Giovanni Paolo Lascaris
Giovanni Paolo Lascaris | |||||
---|---|---|---|---|---|
Ġunju 1636 - 14 Awwissu 1657 ← Antoine de Paule - Martin de Redin →
24 Novembru 1634 - | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Castellar, 28 Ġunju 1560 | ||||
Nazzjonalità | Franza | ||||
Mewt | Malta, 14 Awwissu 1657 | ||||
Tribù | Lascaris | ||||
Edukazzjoni | |||||
Lingwi | Franċiż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Giovanni Paolo Lascaris di Ventimiglia e Castellar (Malti: Laskri ) (28 June 1560 – 14 ta' Awwissu 1657) kien nobbli Taljan u Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Lascaris twieled fit-28 ta' Ġunju 1560, it-tieni iben ta' Giannetto Lascaris u martu Franceschetta di Agostino Lascaris tal-familja antika tal-Konti ta' Ventimiglia, relatati mal- familja Lascaris li kienu imperaturi tal-Imperu Niċejan Biżantin .
Fl-1584, daħal fl-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm. Bħala membru tal-ordni għex għal aktar minn tletin sena f'diversi monasteri u kien responsabbli għal firxa ta' funzjonijiet monastiċi. Huwa ngħata l-inkarigu għall-provvisti tal-qamħ tal-ordni u aktar tard, fl-1615, il-fran tal-ordni madwar il-gżira. Huwa ġab ruħu sew u ġie promoss għal kaptan tal-ħabs ta' Sant'Antnin.
Fl-1632 intbagħat bħala ambaxxatur għar-Renju ta' Spanja.
Mal-mewt tal-Gran Mastru Antoine de Paule, kien hemm tliet kandidati għall-elezzjoni bħala Gran Mastru; Lascaris, Signorino Gattinara (li ftit huwa magħruf dwaru) u Martin de Redin. L-Inkwiżitur Fabio Chigi (aktar tard il-Papa Alessandru VII) attenda bħala rappreżentant tal-Papa Urbanu VIII. Peress li m'irnexxilux jassigura biżżejjed voti għall-elezzjoni tiegħu stess, de Redin ħeġġeġ lill-partitarji tiegħu biex jappoġġjaw lil Lascaris. Fis-16 ta' Ġunju 1636, Lascaris ġie elett Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta, kariga li żamm sa mewtu.
Bħala Gran Mastru
[immodifika | immodifika s-sors]Torrijiet ta' Lascaris
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sena ta' wara, Lascaris ikkummissjona sensiela ta' torrijiet bħala fortifikazzjonijiet madwar il-gżira ta' Malta,[1] li għandhom magħrufa bħala t- torrijiet ta' Lascaris. It-torrijiet kienu ddisinjati u mibnija mill-perit militari papali, Vincenzo Maculani. [2] Il-Batterija ta' Lascaris, magħrufa ukoll bħala s-sur ta' Lascaris taħt il-Barrakka ta' Fuq, inbniet fi żmien l-Ingliżi (1854) u kienet imsemmija f'ġieħu.
Martin de Redin, li ħa post lil Lascaris bħala Gran Mastru tal-Ordni, kompla jikkummissjona aktar torrijiet u dawn il-fortifikazzjonijiet huma magħrufa bħala t-Torrijiet ta' De Redin.
Projbizzjoni ta' Lascaris
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1639, Lascaris implimenta projbizzjoni fuq in-nisa milli jilbsu maskri jew jattendu balli bil-maskra waqt il-karnival. Il-projbizzjoni ma kinitx popolari u n-nies tal-lokal waħħlu fil-konfessur Ġiżwita ta' Lascaris, Patri Cassia. In-nies niżlu fit-toroq jidiħqu bil-Ġiżwiti u Lascaris arrestat lil wieħed mill-instigaturi. Kulleġġ tal-Ġiżwiti kien attakkat bi tpattija u dawk responsabbli talbu li Lascaris ikeċċi l-ordni tal-Ġiżwiti minn Malta. Huwa għamel dan għal żmien qasir sa ma taffiet it-tensjoni. L-inċident għadu mfakkar sal-lum bħala l-projbizzjoni ta' Lascaris.[3]
L-idjoma Maltija komuni "wiċċ Laskri" tintuża biex tiddeskrivi persuna mdejqa jew frustrata.[4]
Gwerer ta' Castro
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1639 ukoll, il-Papa Urbanu VIII talab lil Lascaris biex jintervjeni fl-Ewwel Gwerra ta' Castro billi jibgħat forzi navali tal-ordni biex jassistu truppi papali kontra d-Duki ta' Parma; speċifikament iġfna u bastimenti tal-gwerra oħra. Iżda d-Duki ta' Parma, kif ukoll id- Dukat ta' Venezja, id-Dukat ta' Firenze u d-Dukat ta' Modena (li kienu alleati magħhom), appellaw lil Lascaris biex ma jipprovdix appoġġ lill-Papa.[5]
Lascaris lagħab logħba doppja perikoluża; bagħat bastimenti tal-gwerra biex jgħin lill-Papa filwaqt li assigura lid-Duki li kienu hemm biss bħala turija ta' forza u ma kinux se jipparteċipaw fil-kunflitt. Il-kunflitt kien limitat għal ġlied fuq l-art u t-truppi ta' Lascaris ma sparaw ebda tir.
Kolonji fil-Karibew
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1651, il-Kavallieri, bl-approvazzjoni ta' Lascaris, xtraw il-gżira ta' Saint-Christophe, flimkien mal-gżejjer dipendenti ta' Saint Croix, Saint Barthélemy, u Saint Martin, mingħand il-Compagnie des Îles de l'Amérique li kienet falliet.[6] L-ambaxxatur tal-Kavallieri għall-qorti Franċiża, Jacques de Souvré, iffirma l-ftehim.[7] Id-drittijiet ta' proprjetà tal-Ordni ġew ikkonfermati fi trattat ma' Franza sentejn wara. Filwaqt li r-re kien se jibqa' is-sovran ta' dawn il-gżejjer, il-Kavallieri kien ikollhom ġurisdizzjoni temporali u spiritwali sħiħa fuq il-gżejjer tagħhom. L-unika kundizzjoni għall-ħakma tagħhom kienu li setgħu jibagħtu biss kavallieri Franċiżi biex jiggvernaw il-gżejjer, u mal-aċċessjoni ta' kull Re ġdid ta' Franza kellhom jipprovdu kuruna tad-deheb li tiswa 1,000 écus.[8] Fl-1665, ftit snin wara l-mewt ta' Lascaris, taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Nicolás Cotoner il-Kavallieri biegħu l-gżejjer tagħhom lura lejn Franza, u temmew dan il-proġett kolonjali qasir tagħhom.
Il-monasteru ta' Għawdex
[immodifika | immodifika s-sors]F'Ottubru 1652 il-Papa Innoċenz X għalaq għadd ta' monasteri fosthom wieħed f'Għawdex. Madankollu dan reġa' nfetaħ wara erba' xhur biss bis-saħħa t'intervent dirett minn Lascaris li kien qrib il-patrijiet tal-ordni. Ritratt ta' Lascaris għadu mdendel fil-monasteru llum.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Gran Mastru Lascaris miet fl-14 ta' Awwissu 1657 fl-età ta' 97 sena u ndifen fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Gneja Tower Christian Formosa, "A Military History of Malta", University of Malta, Faculty of Education – Retrieved on 26 July 2007
- ^ History of the popes; their church and state (Volume III) by Leopold von Ranke (2009, Wellesley College Library)
- ^ Cassar Pullicino, Joseph (2016-04-17). "The Order of St. John in Maltese Folk-Memory" (PDF). Wayback Machine (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-17. Miġbur 2023-08-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Dalli, Miriam (9 Frar 2012). "At long last, welcome to political satire in Carnival". Malta Today.
- ^ Biographical Dictionary of Italy: Lascaris, Giovanni Paolo (Volume 63, 2004)
- ^ Dubé, Jean-Claude (2005). The Chevalier de Montmagny: First Governor of New France. Ottawa: University of Ottawa Press. pp. 263–287. ISBN 0-7766-0559-3. Miġbur 11 April 2014.
- ^ Mifsud, A. (1914). Knights Hospitallers of the Venerable Tongue of England in Malta. Valletta, Malta. p. 246. ISBN 0-404-17009-9. Miġbur 11 April 2014.
- ^ : 147–157. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Antoine de Paule |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1636–1657 |
Suċċessur |