Filfla

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Il-gżejra iżolata ta' Filfla li tinsab lejn in-Nofsinhar estrem tal-Arċipelagu Malti

Filfla hija gżejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi 5 kilometri 'l bogħod mill-kosta ta' Malta, u tinsab lejn in-nofsinhar estrem tal-arċipelagu Malti. Filfoletta hija gżira ferm iżgħar u tinsab xi 100 metru lejn l-ilbiċ ta' Filfla. Huwa maħsub li l-isem ta' din il-gżira hekk ċkejkna huwa derivat mill-kelma Għarbija filfel.

Ambjent[immodifika | immodifika s-sors]

Il-gżira ta' Filfla tkopri ż-żona ta' 6 ettari biss, u tista' tiġi deskritta bħala pjanura tal-Franka mdawra minn irdumijiet li jlaħħqu mas-60 metru għoli, Gżira li qiegħda kontinwament tittiekel mill-elementi tan-natura. Tliet speċi ta' għasafar tal-baħar jgħixu fuq din il-gżejra, dawn huma: il-kangu tal-Ewropa (huwa stmat li hemm bejn il-ħamest elef u t-tmint elef par), ix-Shearwater Cory (xi mitejn par) u l-gawwija ta' saqajha sofor (xi 130 par). Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-assoċjazzjoni internazzjonali Bird-Life, prinċipalment minħabba l-kolonja dominanti tal-kangu tal-Ewropa. Il-Podarcis filfolensis hija tip ta' gremxula li titla' mal-ħitan u l-bebbuxu tal-bibien (Lampedusa imitatrix gattoi) huma speċi endemiċi li jabitaw il-gżejra ta' Filfla. Il-kurrat kbir u salvaġġ jista' jikber sa żewġ metri għoli, dan huwa possibbli wkoll. L-aċċess għall-Filfla huwa possibbli għal għanijiet edukattivi u xjentifiċi biss u l-viżitaturi jridu jattribwixxu l-permess speċjali mill-ministeru li huwa responsabbli mill-ambjent.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Fuq il-kosta Maltija, faċċata ta' Filfa, wieħed jista' jilmaħ is-siti arkeoloġiċi ta' Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, it-Torri tal-Ħamrija (wieħed mit-13-il torri tal-għassa li l-Gran Mastru Martin de Redin kien bena madwar ix-xtajtiet ta' Malta sabiex iservu ta' allarm kontra l-għadu) u l-memorja ta' Walter Norris Congreve, wieħed mill-gvernaturi Ingliżi ta' Malta, li kien midfun taħt il-baħar fil-kanal ta' bejn Filfa u Malta.

L-uniku bini permanenti li kien jeżisti fuq din il-gżira ċkejkna kien il-kappella mibnija ġewwa għar fl-1343, li sfat distrutta flimkien mal-għarqa ta' parti mill-gżira nfisha permezz ta' terremot li laqat il-gżejjer Maltin fl-1856. Matul il-ħakma Ingliża, il-forzi navali u arjali tal-Ingilterra użaw l-gżira ta' Filfla bħala bersall ta' prattika sabiex ikunu ppreparati meta jaffrontaw lill-assi. Dan l-użu waqaf fl-1971. Filfla saret irrikonoxxuta bħala riserva naturali għall-għasafar fl-1980, il-liġi li ttrasferiet lil Filfla f'riserva naturali daħlet fis-seħħ fl-1988, liġi essenzjali li elevat ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-użu tat-territorju, inkluż kien hemm il-projbizzjoni tas-sajd minn mil nawtiku 'l ġewwa madwar il-gżira sabiex jiġu assigurati l-ħajjiet tas-sajjieda għaliex seta' kien hemm xi materjal splussiv li kien għadu ma splodiex.