Stefan Sultana
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 18 ta' Lulju 1968 Ħamrun, Malta | ||
| Tul | 1.80 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1983–1998 | Ħamrun Spartans | ||
| 1998–2002 | Hibernians | ||
| 2002–2009 | Ħamrun Spartans | ||
| 2010 | Xewkija Tigers | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1991–2000 | Malta | ||
Stefan Sultana (twieled fit-18 ta' Lulju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol, fejn barra li qatta' l-aqwa perjodu tal-karriera tiegħu mal-klabb ta' Ħamrun Spartans, hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar numru ta' gowls skurjati fil-Premier League Malti.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Stefan tela' fi ħdan is-settur taż-żgħażagħ ta' Ħamrun Spartans, il-klabb tal-lokal tiegħu, u ddebutta mat-tim tal-kbar fit-28 ta' April 1985 f'telfa ta' 4–0 kontra Marsa. Minn dakinhar mar biex skorja 197 gowl fil-kampjonat Malti f'karriera illustri ta' 25 sena. Kien eżattament nhar il-5 ta' Frar 2003 li Sultana irnexxielu jegħleb ir-rekord, li kien f'idejn Tony Nicholl, bil-gowl numru 174 tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 3–1 kontra Marsaxlokk. Wara li għal sentejn kien mal-klabb ta' Raħal Ġdid, Hibernians, qabel ma reġa' rritorna mal-Ħamrun, Stefan lagħab l-aħħar logħba tiegħu personali u mal-klabb Ħamruniż fit-3 ta' Mejju 2009, fit-telfa ta' 2–0 kontra Qormi.[1]
Wara l-irtirar
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li rtira mil-logħba tal-futbol huwa baqa' nvolut f'dan il-kamp hekk kif ħa ħsieb it-tim ta' taħt is-17-il sena tal-Ħamrun.[2] Nhar id-9 ta' Ottubru 2009, saret partita ta' testimonjanza ġewwa l-Victor Tedesco Stadium f'ġieħ is-servizzi tal-istess Stefan Sultana. Il-partita kienet tinvolvi selezzjoni tat-tim nazzjonali Malti u selezzjoni oħra tat-tim Ħamruniż, li Stefan lagħab magħhom. It-tim tal-Ħamrun rebħu 3–0 bi Stefan Sultana jiskorja gowl minnhom.[3] It-tim tal-iSpartans ħabbru li n-numru 11 milbus minn Sultana matul il-karriera tiegħu kien se jiġi rtirat.[4]
Lura fl-azzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]B'sorpriża kbira, Stefan Sultana issospenda l-irtirar tiegħu biex ingħaqad mal-klabb Għawdxi ta' Xewkija Tigers. Hu ffirma fil-15 ta' Marzu 2010, b'kuntratt sa tmiem l-istaġun. L-ewwel logħba mal-klabb mill-Ewwel Diviżjoni Għawdxija kienet fil-konfront mirbuħ bl-iskor ta' 2–0 kontra Għajnsielem.[5]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Sultana, wara li kien deher xi logħbiet mat-tim Malti ta' taħt il-21 sena, iddebutta mat-tim nazzjonali A Malti nhar is-7 ta' Mejju 1991 fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżlanda. Minn dakinhar irnexxielu jagħmel 33 dehra man-nazzjonal Malti fejn ħalla l-marka tiegħu għal erba' darbiet.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]| Klabb | Staġun | Preżenzi | Gowls |
|---|---|---|---|
| Ħamrun Spartans | 1983–84 | 6 | 0 |
| 1984–85 | 3 | 0 | |
| 1985–86 | 7 | 0 | |
| 1986–87 | 11 | 0 | |
| 1987–88 | 13 | 5 | |
| 1988–89 | 16 | 2 | |
| 1989–90 | 15 | 11 | |
| 1990–91 | 14 | 2 | |
| 1991–92 | 17 | 22 | |
| 1992–93 | 18 | 18 | |
| 1993–94 | 18 | 13 | |
| 1994–95 | 18 | 13 | |
| 1995–96 | 17 | 10 | |
| 1996–97 | 26 | 23 | |
| 1997–98 | 25 | 8 | |
| 1998–99 | 3 | 2 | |
| Total | 227 | 129 | |
| Hibernians | 1998–99 | 19 | 10 |
| 1999–00 | 22 | 6 | |
| 2000–01 | 27 | 9 | |
| 2001–02 | 1 | 0 | |
| Total | 69 | 25 | |
| Ħamrun Spartans | 2001–02 | 26 | 11 |
| 2002–03 | 24 | 11 | |
| 2003–04 | 24 | 6 | |
| 2004–05 | 0 | 0 | |
| 2005–06 | 17 | 5 | |
| 2007–08 | 21 | 8 | |
| 2008–09 | 20 | 2 | |
| Total | 132 | 43 | |
| Xewkija Tigers | 2009–10 | 2 | 0 |
| Total | 2 | 0 | |
| Total tal-karriera | 430 | 197 | |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Ħamrun Spartans
- Premier League Malti: 1986–87, 1987–88, 1990–91
- U*Bet FA Trophy: 1983, 1984, 1987, 1988, 1989, 1992
- Individwali
- L-aqwa skorer tal-kampjonat: 1991–92
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Camilleri, Valhmor (2009-05-04). "Qormi retain status, Ħamrun doomed" (bl-Ingliż). Times of Malta.
- ↑ Aquilina, Domenic (2009-10-08). "Sultana prepares for final farewell" (bl-Ingliż). UEFA.
- ↑ "L-aħħar tislima lill-futbol għal Stefan Sultana". MaltaRightNow.com. 2009-10-10.
- ↑ "Sultana testimonial at Tedesco Stadium" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-10-10.
- ↑ Grima, Joseph (2010-03-21). "5-star performance by the Tigers!" (bl-Ingliż). Xewkija Tigers FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Stefan Sultana fuq National-Football-Teams.com