Kamra tad-Deputati ta' Malta
Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv tal-Istat Malti.
Funzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Skont is-Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel "liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003".
Kompożizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kamra trid tkun magħmula minn għadd farradi ta' Deputati magħrufa bħala "Membri Parlamentari" elett minn għadd ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess għadd ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi magħżul minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 l-għadd ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra.
Leġislatura | Speaker | Minn | Sa |
---|---|---|---|
I (1964-1966) | Paolo Pace | 1964 | 1966 |
II (1966-1971) | Alfred Bonnici | 1966 | 1971 |
III (1971-1976) | Emmanuel Attard Bezzina | 1971 | 1976 |
IV (1976-1981) | Nestu Laiviera | 1976 | 1978 |
Kalċidon Agius | 1978 | 1981 | |
V (1981-1987) | Kalċidon Agius | 1981 | 1982 |
Daniel Micallef | 1982 | 1986 | |
Pawlu Xuereb | 1986 | 1987 | |
Joseph M. Baldacchino | 1987 | 1987 | |
VI (1987-1992) | Jimmy Farrugia | 1987 | 1988 |
Lawrence Gonzi | 1988 | 1992 | |
VII (1992-1996) | Lawrence Gonzi | 1992 | 1996 |
VIII (1996-1998) | Miriam Spiteri Debono | 1996 | 1998 |
IX (1998-2003) | Anton Tabone | 1998 | 2003 |
X (2003-2008) | Anton Tabone | 2003 | 2008 |
XI (2008-2010) | Louis Galea | 2008 | 2010 |
XII (2010-fid-dmir) | Michael Frendo | 2010 | 2013 |
XIII | Anġlu Farrugia | 2013 | 2017 |
XIV | [[]] | ... | ... |