Kemmunett
| Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Parti minn | Malta, Gżejjer Maltin |
|---|---|
| Pajjiż | Malta |
| Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Għajnsielem |
| Located in time zone | UTC+1 |
| Post | Sqallija |
| Located in or next to body of water | Baħar Mediterran |
| Located in/on physical feature | Gżejjer Maltin |
| Koordinati | 36°0′48″N 14°19′11″E |

Kemmunett hija gżira inabitata li tinsab fir-reġjun tal-Mediterran, u tagħmel parti mill-kosta tat-Tramuntana ta' Malta. Din il-gżira ċkejkna tkopri żona ta' 0.25 kilometru kwadru u tinsab xi 100 metru lejn il-Majjistral 'il bogħod minn Kemmuna. Bejn Kemmuna u Kemmunett wieħed jista' jsib il-baħar ċar u trasparenti ta' Bejn il-Kmiemen (spiss imsejjaħ 'Blue Lagoon' kemm mill-Maltin u kemm mit-turisti). Bosta kienu dawk li ħadu xi ritratt ta' Bejn il-Kmiemen, il-post speċjali fejn irnexxielha tisboq in-natura li biha huma mogħnijin il-gżejjer Maltin.
Bajja pittoreska li tikkonsisti minn bażi ta' ramel bajdani u li hija sinjura bil-ħajja akkwatika, tant apprezzata mill-għaddasa u mill-għawwiema. Bajjiet oħra fuq il-gżira ta' Kemmuna jinkludu r-Ramla ta' Santa Marija u l-Bajja ta' San Niklaw.