Kalċidon Agius
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Kalċidon Agius | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Naxxar, 19 Ottubru 1917 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 24 Mejju 2006 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb politiku |
Kalċidon Agius (twieled fid-19 ta' Ottubru 1917 – miet fl-24 ta' Mejju 2006) kien Speaker tal-Parlament Malti mill-1978 sal-1982, u serva darbtejn bħala Aġent President tar-Repubblika.
L-iżgħar fost seba' aħwa, għex dejjem f'raħal twelidu, in-Naxxar. Kien miżżewweg lil Salvina Grech, u kellhom ħames ulied: Ġużi, Karmenu, Victor, Ċensu u Fredu.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Kalċidon Agius kien beda jinteressa ruħu fil-politika u kien attiv mal-Partit Laburista sa minn meta kien għadu żagħżugħ. Kien elett fil-Parlament fl-1953 u fl-1955, id-darbtejn f'elezzjonijiet każwali, biex jimla l-post vakat minn Ġużè Flores. Reġa' ġie elett fil-legiżlaturi tal-1966 u tal-1971.
Bejn Jannar 1978 u Frar 1982, serva bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, u għal darbtejn inħatar Aġent President tar-Repubblika. Matul is-sena 1979, huwa kien mexxa delegazzjonijiet parlamentari fiċ-Ċina u r-Rumanija.
Wara li kien irtira mill-politika, serva għal sentejn bħala Kummissarju ghall-{ustizzja. Fl-1996 inħatar Kumpann tal-Ordni Nazzjonal tal-Mertu.
Letteratura
[immodifika | immodifika s-sors]Kalċidon Agius kien magħruf sew għat-teledrammi u d-drammi li kiteb u ppreżenta fuq it-televixin u r-radju. Fost id-drammi tiegħu: Porvli lejn in-Nar (1995); Rikatt (1979); Boomerang 1980; Riperkussjonijiet (1981) u Delitt fil-Kamra tal-Banju (1982).
Mewtu
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant, iddeskriva lil Kalċidon Agius bhala li kien wiehed mill-protagonisti ewlenin fil-ġlieda li wettqet il-klassi tal-ħaddiema matul is-snin biex tikseb għal pajjiżna drittijiet demokratiċi, s-sovranità tal-poplu taghna u l-ġustizzja socjali ghall-pajjiz kollu kemm hu. Kien bniedem li minkejja li fit-termini ta' kif jitkejlu l-preferenzi socjali f'pajjiżna, kien minn taħt, għaraf jikkoltiva t-talenti tiegħu biex bihom ikun jista' jiddefendi bl-aħjar mod l-interessi tal-ħaddiema sħabu. Għal snin twal, Kalċidon Agius kien difensur qawwi u qalbieni tad-drittijiet tal-haddiema shabu, minkejja li garrab perskuzzjoni qalila u minkejja li dak li kien qiegħed jagħmel pogga theddida kontinwa fuq il-futur tal-familja tiegħu. Bħala politiku u bhala Parlamentari, huwa ta xhieda shiha matul is-snin ta' ħidma dedikata, ta' tenacità ezemplari u ta' determinazzjoni shiha. U sab ukoll zmien matul hajtu biex anki jikkontribwixxi għall-ħidma letterarja u drammatika f‘pajjiżna. “Jien li sirt nafu fl-aħħar fażi tal-karriera tiegħu u ta' ħajtu, bqajt dejjem ngħożż il-ġenerożità tiegħu u l-lealtà feroċi li baqa' juri sa l-aħħar lejn l-ideali tal-Partit Laburista. Kont inqisu bħala wieħed mill-ħbieb kbar tiegħi.”