Tarxien Rainbows FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tarxien Rainbows FC
Isem sħiħ Tarxien Rainbows
Fundazzjoni 1944, bħala Little Rainbows
Grawnd Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali
President ?
Kowċ ?
Kampjonat ?
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Tarxien Rainbows Club hu klabb tal-futbol Malti bbażat f'Ħal Tarxien. It-tim attwalment jilgħab fil-Premier League, l-ogħla livell tal-futbol Malti.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb kien fundat bħala Little Rainbows fl-1944, u pparteċipaw fil-Premier League Malti għall-istaġun 2009-10. Il-klabb ġie promoss għall-aħjar diviżjoni wara li jpiċċaw bħala ċampjins fl-Ewwel Diviżjoni Maltija fl-2007-08. Fl-2008/09 il-klabb lesta l-istess punti ma' Ħamrun Spartans and Msida St. Joseph. Ħamrun kellha l-agħar punteġġ ta punti u sfaw relegati, filwaqt li Tarxien Rainbows rnexxielhom jevitaw relegazzjoni meta rebħu l-playoff kontra Msida St. Joseph. Fl-istaġun 2009–10 kien totalment differenti għar-Rainbows kif dawn irnexxielhom iqiegħdu l-5 post fil-klassifika u pproċedew għas-semifinali taż-żewġ kompetizzjonijiet domestiċi li l-klabb lagħab.

Fl-istaġun 2009–2010, Tarxien Rainbows spiċċaw il-5 fil-grupp taċ-championship fuq ir-rivali eterni Hibernians FC, fl-istaġun 2009–2010 Tarxien Rainbows rebħu d-derby tliet darbiet infila li kien għamlu staġun storiku. Kif ukoll, fl-istess staġun Tarxien laħqu s-semifinali tal-FA Trophy u Tazza tal-100 Anniversarju.

Fl-istaġun 2010–11 Tarxien Rainbows spiċċaw il-5 fil-grupp taċ-championship. Kien staġun tajjeb, kienu lestew l-ewwel rawnd fit-2 post. Huma kellhom 2 derbies x'jilagħbu għaliex l-eterni rivali Hibernians lestew fil-Grupp tar-relegazzjoni, 1 minnhom rebħhuwa, b'kollox rebħu 4 derbies f'sena imma tilfu waħda. Fl-istess staġun laħqu s-Semifinali tal-U*BET FA Trophy.Fl-istaġun 2011-12 Tarxien Rainbows evitaw ir-relegazzjoni sal-aħħar tal-istaġun.

Mill-parti ta 'partitarji Tarxien Rainbows għamel titjib enormi fl-appoġġ tagħhom wara li fetaħ it-Tarxien Rainbows Supporters Club (TRSC) fl-24 ta' Ġunju 2009. L-Ewwel kumitat kien magħmul minn 10 persuni : Mario Muscat (President), Aaron Caruana (Segretarju), Keith Darmanin (Teżorier), Kevin Bonavia (Viċi-President), Dillon Mercieca (Membru), Kenneth Bonavia (Membru), Mark mercieca (Membru), Marko Schembri (Membru), Nigel Gatt (Membru), Jason Cortis(Membru). Grupp ta 'partitarji li jappoġġjaw it-tim tagħhom f'kull logħba, fi żminijiet ħżiena u tajba. Huma jagħmlu bnadar u xi oġġetti oħra ta sapport u divertiment fil-grawnd. Minħabba dan l-attendenza kibret akbar sena wara sena u wara sentejn fil-Premier League dawn jistgħu jiġu sodisfatti b'xogħol li sar. Ċertament ikollhom affarijiet saħansitra akbar għall-futur.

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Carlo Mamo

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]