John Buttigieg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
John Buttigieg
Informazzjoni personali
Isem sħiħJohn Buttigieg
Twelid5 ta' Ottubru 1963 (1963-10-05) (55 sena)
Tas-Sliema
PajjiżBandiera ta' Malta Malta
Tul1.83
RwolDifensur
Klabbs ġovanili
Sliema Wanderers
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
1981–1989Sliema Wanderers75(6)
1989–1991Brentford40(0)
1990Swindon Town (self)3(0)
1991–1999Floriana155(8)
1999–2002Valletta59(4)
Total332(18)
Tim nazzjonali
1984–2000Malta95(1)
Timijiet ikkowċjati
2007–2009 2019-Birkirkara
2009–2011Malta
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

John Buttigieg (Tas-Sliema, 5 ta' Ottubru 1963) huwa eks-futboler u kowċ professjonali li kien jilgħab bħala difensur.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Matul il-karriera tiegħu, Buttigieg lagħab ma' Sliema Wanderers, Brentford u Swindon Town fl-Ingilterra, Floriana u Valletta.

Sussegwentement sar kowċ fejn beda jħarreġ lit-tfal ta' sitt snin fl-iskola ta' Carmel Busuttil. F'Marzu tal-2007, huwa ngħaqad ma' Birkirkara bħala kowċ tal-ewwel tim,[1] u magħhom rebaħ it-Tazza Maltija tal-2008.

F'Lulju tal-2009, Buttigieg inħatar bħala kowċ għat-tim nazzjonali ta' Malta, wara li Dusan Fitzel kienet sfurzat biex jirriżenja minħabba problemi ta' saħħa, ħames xhur qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu. Flimkien ma' Carmel Busuttil bħala assistent, it-tnejn 'il huma iffirmaw kuntratt ta' ħames snin mal-assoċjazzjoni tal-futbol ta' Malta.[2] F'Ġunju tas-sena ta' wara huwa ngħata liċenzja tal-ikkowċjar professjonali mill-UEFA mill-iskola ta' Coverciano, fl-Italja.[3]

F'Ottubru tal-2011 Buttigieg tneħħa minn kowċ ta' Malta wara biss żewġ rebħiet f'21 logħba, it-tnejn f'logħbiet ta' ħbiberija, u punt wieħed mill-kwalifika tal-UEFA Euro 2012 kontra Ġeorġja.[4]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Buttigieg lagħab 97 darba mat-tim nazzjonali Malti, bid-debutt tiegħu iseħħ fit-23 ta' Mejju 1984, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1986 kontra l-Iżvezja (telfa ta' 4–0).[5]

L-aħħar logħba tiegħu kienet fit-telfa minima ta' 2–1 kontra l-Ingilterra f'Ġunju tas-sena 2000.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Valhmor Camilleri. (Ingliż) Buttigieg seeks improvement. Times of Malta, 31 ta' Lulju 2008
  2. ^ Domenic Aquilina. (Ingliż) Malta heroes replace Fitzel at helm. UEFA, 21 ta' Lulju 2009
  3. ^ (Taljan) Coverciano, si é concluso il master per allenatori di prima categoria. Settore Tecnico FIGC, 14 ta' Ġunju 2010. Aċċess tal-URL: 15 ta' Ġunju 2010.
  4. ^ (Ingliż) Malta fires national coach John Buttigieg. ESPN, 26 ta' Ottubru 2011
  5. ^ Logħbiet internazzjoni fuq RSSSF

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]