Aqbeż għall-kontentut

L-Iklin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Iklin
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tal-Lvant
Ġeografija
Koordinati 35°54′15″N 14°27′16″E / 35.9042°N 14.4544°E / 35.9042; 14.4544Koordinati: 35°54′15″N 14°27′16″E / 35.9042°N 14.4544°E / 35.9042; 14.4544
L-Iklin is located in Malta
L-Iklin
L-Iklin
L-Iklin (Malta)
Superfiċjenti 1.7 kilometru kwadru
Għoli 112 m
Demografija
Popolazzjoni 3,130 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1954
iklin.gov.mt

L-Iklin huwa raħal fir-Reġjun Ċentrali ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 3,247 ruħ fl-2021.[1]

Fl-1967, instab tempju Neolitiku fil-villaġġ.

L-Iklin ġie stabbilit f'nofs is-seklu 20 iżda siti arkeoloġiċi u kappella Medjevali, il-Kappella San Mikiel, juru li dan il-villaġġ għandu storja ferm eqdem minn dak li forsi jidher mal-ewwel daqqa t'għajn. Sa ftit żmien ilu, dan ir-raħal kien jifforma parti minn Ħal-Lija. Viċin insibu l-irħula ta' Għargħur, San Ġwann, Birkirkara, Balzan, Lija u Naxxar.

L-Iklin huwa maqsum f'żoni żgħar bħall-Iklin fuq il-bypass ta' Birkirkara u l-Iklin ta' Fuq. Id-djar tal-Iklin t'Isfel huma mibnija maġenb xulxin, u jikkonsistu f'vilel u maisonettes, iżda reċentement ġew mibnija wkoll xi appartamenti. Fl-Iklin ta' Fuq insibu art fuq għoljiet qrib in-Naxxar. Iż-żewġ naħat għandhom inkomuni d-disinn strutturali tal-lokal u jgawdu minn ambjent kwiet u sabiħ biex wieħed jgħix fih.

L-isem Iklin ġej mill-ħaxixa Rosmarinus Officinalis, magħruf bħala l-Iklin bil-Malti.[2] Il-wied li fih kienu jikbru dawn il-ħwawar issa nbena.[3]L-Istemma araldika turi tarka fuq sfond blu b'San Mikiel fiċ-ċentru u s-sitt ward ta' L-Iklin madwaru.

Sit Megalitiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Sit megalitiku, x'aktarx fdalijiet ta' tempju, ġie skopert fl-1967 minn grupp ta' żgħażagħ ta' Din l-Art Ħelwa mill-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Sfortunatament, dan is-sit qatt ma ġie mistħarreġ jew studjat serjament. It-tieni sit megalitiku ġie studjat fl-1986 waqt xogħlijiet fuq il-Birkirkara By-Pass, fiż-żona magħrufa bħala Tar-Raddiena. Żewġ megalitiċi kbar u ftit oħrajn iżgħar għadhom jidhru (għalkemm spiss injorati) f'din it-triq. Il-fdalijiet kienu datati ghal Żmien il-Bronż permezz ta' biċċiet tal-fuħħar misjuba waqt it-tħaffir. Il-pedamenti ta Villa Rumana ġew skavati fl-1975 meta dawn instabu waqt li kien qed isir xi xogħol ta' kostruzzjoni. Is-sit kellu Importanza storika unika iżda nqered ftit wara li nstab meta pproċeda l-iżvilupp tal-proprjetà biex tinbena djar.[4] Jistgħu jinstabu diversi referenzi relatati ma' dawn is-siti preistoriċi f'dokumenti miktuba mill-arkeoloġista Malti, Anthony Bonanno. [5]Huwa ġeneralment maħsub li aktar fdalijiet għad iridu jinstabu f'din iż-żona u il-madwar.[6]

Kappella l-qadima

[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-seklu 15, inbniet kappella ddedikata lil San Mikiel fil-post li llum nagħfuh bħala l-Iklin. Pietro Dusina żar il-kappella matul iż-Żjara Appostolika tiegħu fl-1575, u ddeskriviha bħala binja li tinsab fi stat ħażin. Il-kappella reġgħet inbniet fl-1615 minn Gilormu Agius. Illum hija miftuħa darba fis-sena għall-festa ta' San Mikiel, li tiġi ċċelebrata l-Ħadd qabel id-29 ta' Settembru. Din tiġi orġanizzata mill-grupp tal-logħob tan-nar ta' Ħal-Lija. [1][7]L-ewwel dar residenzjali mibnija apposta f'Iklin kienet Dar il-Lewża, li nbniet fl-1954. Din sofriet impatt strutturali serju kif deskritt fl-2012, u twaqqgħet fl-2018. Numru ta' vilel inbnew fis-sittinijiet u fil-bidu tas-sebgħinijiet, u l-iżvilupp żdied b'mod mgħaġġel bejn l-aħħar tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.[8]

Żona Pastorali u Parroċċa

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-15 ta' Awwissu 1995, il-Kanonku Karm Aquilina nħatar mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala responsabbli mill-parroċċa taż-żona tal-Iklin, bil-mandat li jibni Ċentru Pastorali ġdid.Fis-16 ta' Gunju 2000 sar it-Tberik u t-Tqegħid tal-ewwel ġebla ta' dan iċ-Ċentru ġdid mill-Arċisqof Mons. Gużeppi Mercieca. Fid-19 ta' Marzu 2002, l-istess Arċisqof fetaħ uffiċjalment dan iċ-Ċentru li jikkonsisti fi knisja mdaqqsa, kmamar ghat-tagħlim tad-duttrina, sala ghal laqgħat ta' kull xorta, ċentru għaż-żgħażagħ u l-uffiċċju parrokkjali. Fil-15 ta' Frar 2003 l-Iklin ġie ddikjarat Żona Pastorali Awtonoma bil-fakultajiet u l-obbligi kollha ta' Parroċċa. Dakinhar il-Kanonku Karm Aquilina ħa r-riedni f'idejh bħala Rettur taz-Zona, bl-obbligi kollha ta' Kappillan. Fid-19 ta' Marzu 2005, l-Iklin ġie ddikjarat Parroċċa taħt it-titlu tal-Familja Mqaddsa u l-Kanonku Karm Aquilina nħatar l-ewwel Kappillan tal-komunità tal-Iklin.[9]

Knisja Parrokkjali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Knisja Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa, li tinsab f'Pjazza Ninu Cremona, isservi bħala l-knisja ewlenija f'din il-lokalità żgħira.[10] . Jekk trid iżżur din il-knisja b'mod virtwali għafas hawn.[2]

Kunsill Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]

Iklin kellu l-ewwel kunsill lokali fl-1994.

Il-Kunsill Lokali ta' l-Iklin huwa magħmul minn[11]:

Sindku: Dr Dorian Sciberras LL.D

Vici Sindku: Mrs Yvonne Bartolo

Kunsilliera:  Ms Bernice Farrugia

                    Mr Emanuel Zammit

                    Mr Godwin Catania

Segretarju: Mr Etienne Montfort

Il-Lija/Iklin Football Nursery qed tikseb popolarita fix-xena sportiva lokali. Inawgurata fl-2002, din l-assoċjazzjoni kienet ko-fundata minn Lija u Iklin bħala nursery ta' taħriġ biex eventwalment jittrawmu plejers b'talent li jibdew jilghabu mal-Lija Athletic Football Club. [12] Il-ħtieġa għal faċilitajiet sportivi tkompli tinħass f'din il-lokalità.[13]

Siti Mportanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Kunsill Lokali Iklin

  1. ^ address11, Iklin Contact infoWant to contact the Administration of Iklin? Here are all the details of Iklin available below Iklin Postal; Villages, Three; certificate, Iklin Death. "Iklin, Malta, Malta - City, Town and Village of the world". en.db-city.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-28.
  2. ^ Aquilina, Guze (1989). "L-ilsien Malti : dokument ta' l-Istorja" (bil-Malti). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  3. ^ Caruana, Joseph (2011). "Toponomi t'Ghajnsielem 1" (bil-Malti). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  4. ^ Sagona, Claudia (2015-08-25). The Archaeology of Malta. Cambridge University Press.
  5. ^ Bonanno, Anthony (1981). "Two archaeological sites recently discovered at l-Iklin" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  6. ^ "Iklin Megaliths". www.oocities.org. Miġbur 2021-07-30.
  7. ^ "Malta-Canada.com is for sale". HugeDomains (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-30.
  8. ^ "Local Councils - L-Iklin - Home". web.archive.org. 2014-09-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-09-24. Miġbur 2021-07-30.
  9. ^ "L-Iklin" (bil-Malti). Miġbur 2021-07-30.
  10. ^ "Home". Parrocca Familja Mqaddsa Iklin (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-30.
  11. ^ "Mayor and Councillors". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-30. Miġbur 2021-07-30.
  12. ^ "Lija Iklin Football Academy, LIJA ATHLETIC Sports Complex R. Mifsud Bonnici Street,, Ħal Lija (2021)". www.findglocal.com. Miġbur 2021-07-30.
  13. ^ "Iklin football ground still an unrealised dream". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-30.