Tony Nicholl

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Tony Nicholl (Tas-Sliema, 1 ta' Jannar 191611 ta' Marzu 1999) kien plejer tal-futbol Malti li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa li qatt dehru fix-xena Maltija.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Ta' disa' snin beda jilgħab fit-tim tal-iskola primarja ta' Tas-Sliema bħala gowlkiper, pożizzjoni li ma tantx irnexxielu jagħmel tant suċċess fiha. Meta ngħaqad mat-tim ta' Sliema Rovers, li kienu iddeċidew li jtuħ ċans li juri t-talent tiegħu, Tony Nicholl sab il-pożizzjoni ideali tiegħu, dik ta' attakkant.

L-era tal-Wanderers[immodifika | immodifika s-sors]

Mal-ewwel ftit suċċess li beda jagħmel mar-Rovers mill-ewwel beda jolqot l-għajn tat-tim l-iktar famuż ta' Tas-Sliema, is-Sliema Wanderers, li kisbu l-firma tal-plejer fl-1932. Mal-Wanderers għamel suċċess kbir u sploda bħala wieħed mill-aqwa skorers letali li qatt eżistew. B'kollox magħhom skorja total impressjonanti ta' 260 gowl f'291 logħba. Dawk kienu żmenijiet sbieħ għall-futbol Malti fejn in-nies kienu jinġabru fil-Gżira Stadium biex jaraw il-logħob tal-kampjonat u Tony Nicholl kien wiehed mill-istilel li kienu jiġu mfaħħra. Nicholl kien attakant b'saħħtu u kuraġġjuż hekk kif ma kienx jibża' mill-kuntrasti u kien skorer implakabbli.

Mal-Wanderers rebaħ għal tmien darbiet it-titlu personali tal-aqwa skorer, fosthom erba' snin infila. Mal-Wanderers rebaħ 9 kampjonati nazzjonali, 8 tazez, 7 Cassar Cups u 6 Scicluna Cups.

Nicholl qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-Wanderers ħlief għal żewġ staġuni separati li hu qatta' mat-tim Belti ta' Valletta fl-1943–44 u 1946–47.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Malta Sliema Wanderers

  • Premier League Malti: 1932–33, 1933–34, 1935–36, 1937–38, 1938–39, 1939–40, 1953–54, 1955–56, 1956–57
  • Tazza ta' Malta: 1934–35, 1935–36, 1936–37, 1939–40, 1947–48, 1950–51, 1951–52, 1955–56
  • Tazza Cassar: 1933–34, 1934–35, 1937–38, 1938–39, 1945–46, 1955–56, 1956–57
  • Tazza Scicluna: 1949–50, 1950–51, 1953–54, 1954–55, 1955–56, 1956–57

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Plejer tas-Sena tal-MFA: 1955–56
  • L-Aqwa Skorer tal-Kampjonat: 1934–35 (11-il gowl), 1937–38 (5 gowls), 1938–39 (8 gowls), 1939–40 (18-il gowl), 1944–45 (6 gowls), 1945–46 (22 gowl), 1948–49 (11-il gowl), 1953–54 (12-il gowl)

Aqra aktar[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-pubblikazzjoni "Seklu ta' Kisbiet" li tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif tal-klabb Slimiż, b'artiklu fuq Tony Nicholl[1]