Aqbeż għall-kontentut

Michael Frendo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Michael Frendo
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

29 April 2010 - 6 April 2013
Louis Galea - Anġlu Farrugia
10. Ministru għall-Affarijiet Barranin

3 Lulju 2004 - 12 Marzu 2008
John Dalli - Tonio Borg
Rappreżentant tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

1 Ottubru 1987 - 4 Mejju 1992
Minister for Transport, Communications and Technology (en) Translate


Minister for Youth and Arts (en) Translate

Ħajja
Twelid 29 Lulju 1955 (69 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater University of Exeter (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
Premjijiet
Sħubija Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

Michael Frendo (twieled fid-29 ta' Lulju 1955) huwa eks-politiku, avukat u konsulent Malti li serva bħala President tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta bejn l-2010 u l-2013 u ministru bejn l-1990 u l-1996, u l-2004 u l-2008.

Fl-1977 iggradwa avukat mill-Università ta' Malta u kompla bl-istudji tiegħu fil-Liġi Ewropea fl-Università ta’ Exeter (1978-79).

Kien Direttur tal-Istampa u l-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Malti u Direttur Editorjali tal-Istamperija Indipendenza tal-istess partit (1981-1985).

Huwa kien elett fil-Parlament Malti fl-1987 fejn serva għall-perijodu ta’ 26 sena sal-2013. Matul dan il-perjodu,huwa kellu diversi karigi parlamentari, fosthom, Viëi-President tal-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn il-Parlament Malti u dak Ewropew, Ċermen tad-Delegazzjoni Parlamentari Maltija għall-Parlament Ewropew, membru tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta. Fl-2002 u 2003, huwa serva bħala membru tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Futur tal-Ewropa bħala rappreżentant tal-Parlament ta’ Malta.

Huwa serva wkoll bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Protezzjoni tal-Konsumatur (1990-1992), Ministru għaż-żgħażagħ u l-Arti (1992-1994), Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloāija (1994-1996) fejn fl-1995 kien ukoll President tal-Eurocontrol, u Ministru għall-Affarijiet Barranin (2004-2008).

Minn April 2010 sa April 2013, huwa serva bħala l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.