Stat ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stat ta' Malta
State of Malta
Bandiera Emblema
1964-1974
Mappa ta' Malta
Kapitali Valletta
Lingwi Malti
Ingliż
Gvern Monarkija kostituzzjonali
Reġina:
Eliżabetta II
Gvernatur-Ġenerali:
Maurice Henry Dorman (1964-1971)
Anthony Mamo (1971-1974)
Prim Ministru:
Ġorġ Borg Olivier (1964-1971)
Dom Mintoff (1971-1974)
Munita Lira Sterlina (1964-1972)
Lira Maltija (1972-1974)
Preċedut minn Kolonja ta' Malta
21 ta' Settembru 1964
Suċċedut minn Repubblika ta' Malta
13 ta' Diċembru 1974

L-Istat ta' Malta kien l-istat li kien jiggverna lil Malta bejn l-indipendenza fl-1964 sa meta saret repubblika fl-1974. Meta l-ħakma Ingliża ntemmet fil-21 ta' Settembru 1964, ir-Reġina Eliżabetta II xorta baqgħet il-kap tal-istat ta' Malta, iżda f'Malta kellha t-titolu ta' Reġina ta' Malta flok Reġina tal-Gran Brittanja. Hi kienet irrappreżentata mill-Gvernatur Ġenerali ta' Malta. L-ewwel wieħed kien Maurice Henry Dorman, li kien l-aħħar Gvernatur ta' Malta. Fl-1971, Anthony Mamo sar Gvernatur Ġenerali flok Dorman u meta Malta saret repubblika, Mamo sar l-ewwel President ta' Malta.

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]