011–12 78%
2 Kolombja Radamel Falcao Spanja Atlético Madrid Kolombja América de Cali 2–1 Logħba ta' ħbiberija 15%
3 Brażil Neymar Brażil Santos Brażil Internacional 3–1 Copa Libertadores 2012 7%

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]