Jores Okore
| Okore jilgħab għad-Danimarka | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Tetchi Jores Charlemagne Ulrich Okore | ||
| Twelid | 11 ta' Awwissu 1992 Abidġan, Kosta tal-Avorju | ||
| Tul | 1.83 m | ||
| Rwol | Difensur ċentrali | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Changchun Yatai | ||
| Numru | 4 | ||
| Mixtliet | |||
| 2000–2007 | B.93 | ||
| 2007–2011 | Nordsjælland | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2011–2013 | Nordsjælland | ||
| 2013–2016 | Aston Villa | ||
| 2016–2017 | FC Copenhagen | ||
| 2017–2020 | AaB | ||
| 2021– | Changchun Yatai | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2011–2014 | Danimarka U21 | ||
| 2011–2014 | Danimarka | ||
Jores Okore (Abidġan, 11 ta' Awwissu 1992) huwa plejer tal-futbol professjonali li jilgħab bħala difensur għal Changchun Yatai.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Imwieled fil-Kosta tal-Avorju, il-familja tiegħu marret tgħix id-Danimarka meta kellu 3 snin fejn lagħab sa ma kellu 8 snin ma' B.93 fid-distrett ta' Østerbro, Kopenħagen.[1]
Okore iddebutta ma' Nordsjælland kontra Horsens fit-3 ta' April 2011. Għall-kumplament tal-istaġun kompla jidher regularment, fejn għamel total ta' 11-il dehra. F'Ġunju tal-2011 Jorés Okore iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin mal-klabb.[2] Fit-18 ta' Settembru 2011, Okore skorja l-ewwel gowl professjonali għal Nordsjælland fir-rebħa ta' 2–0 kontra Brøndby.
Nhar it-13 ta' Ġunju 2013, Okore ingħaqad ma' Aston Villa fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin għal somma meqjusa mal-£4 miljun.[3]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-6 ta' Settembru 2011, Okore iddebutta mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena fl-età ta' 19-il sena, fejn ħa sehem fil-konfront mirbuħ 3–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq. Xahrejn biss wara, fis-6 ta' Novembru 2011, Okore ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-kbar bħala sostitut għal Simon Kjær, għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Iżvezja tal-11 ta' Novembru.[4] Hu ddebutta f'din l-istess logħba fejn ħa post Andreas Bjelland fit-62 minuta. Fil-logħba suċċessiva tal-15 ta' Novembru kontra l-Finlandja beda l-ewwel logħba tiegħu internazzjonali.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]- Aġġornati sal-20 ta' Mejju 2013
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Kontinentali | Oħrajn | Total | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
| Nordsjælland | 2009–10 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 |
| 2010–11 | 11 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 14 | 0 | |
| 2011–12 | 25 | 1 | 3 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 30 | 1 | |
| 2012–13 | 29 | 4 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | 0 | 34 | 4 | |
| Total | 65 | 5 | 7 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 79 | 5 | |
| Total tal-karriera | 65 | 5 | 7 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 79 | 5 | |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Nordsjælland
- Superligaen: 2011–12
- Landspokalturneringen: 2010–11
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Pedersen, Johnny Gudmand (2011-11-15). "FCNs Okore drømmer om Chelsea". Bt.dk (bid-Daniż). Miġbur 2011-11-17.
- ↑ Helmin, Jesper (2011-06-09). "Lang FCN contract for Okore". Bold.dk (bid-Daniż). Miġbur 2011-08-11.
- ↑ "Aston Villa sign Jores Okore and Leandro Bacuna" (bl-Ingliż). BBC. 2013-06-13. Miġbur 2013-07-20.
- ↑ Blond, Mikael (2011-11-06). "19-årig FCN-komet afløser Kjær". Bold.dk (bid-Daniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2013-07-20.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (DA) Sit uffiċjali
- (DA) Profil fuq DBU.dk
- Jores Okore fuq National-Football-Teams.com