Marsa FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Marsa FC
Isem sħiħ Marsa Football Club
Fundazzjoni 1920, bħala Marsa United
Grawnd Grawnd St. John Athletic, Marsa
Kampjonat Tielet Diviżjoni Maltija
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Marsa Football Club hu klabb tal-futbol Malti mil-lokalità tal-Marsa, li bħalissa jilgħab fit-Tieni Diviżjoni. It-tim lagħab fit-Tazza UEFA matul l-istaġun 1971-72[1] u lagħab diversi staġuni fil-Premier League Malti.[2]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Marsa għandha storja kbira tal-futbol Malti, kellha ħafna plejers tajbin li kienu iħobbu lil klabb tal-Marsa. Il-klabb kien fondat fl-1920 taħt l-isem ta Marsa United. Fl-1947 il-klabb tal-Marsa bidel ismu għall-Marsa Football Club. Il-President tal-klabb kien Barbaro Markiz, is-Segretarju:Joseph Ġoġġi, it-Teżorier:Gejtu Saliba u l-Kowc:Henry Azzopardi, dawn kienu l-membri tal-futbol fil-Marsa.

Il-Marsa għamlu l-ewwel debutt fil-kampjonat tagħhom f'Jannar 1920. Il-klabbs li l-Marsa kienu qiegħdin jikkompetu magħhom kienu : Valletta United, Cottonera FC, Paola United, Sliema Wanderers FC, Ħamrun Spartans FC u Floriana. St. Georges ma ħadux sehem minħabba l-problemi tal-flus. L-ewwel logħba kompetittiva tal-Marsa kienet kontra Paola United li ntemmet 4-0 favur il-Marsa. Fil-Cousis Shield, il-Marsa waslu fis-semi finali meta ltaqaw ma Sliema. Meta ntemmet l-ewwel taqsima, il-Marsa kellom vantaġġ ta' 3 gowls iżda fit-tieni taqsima, Sliema ħarġu bi grinta kbira u skurjaw 4 gowls u l-Marsa nqalaw mill-kompetizjoni bi żvintura.

Fl-istaġun 2012–13, Marsa spiċċaw ir-raba' fit-Tielet Diviżjoni u b'hekk ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni flimkien maċ-ċampjins Senglea Athletic, Mdina Knights u Marsaskala.

Marsa kontra Juventus.

Marsa kontra Juventus[immodifika | immodifika s-sors]

L-akbar kisba tal-Marsa kienet fl-istaġun 1970-1971. Il-Marsa kienu ġew it-2 post mil-kampjonat taħt Sliema. Il-Marsa ikkompetit fil-UEFA Ewropa League u ltaqaw ma' Juventus. Fil-Grawnd tal-Gzira, il-Marsa tilfu 0-6 u F'Turin, fil-Comunale Stadio, tilfu 0-5.

Il-Grawnd tal-Marsa (7 a-side)

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Graham Bencini

UEFA Cup[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Round Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1970-71 UEFA Cup 1. Round tal-kwalifikazzjoni Italja Juventus 0–6 0–5 0–11

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Ross, James M. (2015-06-04). "UEFA Cup 1971-72" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2013-07-30.
  2. ^ "Malta - List of Final Tables" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2013-07-30.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]