Torrijiet ta' de Redin
Dehra
It-Torrijiet ta' de Redin huma sensiela ta' tlettax-il torri tal-għassa żgħir fortifikat li l-Gran Mastru Martin de Redin tal-Kavallieri ta' Malta bena fuq il-gżira ta' Malta bejn l-1658 u l-1659. It-torrijiet jidhru minn xulxin, u kienu jipprovdu ħolqa ta' komunikazzjoni bejn Għawdex u l-Port il-Kbir, barra milli jservu bħala torrijiet tal-għassa kontra l-kursari.
Id-disinn kien ibbażat fuq il-pjanta tal-aħħar torri mill-ħames torrijiet ta' Lascaris, it-Torri tax-Xuta (1640) li bena il-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris, il-Gran Mastru ta' qabel de Redin.
Ħafna mit-torrijiet għadhom jeżistu f'kundizzjoni tajba u l-maġġor parti huma ażżessibbli għall-pubbliku.
Lista tat-torrijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Dawn huma t-torrijiet ta' de Redin fl-ordni kronoloġika skont meta nbnew.
- Torri ta' Għajn Ħadid, Selmun, il-Mellieħa
- Torri tal-Għallis, is-Salini, in-Naxxar
- Torri ta' Qalet Marku jew Torri ta' San Mark
- Torri tal-Madliena, il-Madliena, is-Swieqi
- Torri ta' San Ġiljan, Tas-Sliema
- Torri tal-Aħrax (Torri l-Abjad), l-Aħrax, il-Mellieħa
- Torri ta' Bengħisa, Ħal Far
- Torri ta' Triq il-Wiesgħa
- Torri ta' Xrobb l-Għagin, Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk
- Torri ta' Delimara, Delimara, Marsaxlokk
- Torri taż-Żonqor, Wied il-Għajn
- Torri tal-Ħamrija
- Torri tal-Wardija
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Spiteri Stephen C. The Knights' Fortifications Valletta, Book Distributors Ltd., 1989
- Hughes Quentin, Fortresses of the Knights, Valletta, Said Internationa, l2001
-
Torri tal-Aħrax (Torri l-Abjad)
-
Torri ta' Għajn Ħadid
-
Torri tal-Għallis
-
Torri tal-Ħamrija
-
Torri tal-Madliena
-
Torri ta' Qalet Marku
-
Torri tal-Wardija