Aqbeż għall-kontentut

SK Victoria Wanderers

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
SK Victoria Wanderers
Isem sħiħ SK Victoria Wanderers
Fundazzjoni 1958
Grawnd Grawnd t'Għawdex, Xewkija
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni Għawdxija
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

SK Victoria Wanderers hu klabb tal-futbol Għawdxi mill-Belt kapitali ta' Victoria, Għawdex. Huma kienu mwaqqfa fl-1958 u matul l-istorja tal-klabb, huma rebħu l-Kampjonat Għawdxi darba biss matul l-istaġun 1978-79, bħala Victoria United

Il-klabb kien oriġinarjament fondat bħala Victoria City fl-1958 li bdew jilagħbu fit-Tieni Diviżjoni; il-belt tar-Rabat diġà kellha tradizzjoni twila fil-futbol Għawdxi permezz li diversi klabbs għadhom preżenti bħal Victoria Hotspurs.

Victoria għamlu l-ewwel pass tagħhom matul l-istaġun 1962-63 meta rebħu t-Tieni Diviżjoni, huma kienu promossi għal-ogħla livell tas-sistema tal-futbol tal-gżira. Isimhom ġie mibdul għal SK Wanderers fl-1963 għall-pass tagħhom għall-ogħla kampjonat.

Wara erba' staġuni fil-Ewwel Diviżjoni, il-klabb kienu barra mill-kampjonat għax kienu deferitii għal żewġ staġuni.[1] Wara dan, il-klabb gie mwaqqaf milil-gdid bhala Sabina United għall-istaġun ta' wara fit-Tieni Diviżjoni, fejn dawn irnexxielhom jiksbu promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni. Għat-tieni ritorn tagħhom għall-ogħla diviżjoni fl-1968, adottaw l-isem Victoria Wanderers, iżda kienu sfaw relegati.

Suċċess fil-Kampjonat

[immodifika | immodifika s-sors]

Din id-darba huma baqgħu għal żmien itwal fit-Tieni Diviżjoni, minn fejn eventwalment kisbu l-promozzjoni fl-istaġun 1973-74 bħala Victoria United, il-kampjonat kien ġie estiż minn sitt klabbs, għal hdax fi staġun. Madankollu, il-klabb kien għaddej minn żmien ta' ncertezzi,u kien diversi drabi fiż-żewġ divizjonijiet matul l-għaxar snin ta' wara. Sussegwentement, Victoria rebħu t-3 titolu tat-Tieni Diviżjoni fl-istaġun 1977-1978.

Victoria United kienu nkurunati ċ-ċampjins ta' Għawdex fil-istaġun 1978-79, sena biss wara li kienu rebħu t-Tieni Diviżjoni. Dan kien l-aktar titolu prestiġjużi li ġie mirbuħ mill-klabb sal-lum u l-unika darba li kienu fl-ogħla post tal-kampjonat Ghawdxi. Dan ma damx għall-klabb ghax malajr rebhu l-kampjonat tad-divizjoni nferjuri li fiha kienu regghu gew relegati għal darb'oħra, u dan kien ir-4 titolu ta' campjins tat-Tieni Diviżjoni.

Żminijiet riċenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul l-1991 l-isem tal-klabb inbidel lura għal dak li kien użat matul l-1960, jigifieri SK Victoria Wanderers, u fl-ewwel staġun taħt dak l-isem, il-klabb rebaħ it-Tieni Diviżjoni. Peress li rebaħ il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fl-istaġun '07/08, il-klabb għadu jilagħab kontinwament fi-Ewwel Diviżjoni minn dakinhar s'issa.

  • Tazza ESSO
    • Rebbieħa: 1964-1965
  • Tazza Galea
    • Rebbieħa: 1965-1966
  • Knock Out tat-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex: 1
    • Rebbieħa: 1977-1978, 2001-2002, 2002-2003, 2007-2008
  • Tazza tat-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex
    • Rebbieħa: 2006-2007, 2007-2008

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]