Aqbeż għall-kontentut

Paolo Pace

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Paolo Pace
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

2 Mejju 1966 - 1 Mejju 1971
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Frar 1962 - Frar 1966 - Alfred Bonnici
Ħajja
Twelid 25 Jannar 1909
Nazzjonalità Malta
Mewt 5 Awwissu 1980
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Sħubija Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

Paolo Pace (25 ta' Jannar 1909 – 5 ta' Awwissu 1980) kien politiku Malti tal-Partit Nazzjonalista u kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta.

Paolo Pace kien minn familja antikament Maltija, u martu kienet Emily Sammut minn Bormla. Huma kellhom tlett ibniet: Maria Iris, Adelaide Odette u Enrichetta Lydia.

Pace beda l-karriera politika tiegħu fl-1950 meta sar membru tal-Assemblea Leġiżlattiva, flok l-eks Prim Ministru Enrico Mizzi, li miet fil-kariga.[1] Fl-1953 ġie elett bħala membru tal-Kamra tad-Deputati, fejn irrappreżenta l-interessi tal-ewwel distrett bħala membru tal- Partit Nazzjonalista. Fl-1955 reġa' ġie elett mill-ġdid bħala membru parlamentari.

Fi Frar tal-1962 ġie maħtur Speaker tal-Kamra u żamm din il-kariga sa Frar tal-1966, li kien tmiem l-ewwel perjodu leġiżlattiv ta' wara l-indipendenza..Alfred Bonnici kien is-suċċessur tiegħu bħala speaker.[2] Fl-1966 reġa' ġie elett bħala membru parlamentari sa Ġunju tal-1971.

Kien ukoll ir-rappreżentant ta’ Malta fl- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bejn it-2 ta’ Mejju 1966 u l-1 ta’ Mejju 1971.[3]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ "Resignations from Parliament". Maltadata (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-07. Miġbur 2024-08-20.
  2. ^ Maltese Ministries, etc.
  3. ^ "Assembeja Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa". Internet Archive (bil-Ġermaniż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-21. Miġbur 2024-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)