Ħamrun
| Ħamrun | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
|
| |||
|
| |||
| Amministrazzjoni | |||
| Stat sovran | Malta | ||
| Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tan-Nofsinnhar | ||
| Kap tal-Gvern |
Q133891852 | ||
| Kodiċi postali |
HMR | ||
| Ġeografija | |||
| Koordinati | 35°53′10″N 14°29′22″E / 35.8861°N 14.4894°EKoordinati: 35°53′10″N 14°29′22″E / 35.8861°N 14.4894°E | ||
|
| |||
| Superfiċjenti | 11 kilometru kwadru | ||
| Għoli | 40 m | ||
| Fruntieri ma' | Marsa, Ħal Qormi, Santa Venera, Furjanau Tal-Pietà | ||
| Demografija | |||
| Popolazzjoni | 9,244 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
| Informazzjoni oħra | |||
| Kodiċi tat-telefon |
21u 22 | ||
| Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
| bliet ġemellati |
Carpineto Romano (en) | ||
| il-hamrun.com | |||
| Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Ħamrun hi lokalità mdaqqsa fiż-żona magħrufa bħala "ta' barra il-Port". Il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet diġa kbira hafna meta sar l-ewwel ċensiment fl-1931, meta kienet tlahhaq il-21,580. Il-popolazzjoni lahqet il-quċċata tagħha wara t-Tieni Gwerra Dinjija fil-1948, dik ta` 27,124. Minn dak iż-żmien il'hawn in-nies bdiet ħierga mill-Ħamrun b'rata sostanzjali sal-2005 il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet niżlet għal 10,859. Il-popolazzjoni imbagħaq baqgħet stabbli tant li l-aħħar stima tas-sena 2024 tpoġġi l-popolazzjoni tal-lokalità bħala 11,988.[1]
Il-laqam tan-nies tal-lokal hu dak Tas-Sikkina; din hija lokalità b'attività kummerċjali elevata ħafna, rinomat għall-ħwienet tal-għamara u tal-ħwejjeġ. Hawnhekk twieled ukoll il-poeta Mario Azzopardi, hi l-lokalità tal-President Emeritu Guido de Marco u għal ħafna snin għex il-qaddis Malti San Ġorġ Preca li kien iqaddes il-quddies fil-knisja ta' San Gejtanu. Il-Ħamrun ghandu wkoll it-tim tal-futbol, 'Ħamrun Spartans'. Fl-istaġun 2007-08 beda jilgħab fil-Premier League Malti, wara li rebaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-2006-07.
Il-Parroċċi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Ħamrun huwa maqsum f'żewg parroċċi. L-ikbar u l-eqdem hija dik ta` San Gejtanu, mwaqqfa fl-1875. Fl-1968 giet imwaqqfa wkoll il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn il-parroċċi għandhom fi ħdanhom diversi attivitajiet u għaqdiet. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni giet introdotta għall-ewwel darba f'Malta il-Mixja Neokatekumenali, mnejn xterdet ghal 26 parroċċa ohra. Fil-Ħamrun hemm madwar tlettax-il komunità Neokatekumenali f'żewġ parroċċi,dik tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta' San Gejtanu.
Tagħlim
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Ħamrun u l-madwar huma magħrufin bħala ċentru ta` edukazzjoni fejn hemm numru kbir ta skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji, vokazzjonali, privati u tal-Knisja.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Migliore, Sharon (2025-07-10). "World Population Day: 11 July 2025" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-19.