Shaun Bajada
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Shaun Pierre Bajada | ||
| Twelid | 19 ta' Ottubru 1983 Sannat, Għawdex, Malta | ||
| Tul | 1.75 m | ||
| Rwol | Midfilder, Difensur xellugi | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Victoria Hotspurs | ||
| Mixtliet | |||
| Floriana | |||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2000–2004 | Floriana | ||
| 2004–2007 | Marsaxlokk | ||
| 2007 | → Msida Saint-Joseph (self) | ||
| 2007–2012 | Birkirkara | ||
| 2012–2015 | Valletta | ||
| 2013 | → Sliema Wanderers (self) | ||
| 2015–2016 | Għajnsielem | ||
| 2016–2017 | Birkirkara | ||
| 2017–2018 | Għajnsielem | ||
| 2018–2020 | Xewkija Tigers | ||
| 2019–2020 | → Victoria Hotspurs (self) | ||
| 2020– | Victoria Hotspurs | ||
| Tim nazzjonali | |||
| Malta U21 | |||
| 2008–2014 | Malta | ||
Shaun Pierre Bajada (twieled fid-19 ta' Ottubru 1983) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Floriana
[immodifika | immodifika s-sors]Bħala tifel kien rebaħ bosta unuri fil-klabb raħħali tiegħu Sannat Lions, iżda huwa prodott ta' Floriana.
Shaun għamel id-debutt tiegħu ma' Floriana fl-istaġun 2000–01 tal-ppPremier League Malti]]. Matul il-karriera li tkopri erba' staġuni ma' Floriana, Shaun għamel 48 apparenzi u skorja tlett gowls.
Marsaxlokk
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-22 ta' Jannar 2005, Shaun issieħeb ma' Marsaxlokk. Bajada ffirma kuntratt ta' erba snin u nofs sena mal-klabb. Bajada kien l-ewwel iffirmar mis-suq lokali tax-xahar wara li l-klabb trasferixxi lil Etienne Barbara għal Birkirkara. Bajada wasal ma' żewġ barranin, il-Bulgaru Mitko Trendafilov u n-Niġerjan Michael Ochei.
Matul iż-żmien tiegħu ma Marsaxlokk, Shaun għamel 43 apparenzi u skorja sitt gowls.
Msida Saint-Joseph
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-25 ta' Jannar 2007, Peter Pullicino ssieħeb ma' Marsaxlokk mingħand Msida Saint-Joseph, bħala parti mill-ftehim, Shaun Bajada kien misluf lil Msida Saint-Joseph sa Lulju 2007.
Matul iż-żmien ma Msida, Bajada għamel 11-il apparenza u skorja gowl wieħed.
Birkirkara
[immodifika | immodifika s-sors]Wara t-tlestija tal-perjodu tas-self tiegħu ma' Msida Saint-Joseph, fil-5 ta' Awwissu 2007, Marsaxlokk u Birkirkara laħqu ftehim ta' tpartit, William Camenzuli ssieħeb ma' Marsaxlokk u Bajada ssieħeb ma' Birkirkara.
Shaun issetilja sew ma Birkirkara fejn hu għamel 116-il apparenza u skorja 16-il gowl.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Shaun irrapreżenta lil Malta fil-livell U21, U19, U18 u U16. F'Jannar 2008 Bajada kien magħżul bħala parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti u lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-2 ta' Frar 2008.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Profil fuq birkirkarafc.com
- Shaun Bajada fuq National-Football-Teams.com