Din l-Art Ħelwa
Din l-Art Ħelwa hija organizzazzjoni non-governattiva volontarja mingħajr fini ta' profitt li twaqqfet fl-1965 biex tħares il-patrimonju kulturali u l-ambjent naturali ta' Malta. Mit-twaqqif tagħha, Din l-Art Ħelwa irrestawrat bosta siti kulturali ta' importanza storika u ambjentali. L-organizzazzjoni tippromwovi l-preservazzjoni u l-ħarsien ta' bini u monumenti storiċi, il-karattru tal-bliet u l-irħula Maltin u postijiet ta' sbuħija naturali u ta' importanza. Tħeġġeġ biex jiġu rispettati l-liġijiet eżistenti u biex isiru liġijiet ġodda għall-ħarsien tal-patrimonju Malti kemm fil-bini u kemm fin-natura.
Proprjetajiet
[immodifika | immodifika s-sors]Din l-Art Ħelwa tieħu ħsieb dawn il-proprjetajiet f'Malta:
- Foresta 2000, il-Mellieħa
- It-Torri ta' Wignacourt, San Pawl il-Baħar
- It-Torri ta' Qalet Marku, Baħar ic-Ċagħaq
- Ġnien il-Mistrieħ, il-Furjana
- It-Torri ta' Mamo, Wied il-Għajn
- It-Torri tal-Għallis, Is-Salina
- It-Torri ta' Sant'Agata (It-Torri l-Aħmar), il-Mellieħa
- Il-Lanterna ta' Delimara, Delimara
- Il-Kappella tal-Lunzjata, iż-Żurrieq
- Il-Kappella ta' San Ġwann l-Evanġelista, iż-Żurrieq
- Il-Kappella ta' Santu Rokku, Ħaż-Żebbuġ
- Il-Kappella ta' Santa Marija, Bir Miftuħ
Din l-Art Ħelwa tieħu ħsieb dawn il-proprjetajiet f'Għawdex:
Din l-Art Ħelwa tieħu ħsieb dawn il-proprjetajiet f'Kemmuna: