Aqbeż għall-kontentut

Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Malta Football Association)
Malta Football Association
Fundazzjoni 1900
Pajjiż Bandiera ta' Malta Malta
Konfederazzjoniijiet FIFA (mill-1959)
UEFA (mill-1960)
President Norman Darmanin Demajo
Sit uffiċjali www.mfa.com.mt

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta, magħrufa aħjar bħala l-Malta Football Association (MFA) hi l-assoċjazzjoni li tiggwida l-logħba tal-futbol f'Malta. Din ġiet fundata fil-bidu tas-seklu 20, waħda mill-ewwel strutturi tal-futbol fid-dinja.

Mill-1910, ilha torganizza kampjonat tal-futbol Malti, waqt li fis-snin tletin introduċiet l-FA Trophy, kompetizzjoni fuq bażi eliminatorja għall-klabbs. L-MFA torganizza wkoll kompetizzjonijiet oħra, għal-logħba tal-futbol maskili, għal dik femminili u għall-futsal.

Bl-affiljazzjoni mal-FIFA (1959) u mal-UEFA (1960), it-tim nazzjonali Malti u timijiet nazzjonali ta' livelli differenti setgħu jikkompetu f'kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati minn dawn iż-żewġ konfederazzjonijiet, fosthom fil-Kampjonati Ewropej u fit-Tazza tad-Dinja. Din is-sħubija fetħet iċ-ċansijiet għall-klabbs Maltin sabiex jikkompetu f'kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA, fosthom il-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League.

Skont l-Att dwar l-Isports tat-23 ta' Jannar 2003, l-MFA għandha tieħu ħsieb l-Grawnd Nazzjonali u s-Centenary Stadium. Dan il-kumpless jinvolvi grawnds għat-taħriġ, ġinnasju, pixxina, u klinika fiżjoterapewtika.[1]

L-istruttura tal-MFA tinkludi 53 klabb membru, u kif ukoll 10 assoċjazzjonijiet membri. Il-klabbs jieħdu sehem f'erba' diviżjonijiet: il-Premier League, l-Ewwel, it-Tieni, u t-Tielet Diviżjoni. L-għaxar assoċjazzjonijiet membri huma:

  • Assoċjazzjoni tal-futbol t'Għawdex, li torganizza kompetizzjonijiet għal timijiet minn Għawdex
  • Inter Amateur Soccer Competition (IASC), li tieħu ħsieb il-futbol dilettantesk
  • Employees Sports Association
  • Malta Hotels and Restaurants Sports Association
  • Industries Soccer Association
  • District Football Association
  • Malta Youth Football Association, struttura għal tfal u żgħażagħ taħt is-sittax-il sena
  • Malta Amateur Football Association
  • Malta Football Coaches Association
  • Malta Football Referees Association
  1. ^ education.gov.mt (ed.). "Att dwar l-Isports" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-05-24. Miġbur 2013-08-13.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]