MCAST
Jump to navigation
Jump to search
![]() |
Dan l-artiklu dwar l-edukazzjoni huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) huwa tip ta' kulleġġ post-sekondarju f'Malta fejn l-istudenti jmorru biex ikompli l-istudju tagħhom qabel jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Il-Kampus Prinċipali tal-MCAST jinsab fit-Telgħa ta' Kordin, Raħal Ġdid. Jinsabu iktar istituti oħra tal-MCAST mifruxin fosthom il-Kalkara, Tas-Sliema, l-Imsida, Ħal Qormi, in-Naxxar u l-Mosta f'Malta, u f'Għawdex hemm ċ-Ċentri fix-Xagħra u x-Xewkija.
B'kollox insibu ħdax-il istitut jew ċentru, dawn huma:
- L-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika (Raħal Ġdid)
- L-Istitut tal-Inġinerija Elettrika u Elettronika (Raħal Ġdid)
- L-Istitut tal-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni (In-Naxxar)
- L-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni (Raħal Ġdid)
- L-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ (Raħal Ġdid)
- L-Istitut tal-Arti u d-Disinn (Il-Mosta)
- L-Istitut Marittimu (Il-Kalkara)
- L-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità (Tas-Sliema u l-Imsida)
- L-Istitut tal-Agrikummerċ (Ħal Qormi)
- Iċ-Ċentri tal-MCAST f'Għawdex (Ix-Xagħra u x-Xewkija)