Victoria Hotspurs FC
Dehra
![]() | |||
| Isem sħiħ | Victoria Hotspurs Football Club | ||
|---|---|---|---|
| Fundazzjoni | 1948 | ||
| Grawnd | Grawnd t'Għawdex, Xewkija | ||
| President | Dr. Anton Tabone | ||
| Kowċ | Mr. Oliver Spiteri | ||
| Kampjonat | Kampjonat Nazzjonali Dilettanti Maltija I | ||
|
| |||
Victoria Hotspurs Football Club huwa klabb tal-futbol Għawdxi mill-villaġġ tar-Rabat, Għawdex. Il-Klabb ġie fformat fl-1948. Il-klabb rebaħ rekord ta' 13-il titlu fl-Ewwel Diviżjoni Għawdxija, l-aħħar rebħa kienet fl-istaġun tal-2018–19. Fis-sena 2000, meta huma rebħu l-10 titlu tagħhom, huma saru l-ewwel klabb li ngħata l-Istilla tad-Deheb għall-Eċċellenza fl-isport.
Il-Klabb huwa popolarment magħruf mill-Għawdxin sempliċement bħala l-Hotspurs. Il-klabb huwa wieħed mit-timijiet li għandu numru kbir ta' partitarji fuq il-gżira. Il-Hotspurs għandhom diversi rivalitajiet, l-aktar mal-ġirien SK Victoria Wanderers. Din il-logħba hija magħrufa bħala d-Derby tar-Rabat. Avversarji oħra huma Għajnsielem FC u Nadur Youngsters.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Nazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Kampjonat Nazzjonali Dilettanti Maltija II: 1
- 2024-25
- National Amateur Cup: 1
- 2024-25
Għawdex
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Ewwel Diviżjoni ta' Għawdex: 13
- 1961–62, 1962–63, 1964–65, 1965–66, 1966–67, 1979–80, 1984–85, 1990–91, 1993–94, 1999–2000, 2009–10, 2017–18, 2018–19
- Tazza Għawdxija: 2
- 1996–97, 2018–19
- Super Cup Għawdxija: 9
- 1989–90, 1990–91, 1991–92, 1993–94, 1995–96, 1996–97, 1999–2000, 2009–10, 2018–19
- Knock Out tal-Premier: 1
- 1997–98
- It-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex: 3
- 1958–59, 2006–07, 2023–24
- Knock Out tat-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex: 2
- 2006–07, 2023–24
- Challenge League tat-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex: 1
- 2023–24
- Tazza tal-Libertà: 2
- 2007–08, 2009–2010
- Tazza tal-Indipendenza: 4
- 1964–65, 1997–98, 2008–09, 2009–2010
- Tazza tal-Millenju: 1
- 1999–2000
- Tazza Repubblika: 2
- 1980–81, 1996–97
- Tazza taċ-Ċivili tal-Kunsill: 1
- 1971–72
- Tazza Galea: 3
- 1948–49, 1962–63, 1968–69
- Tazza Esso: 3
- 1963–64, 1965–66, 1966–67
- Tazza Dingli: 1
- 1958–59
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Victoria Hotspurs FC fuq Transfermarkt.co.uk
