Ħal Qormi
![]() |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ħal Qormi huwa wieħed mill-ibliet mportanti ġewwa Malta li minnu ħarġu diversi bliet oħra fosthom il-Belt Valletta, il-belt kapitali ta' Malta. Ħal Qormi hu post bi storja kbira u għani bil-bosta, li għadna ngawduh sal-lum. Din il-belt mibnija bejn żewġ widien kbar, Wied il-Kbir u Wied is-Sewda. Din il-belt tinsab lejn iċ-ċentru tal-gżira Maltija u hija mibnija pjuttost fil-baxx bħalma jixhed il-motto tagħha "Nogħla mill-baxx". Ħal Qormi huwa magħruf bħala Ħal Fornaro, titlu li ġej minn żmien il-kavallieri li jixhed kif kienet magħrufa għall-ħobz li kien jinħema ġo bosta fran li wieħed isib f'din il-belt, u sal-llum għadha magħrufa għall-ħobz.
L-arma ta' din il-belt hi meħuda minn dik tal-Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca, tarka bil-qiegħ tal-fidda u b'ħames nofs qmura jħarsu 'l fuq mqegħdin 2, 1 u 2. Fuq din l-arma hemm kuruna b'forma ta' sur, b'erba' gardjoli u bieb ta' l-attakk fin-nofs, kulur id-deheb. Il-Qriema kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mir-raba', mit-tagħsir tal-għeneb għall-inbid, mill-ħami tal-ħobż kif ukoll mill-qtil u l-bejgħ tal-annimali.