Cristian Zaccardo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cristian Zaccardo
Informazzjoni personali
Twelid21 ta' Diċembru 1981 (1981-12-21) (42 sena)
FormigineItalja
Tul1.84 m
RwolDifensur
Mixtliet
1991–2000Bologna
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Bologna
2000–2001Spezia (self)
2004–2008Palermo
2008–2009Wolfsburg
2009–2013Parma
2013–2015Milan
2015–2017Carpi
2016–2017Vicenza (self)
2017Vicenza
2017–2018Ħamrun Spartans
2019Tre Fiori
Tim nazzjonali
2002–2004Italja U-21
2004–2007Italja

Cristian Zaccardo (Formigine, 21 ta' Diċembru 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan. Mat-tim nazzjonali Taljan hu rebaħ it-Tazza tad-Dinja. Huwa jilgħab primarjament bħala difensur fuq il-faxex iżda kapaċi jilgħab ukoll bħala difensur ċentrali.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Wieħed mill-aqwa prodotti tas-settur taż-żgħażagħ ta' Bologna, Zaccardo iddebutta mal-ewwel tim fl-2001, taħt id-direzzjoni tal-kowċ Francesco Guidolin, fejn immedjatament sar regolari għar-rossoblu u mat-tim nazzjonali tal-Italja ta' taħt il-21 sena. Hu ħalla lil Bologna fl-2004 biex issieħeb mal-eks-kowċ Guidolin f'Palermo. Wara l-istaġun li qatta' fil-Ġermanja ma' VfL Wolfsburg,[1] huwa reġa' ingħaqad ma' Guidolin mat-tim ta' Parma f'Awwissu 2009.[2] Fl-24 ta' Jannar 2013, huwa iffirma ma' Milan fi ftheim li ra t-tpartit ta' Zaccardo ma' Djamel Mesbah li mar ma' Parma.[3]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Zaccardo iddebutta mat-tim nazzjonali Taljan fis-17 ta' Novembru 2004 waqt il-partita ta' ħbiberija kontra l-Finlandja, u nhar it-8 ta' Ottubru 2005 skorja l-ewwel gowl bil-flokk tal-Italja fir-rebħa ta' 1–0 kontra s-Slovenja. Il-kowċ Marcello Lippi għażlu fost it-23 plejer għat-Tazza tad-Dinja 2006. Zaccardo lagħab tliet darbiet fejn skorja awto gowl fit-tieni logħba tal-azzurri, dro ta' 1–1 kontra l-Istati Uniti. Mal-iskwadra Taljana sar ċampjin tad-dinja wara r-rebħa fil-finali kontra Franza wara l-għoti tal-penalties.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Wolfsburg

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Wolfsburg sign a world-class player" (bl-Ingliż). Bundesliga. 2008-05-09. Miġbur 2009-05-21.
  2. ^ "Zaccardo al Parma" (bit-Taljan). Parma FC. 2009-08-29. Miġbur 2009-08-30.
  3. ^ "ZACCARDO PROUND TO JOIN MILAN" (bl-Ingliż). AC Milan. 2013-01-24. Miġbur 2013-01-25.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]