Aqbeż għall-kontentut

Brian Said

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Brian Said
Informazzjoni personali
Twelid15 ta' Mejju 1973 (1973-05-15) (51 sena)
Valletta, Malta
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliSt. Andrews
Karriera professjonali
SninKlabb
1989–1994St. Andrews
1994–1995Birkirkara (self)
1995–2001Floriana
2001–2008Sliema Wanderers
2008–2009Marsaxlokk
2009–2011Floriana
2011–2015St. Andrews
Tim nazzjonali
1996–2010Malta
Timijiet ikkowċjati
2019–St. Andrews

Brian Said (twieled fil-15 ta' Mejju 1973) huwa kowċ u eks-plejer tal-futbol Malti li attwalment jinsab fil-kariga ta' kowċ ta' St. Andrews.

Brian Said beda l-karriera tiegħu ma' St. Andrews, fejn iddebutta ta' tmintax-il sena bħala sostitut fil-konfront mitluf bl-iskor ta' 4–0 kontra Ħamrun Spartans tal-1 ta' Diċembru, 1991.[1] Said għamel 51 dehra ma' St. Andrews, fejn skorja f'għaxar okkażjonijiet.

Fl-istaġun 1994–95, Said ġie imsellef lil Birkirkara, fejn fi tmiem l-istaġun ingħaqad mat-tim tal-Floriana. Mat-tim Furjaniż hu stabilixxa ruħu bħala komponent importanti tat-tim, u l-prestazzjonijiet tajba tiegħu wasslu sabiex jiġi msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali. Brian qatta' sitt staġuni ta' suċċess mal-Floriana mill-1995 sal-2001, fejn għamel aktar minn 100 preżenza.

Fl-2001, Said issieħeb mat-tim ambizzjuż ta' Sliema Wanderers. Brian, li kien issa sar parti integrali mat-tim nazzjonali, ipproduċa prestazzjonijiet eċċellenti matul il-perjodu tiegħu ma' Sliema, u saħansitra kien inħatar ukoll kaptan tal-iskwadra, fejn ħa l-faxxa ta' kaptan minn id il-leġġendarju Slimiż Noel Turner. Matul seba' staġuni ta' suċċess bejn l-2001 u l-2008, Brian għamel 181 dehra għall-Wanderers, u skorja erbatax-il gowl.

F'Lulju tal-2008, kien ġie ikkonfermat li Marsaxlokk kisbu lil Brian Said minn Sliema Wanderers. Mal-klabb il-ġdid, Said lagħab għall-ewwel darba fl-24 ta' Awwissu, 2008, fl-ewwel partita tal-istaġun kontra t-tim promoss ta' Qormi, fejn iż-żewġ timijiet qasmu l-punti f'pari ta' 1–1.

Wara biss sena, fis-sajf tal-2009, b'Marsaxlokk relegati għall-Ewwel Diviżjoni minħabba li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, Said reġa' rritorna mal-klabb Furjaniż.[2] Fis-26 ta' Frar, 2011, fil-partita kontra Tarxien Rainbows (li ntemmet 5–1 favur il-Floriana) Brian Said kiser ir-rekord tal-plejer bl-iktar preżenzi fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Din kienet l-425 partita, logħba iktar mir-rekord miżmum minn Stefan Sultana u David Camilleri.[1]

Fis-sajf tal-2011, reġa' ngħaqad għat-tieni darba ma' St. Andrews, il-klabb li kien tefgħu fix-xena lokali tal-futbol.[3]

Karriera internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Mat-tim nazzjonali ta' Malta, Brian iddebutta kontra l-Iżlanda fl-14 ta' Awwissu, 1996, fejn minn dakinhar iffisa post regulari mal-iskwadra fil-qalba tad-difiża Maltija. L-ewwel gowl tiegħu man-nazzjonal wasal fir-Rothmans Cup kontra l-Estonja fir-rebħa ta' 5–2. Fost il-ħames gowls li skorja bil-flokk abjad u aħmar, jibqa' imfakkar dak kontra t-Turkija fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, fejn kien il-gowl li ta vantaġġ momentarju lill-Maltin. Il-partita spiċċat 2–2.

Sliema Wanderers
  1. ^ a b Moore, Jesmond. "Brian Said iIlum jikser ir-rekord ta' 425 partita fil-Kampjonat". L-Orizzont. Miġbur 2011-03-03.
  2. ^ "Said returns to Floriana" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-09-28. Miġbur 2011-03-03.
  3. ^ "Said rekindles Luxol love affair" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2011-07-31. Miġbur 2011-08-25.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]