Aqbeż għall-kontentut

Martin de Redin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Martin de Redin
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1657 - 1660
Giovanni Paolo Lascaris - Annet de Clermont-Gessan
Kaptan-Ġeneral tal-Galizja


Viċi Re ta' Sqallija

Ħajja
Twelid Pamplona (en) Translate, 23 Ottubru 1590
Nazzjonalità Spanja
Mewt Valletta, 6 Frar 1660
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied

Martin de Redin (Pamplona, 1579 – Malta, 6 ta' Frar 1660) kien figura militari u politika Spanjola, u t-58 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta. Sar Gran Pirjol tal-Ordni ta' Malta ta' Navarra fl-1641, u Viċirè ta' Sqallija fl-1656.

Ġie elett Gran Mastru tal-Kavallieri Ospitaljieri fl-1657 wara l-mewt ta' Giovanni Paolo Lascaris. Matul il-ħakma tiegħu, huwa kkummissjona l-bini ta' 13-il torri tal-għassa magħrufa bħala ta' de Redin, madwar il-kosta ta' Malta. Dawn it-torrijiet ħolqu linja ta' komunikazzjoni madwar il-gżira biex jagħtu twissija dwar l-avviċinament tal-kursara u l-pirati.

De Redin ħoloq ukoll korp ta' 4,000 muskettier, u ġab ikel u provvisti minn Sqallija meta Malta sofriet nuqqas matul ir-renju tiegħu.

It-Torri ta' San Mark, wieħed mit-torrijiet De Redin

Huwa miet f'Malta fis-6 ta' Frar 1660 u jinstab midfun fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Giovanni Paolo Lascaris
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1657–1660

Suċċessur
Annet de Clermont-Gessant